jesusandmary

LM

MARIJA OMM IL-KNISJA.


L-ghada tal-PenteKoste, b’mod kumplimentari, nonoraw lil Marija fit-titlu taghha ta’ Omm il-Knisja. Ghalkemm din il-festa hija wahda gdida—mahluqa fl-2018 mill-Papa Frangisku—dan it-titlu huwa wiehed mill-eqdem titli ta’ l-Imqaddsa Ommna Marija.

Il-Missirijiet tal-Knisja tal-bidu—bhal Santu Wistin ta’ Ippona—ghogobhom jitkellmu dwarha bhala l-Omm tal-Knisja. Dan it-titlu jfakkarna li Marija hija l-mezz li bih is-Salvazzjoni taghna giet fid-dinja. Hi welldet lil Kristu sabiex erwiehna jkunu jistghu jitwieldu mill-gdid fil-Knisja Tieghu.

Barra minn hekk, wara li Gesù fforma l-Knisja, taha taht il-kura materna ta’ Ommu Marija Ssma.

Mis-Salib, Gesù halla lil Ommu Marija Ssma f’idejn San Gwann l-Evangelista. Il-Knisja tradizzjonalment issostni li San Gwann kien jirrapprezenta kull ruh li qatt tghammdet u qatt se titghammed fil-Knisja.

Meta Gesù qal lil Marija, “Mara, ara ibnek,” Hu mhux biss taha lil San Gwann  izda wkoll lill-Knisja kollha Tieghu taht il- harsien matern taghha. Minn dakinhar, hija pprotegietna bla ma qatt falliet; b’rizultat ta’ hekk ahna naccettawha bhala l-protettrici taghna u nigru lejha bhala l-Omm taghna perfetta kollha mhabba lejna.

Hekk kif tikber id-devozzjoni lejn Ommna l-Imqaddsa, il-lista tat-titli taghha tittawwal. Bhalissa ghandha tlieta u hamsin titlu li jesprimu l-unur, is-supplikazzjoni u r-ringrazzjament li bihom inqisu lil Ommna l-ghaziza. 

Meta tkun qed itenni t-titli tal-Litanija Marjana, irrecithom bid-devozzjoni u attenzjoni biex tikber fl-gharfien u l-imhabba tieghek lejn din l-Omm Imqaddsa taghna. 



 

Make a free website with Yola