jesusandmary






MARIJA U T-TBATIJA TAGHNA

Billi l-Vergni Marija ghaddiet mill-ugigh u tbatijiet tal-qalb hi taf tajjeb x’jigifieri meta bniedem jesperjenza t-tbatija.

Meta l-bniedem isofri wahdu u izolat l-ugigh u t-tbatija u l-provi iebsa tal-hajja jkunu haga difficli ghalih li jghaddi minn dawn l-esperjenzi koroh. Bhala bnedmin ghandna bzonn ohrajn biex jghinuna ngorru l-pizijiet tqal tal-hajja.

Persuna li dejjem hemm ghalina hija l-Vergni Marija. Jistaʼ jkun li fizikament ma tkunx hemm hdejna, imma nafu li ghandna prezenza spiritwali li tfarragna fiz-zminijiet taʼ tbatija.

San Alfons Liguori jikteb fil-ktieb tieghu “Il-Glorji ta’ Marija”  (Glories of Mary) li ahna ghandna nistriehu fuq il-Vergni Marija meta nkunu fl-iktar livell baxx tat-tbatija taghna.

Meta s-slaleb taghna jaghfsu hafna fuqna ejjew nirrikorru ghal Marija li hija msejha mill-knisja Konfort tal-Imnikkta u minn San Gwann Damaxxenu r- Rimedju ghad-Duluri kollha tal-qalb.

Hija sofriet hafna matul iz-zmien qasir li fih ghexet fuq l-art, dulur li kien difficli biex igorru. Kif habbarilha l-Profeta Simeon, “ sejf ta’ dulur jinfed ir-ruh tieghek biex jinkixfu l-hsibijiet ta’ hafna qlub ” (Luqa 2:35).

Hi li ssa taf x’jigifieri ugigh, tintercedi ghalina u tfarrag lil dawk kollha li jersqu lejha.

Sant Alfons itemm il-meditazzjoni tieghu b’talba qasira lill-Vergni Marija, fejn jitlobha l-ghajnuna biex jissaporti kull salib.

“Ah l-izjed helwa Sinjura tieghi, int li kont innocenti, izda batejt b’tant pacenzja. Omm tieghi issa nitlobok il-favur li mhux inkun mehlus mis-slaleb, imma nggorrhom bis-sabar. Ghall-imhabba ta’ Gesù nitlobok tikseb tal-inqas din il-grazzja ghalija minghand Alla.”



 

Make a free website with Yola