jesusandmary

 IL-QADDEJJA TAL-MULEJ

Ingibu quddiem ghajnejna l-grajja ta’ meta l-Anglu Gabirjiel habbar lil Marija li kellha tkun Omm Alla.

L-ubbidjenza hija tant diskussa fi zminijietna, kemm jekk tkun rigward hwejjeg materjali u aktar u aktar f’dak li jrid minna Alla. Jekk xi haga tghogobni, inwettaqha bil-ferh, jekk le insib kull skuza biex nevitha bir-raguni principali tkun, nuqqas ta’ liberta’.

Tahseb inti li Alla, meta talab lil Marija li tkun omm Ibnu, ried inehhilha l-liberta’? Xkien l-attegjament ta’ Marija ghat-talba ta’ Alla?

Marija kienet tfajla semplici gejja minn familja umli li kienet tghix go villagg zghir. Imma kellha konoxxenzja kbira ta’ Alla li hija xorbot mit-taghlim u t-trobbija tant tajba u religjuza li l-genituri taghha tawha. Maghhom kienet titlob u minghand missierha u ommha kienet tisma’ t-taghlim u tixtarru b’riflessjonijet profondi.

U minhabba din l-ghaqda ma’ Alla accettat l-istedina Divina li ssir Omm ta’ Ibnu. Ma ridietx twettaq il-progetti taghha, imma biss timxi fuq il-pjanijiet ta’ Alla. U ghalhekk lil Anglu wegbitu bil-Kelma Iva, inkondizzjonata. 

Ma staqsietx xi konsegwenzi  jgorr dan il-pjan Divin, izda accettat u halliet kollox f’idejn Alla.  Alla jaghtini l-mezzi, u l-forza gialadarba ghazilni biex nimxi fuq il-pjan tieghu, kien il-hsieb ta’ Marija.

Lil Alla ma gabitlux skuzi, imma talbitu biss kjarifika ghax xtaqet li tibqa’ tghix ta’ Vergni. U meta haditha, Marija bdiet il-missjoni taghha; zaret lil Elizabetta, marret ghac-censiment ma’ Guzeppi, minkejja li kienet fi stat avvanzat ta’omm, edukat u harset lil Binha Gesu’, u meta Gesu’ sar dipendenti, segwitu sa fuq is-salib u daret ma’ l-appostli timliehom bil-kuragg wara l-qawmien ta’ Kristu Gesu’. Dik kienet il-missjoni li Alla ried minnha. U Hija qdietha sa l-anqas dettal.

Alla jurini r-rieda tieghu u jiena ghandi nkun responsabbli bizzejjed biex nimxi fuqha bla ma nnaqqas xejn minnha.

Marija Ssma fuq il-kalvarju turina li l-kalci fil-pjan t’Alla xorbitu kollu bla tgergir jew lamentazzjonijiet.

U minhabba l-ubbidjenza taghha, Alla ghollieha fuq kull kreatura ohra tieghu.

Alla l-Missier taha s-smewwiet u l-art. Hija r-Regina tal-holqien kollu.

Alla l-Iben taha l-ubbidjenza fis-sottomissjoni meta kien ihares dak kollu li kienet tghidlu jew tikkmandah.

Alla l-Ispirtu Santu taha kemm tista’ tkun ezaltata kreatura minn Alla fl-oghla grad. Fost l-unuri li taha, hatarha biex tkun dispensatrici tal-grazzji tieghu.


 

Make a free website with Yola