
| LM | MARIJA L-BIEB TAS-SEMA Il-Knisja tghallem li Marija hija t-triq li tohodna ghand Gesu’. Hija t-triq li tohodna lejn it-TRIQ. San Louis de Montfort jiddeskriviha bhala l-iqsar triq biex tasal ghand Kristu: “il-mezz zgur u t-triq dritta u immakulata” u ghal darb’ohra bhala “l-aktar mezz facli, l-aktar qasir, u l-iktar perfett li biha tmur ghand Gesù Kristu.” Bl-istess mod, il-Papa San Piju X: “M’hemm l-ebda mod aktar zgur jew ehfef minn Marija biex tghaqqad lill-bnedmin kollha ma’ Kristu.” Huwa tassew titlu adattat u li jixraq lil Omm Kristu: Marija Bieb tas-Sema. Kien permezz taghha li Sidna ghadda mis-sema ghall-art. Meta l-Anglu Gabrijel habbrilha li kellha tkun Omm Alla, Marija wieznet sew dan il-kliem ta’ l-Anglu qabel tatu twegiba – staqsiet l-ewwel jekk din ir-responsabilita’ daqshekk kbira kienitx ser tkun telf tal-Vergnita’ li hija kienet weghdet lil Alla. Meta l-Anglu qalilha le, allura, bil-kunsens shih ta’ qalb shiha, mimlija bl-imhabba ta’ Alla lejha u l-umiltà, qalet, “Ara l-qaddejja tal-Mulej; isirli skont kelmtek.” Kien b'dan il-kunsens li saret il- Bieb tas-Sema . Dan il-Bieb tas-Sema insibuh fil-mument tal-mewt taghna, li minnha ma naharbux zgur. Huwa dmir taghna li nassiguraw mewta tajba u hienja bit-talb ta’ kuljum u bis-serjetà. Ejjew naghtu tifsira lill-kliem li lkoll nghidu ta’ spiss kuljum: “Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob ghalina midinbin, issa u fis-siegha tal-mewt taghna”. Kull darba li nghidu dan il-kliem, il-Madonna tiehu nota tieghu, u jekk ikunu ntqalu sew u bis-serjetà, Hi thejjilna tezor tal-grazzji, biex ikunu lesti fil-mument tal-mewt taghna. Santa Gertruda darba offriet lil Sidna l-150 Ave Marija li kienet qalet, u talbet l-ghajnuna ta’ Marija fis-siegha tal-mewt taghha. Imbaghad rat it-talb taht forma ta’ muniti tad-deheb, li Gesù Kristu, l-Imhallef, ta lil Ommu biex jinzammu bhala hlas ghad-djun taghha f’Jum il-Gudizzju. Ir-Ruzarju huwa wiehed mill-mezzi li bih nifthu l-Bieb tas-Sema. Osservaw li l-Knisja tghallimna nitolbu ghall-ghajnuna tal-Madonna f’zewg mumenti—“issa,” jigifieri, fil-mument prezenti, l-uniku wiehed li jinsab fil-poter taghna; “u fis-siegha tal-mewt taghna,” il-mument l-aktar importanti ta’ hajjitna. Gia la darba il-Madonna, il-Bieb tas-Sema, qed titlob ghalina, ghandna kull tama u cans li niksbu l-Genna permezz taghha. Kif Sidna gie ghandna permezz ta’ Marija, hekk ukoll irridu mmorru lejh permezz taghha. Irridu nahsbu f’Marija bhala l-“Bieb tas-Sema” mhux biss ghalina, il-Militant tal-Knisja, imma wkoll ghat-Tbatija tal-Knisja—l-erwieh foqra fil-Purgatorju, li ma jistghux jghinu lilhom infushom. Permezz tat-talb taghha hafna erwieh jistghu f’dan il-mument stess ikunu ghaddejjin mill- Bieb tas-Sema. |

