

MARIJA L-ARKA TAL-PATT Fil-Litanija ta’ Marija Ssma, wiehed mit-titli li napplikaw lill-Madonna huwa l-“Arka tal-Patt”. L-Arka tal-Patt kien ir-recipjent sagru li fih l- Izraelin kienu jgorru r- relikwi l- iktar qaddis u ghaziza taghhom—it- twavel tal- Ligi Mosajka, il- manna mis- Sema, u l- bastun taʼ Aron. Fit-tieni ktieb ta’ Samwel, naqraw dwar is-Sultan David u l-Arka. David kien ra l-qawwa tal-biza’ ta’ l-Arka. Kien jaf li l-Mulej—permezz tal-prezenza taghha—seta’ jeqred lill-ghedewwa ta’ Izrael u jgiblu r-rebha. Darba kien ra lil Alla jibghat il-mewt fuq ragel li ddesagra l-Arka. David kien jaf li kienet ir-responsabbiltà tieghu, bhala sultan ta’ Izrael, li jdahhal l-Arka f’daru u jiehu hsiebha, imma beda jibza’ mill-qawwa tal-Mulej: Dakinhar David beza mill-Mulej, u qal: “Kif tista’ tigi ghandi l-arka tal-Mulej?” — 2 Samwel 6:9 Imma David ikkonkluda wkoll li l-prezenza tal-Arka kienet barka suprema, peress li dawk li kienu jqimuha sewwa nghataw ghadd kbir ta’ doni minghand Alla. Ghalhekk gab l-Arka tal-Patt fil-belt qaddisa ta’ Gerusalemm. Hekk kif waslet, kanta quddiemha, zifen u qabez! Din l-arka tad-deheb kienet biss prefigura tal-Madonna, l-Arka Vera—mahluqa aktar perfetta u sabiha minn kull arka maghmula bl-idejn. Fiha nizel jghammar l-Messija, li hu il-Hobz Haj niezel mis-Sema, u anke l-Qassis il-Kbir. Fl-Evangelju ta’ Luqa, naqraw dwar iz-zjara ta’ Marija lil kuginitha Elizabetta, li kienet qed igorr il-habbar ta’ Kristu, San Gwann Battista. X’tghid Elizabetta lil Marija? Haga simili hafna ghal dak li qal David: “U dan ghaliex jinghatali, li omm Sidti tigi ghandi?” — Luqa 1:43
“Ghax ara, meta smajt l-lehen tat-tislima , it-tarbija f’gufi qabzet bil-ferh.” — Luqa 1:44 Il-Madonna twiegeb bil-kantiku sabih taghha ta’ radd il-hajr, il-Magnificat, li jirrifletti l-ghanja ferrieha ta’ Anna, omm Samwel, meta tifrah bit-twelid ta’ binha (1 Samwel 2:1-10). 1U Anna bdiet titlob u tghid: “Ferhet qalbi bil-Mulej; irtefghet rasi fil-Mulej; iddiehak fommi bl-ghedewwa tieghi, ghax fraht bis-salvazzjoni tieghek. 2Ma hemm hadd hliefek, hadd qaddis bhall-Mulej, m’hemmx Blata bhal Alla taghna. 3La tlissnux izjed kliem il-kburija, ma tohrogx aktar il-kburija minn fommkom; ghax il-Mulej Alla li jaf kollox, u jizen kull ghemil. 4Tkisser il-qaws tal-qawwijin, u d-dghajfin thazzmu bil-hila. 5L-imxebbghin bil-hobz inkrew, u ma baqghux jithabtu l-imgewhin. Il-mara bla tfal wildet sebgha, u dbielet il-mara b’hafna tfal. 6Il-Mulej jibghat il-mewt u jaghti l-hajja, inizzel fl-imwiet u jtalla’. 7Il-Mulej ifaqqar u jaghti l-gid, ibaxxi u jgholli wkoll. 8Iqajjem mit-trab lill-imsejken u l-fqajjar jerfghu mill-mizbla, u jqeghedhom mal-kbarat, biex jirtu tron ta’ gieh. Ghax il-pilastri tal-art huma tal-Mulej, u fuqhom sejjes id-dinja; 9Hu jhares il-passi tat-tajbin tieghu; u l-hziena fid-dlam jintemmu, ghax mhux bil-qawwa jirbah il-bniedem. 10Il-Mulej iwerwer lil min jiqaflu, Alla l-Gholi jrieghed mis-smewwiet. Il-Mulej jaghmel haqq minn truf l-art, u jaghti s-sahha lis-sultan tieghu, |
San Gwann Battista jaqbez bil-ferh quddiem il-Messija, jghammar gewwa l-Arka l-Gdida, il-Madonna. Anke bhala tarbija fil-guf huwa herqan biex jibda l-missjoni tieghu li jhabbar il-migja ta’ Kristu!