


IL-FESTA TAL-KANDLORA –l-istorja Liturgika
Jum il-Kandlora jew l-Festa tal-Prezentazzjoni tal-Mulej, tigi ccelebrata kull sena fit-2 ta’ Frar ezattament 40 jum wara l-Milied. Minn madwar is-sena 350 WK din il-festa kienet iccelebrata lokalment gewwa Gerusalemm. L-ewwel rakkont huwa deskritt minn pellegrin tar-raba’ seklu minn Spanja jismimha Egeria. Hija zaret Gerusalemm madwar is-sena 380 u kitbet dwar din il-festa fid-djarju taghha, fejn irregistrat li saret celebrazzjoni solenni u mill-isbah tas-Sagrament Imqaddes gewwa l-Bazilka ta’ Kristu. Fis-sena 542, l-imperatur Gustinjanu ordna li tigi osservata f’Kostaninopli bhala att ta’ radd il-hajr ghat-tmiem tal-pesta f’dik il-belt u minn hemm infirxet mal-Lvant kollu. Il-Gandlora mbaghad kienet tissejjah l-Hypapante jew Laqgha b’referenza ghall-laqgha tat-tarbija Gesu’ ma’ l-anzjan Simeon u l-armla qaddisa Anna bint Fanwel, skont kif miktub fil-vangelu ta’ San Luqa. L-istorja tar-rikonoxximent tal-Mulej minn Simeon tkompli t-tema tal- manifestazzjoni li tidher fl-Epifanija u l-Maghmudija tal-Mulej. F’dawk l-istess cirkustanzi Simeon bassar li Bin Marija kien ser ikun sinjal ta’ kontradizzjoni u li sejf se jinfed lill-qalb taghha biex minn hafna qlub jigu zvelati hsibijiethom. (Luqa Kap 2 versi 34 -35). Meta aktar tard din il-festa giet adottata mill-knisja tal-Punent, id-devozzjoni lejn l-Imqaddsa Marija wasslitha biex titqies bhala jum ad unur taghha; kienet tissejjah il-festa tal-Purifikazzjoni tal-Vergni Mqaddsa Marija b’tifkira tal-jiem tal-purifikazzjoni taghha, erbghin jum wara t-twelid ta’ Gesu’, kif mitlub mil-ligi Lhudija kif jinstab fil-kbiteb tal-Levitiku Kap 12. 6U meta jgħaddi żmien it-tisfija tagħha, għal tifel jew għal tifla, iġġib ħaruf ta’ dik is-sena għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u beċċun ta’ ħamiema jew gamiema għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u tagħtihom lill-qassis quddiem il-bieb tat-tinda tal-laqgħa. 7U joffrihom quddiem il-Mulej, u jagħmel l-espjazzjoni għaliha u tissaffa mit-tnixxija ta’ demmha. In-nisa ta’ Izrael kienu kkunsidrati li huma mniggsa fit-twelid u kien ghalhekk li kienu obbligati joffru hamiema zghir jew gamiema bhala offerta biex jiksbu s-safa mill-gdid. B’dan is-sagrificcju, huma kienu hielsa ghal darb’ohra biex jattendu ghac-ceremonji tal-qima. Marija qatt ma kienet imcappsa b’xi tebgha ghax it-tnissil tat-tarbija Gesu’ kien gej bis-setgha ta’ l-Ispirtu Santu u Marija zammet il-vergnita’ taghha bla mittifsa, qabel it-twelid, fit-twelid u wara t-twelid ta’ Kristu Gesu’. Hija ma dahlitx taht il-preskrizzjoni tal-ligi, izda fi spirtu ta’ umilta’ u ubbidjenza riedet taghmel dak li mitlub minnha skont il-ligi. Hija u San Guzepp qaghdu ghal dak li tghid il-ligi : “Ikkonsagrali kull l-ewwel wild fost l-Izraelin.” L-isem tal-Kandlora gej ghandna mill-Ingilterra u jirreferi ghad-drawwa li jitbierku u jitqassmu x-xemghat fil-purcissjoni qabel ic-celebrazzjoni tal-Quddiesa. Kien il-Papa Sirjak Sergju I (687 -701) li waqqaf il-purcissjoni ghal din il-festa u minn hemm ‘l quddiem hadet karattru penitenzjali. Fil-fatt sas-sena 1960 l-ilbies liturgiku kien vjola. Fit- 2 ta’ Frar tas-sena 1974, il-Papa Pawlu VI ppromulga l-Ezortazzjoni Appostolika tieghu Marialis Cultus, dwar id-devozzjoni lejn il-Vergni Mqaddsa Marija. F’paragrafu 8 ta’ dan id-dokument jaghmel riferenza specifikament ghal din il-festa “Il-Festa tat-2 ta’ Frar” li nghatat lura l-isem antik taghha l-Prezentazzjoni tal-Mulej; l-istess paragrafu jghid ukoll li ghandha titqies bhala t-tifsira kongunta ta’ l-Iben u ta’ l-Omm, jekk irridu napprezzaw il-kontenut gholi taghha. |
