

Marija, Ommna l-Imbierka Qatt hsibt ghaliex insejhulha l-Omm Imbierka? Fl-Iskrittura Mqaddsa, wara li l-anglu Gabrijel izur lil Marija fid-dar taghha biex ihabbrilha l-messagg ta’ Alla halli tkun l-Omm ta’ Ibnu Gesu’, messagg li hija accettat bla ebda kundizzjoni u accettatu minn qalbha, hija zzur lil kuginitha Elizabetta, li ssejjah lil Marija “l-omm tal-Mulej tieghi” (Luqa 1:43). Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika jghallem li peress li Marija hija omm Gesù—u Gesù hu Alla—ghandha l-privilegg sabih li tissejjah “Omm Alla.” Hi mhux biss l-omm tan-natura umana Tieghu; hi omm il-Persuna kollha ta’ Kristu, u Kristu ghandu zewg naturi: uman u divin. Il-Katekizmu jispjega: “Fil-fatt, Dak li [Marija] tnissel bhala bniedem bl-Ispirtu s-Santu, li tassew sar binha skont il-gisem, ma kien hadd hlief l-Iben etern tal-Missier, it-tieni persuna tat-Trinità Qaddisa. Ghalhekk il-Knisja tistqarr li Marija hija tassew ‘Omm Alla’ ( Theo-tokos )” (CCC 495). L-Iskrittura Mqaddsa turina li jixraq bis-shih li ahna nindirizzaw lil Marija bhala l-Imbierka. Meta Marija zaret lil kuginitha, Elizabetta kienet mimlija bl-Ispirtu s-Santu u ghajtet: “ Imbierka int fost in-nisa, u mbierka l-frott ta’ gufek!” (Luqa 1:42). U fl-Ghanja taghha ta’ Tifhir, maghrufa popolarment bhala l-Magnificat, Marija wiegbet: “Ara, il-generazzjonijiet kollha se jsejhuli hienja ” (Luqa 1:48). Minkejja li Marija ma hiex l-Omm taghna biologika, ahna nsellmulha wkoll bhala Ommna. Peress li Marija welldet lil Gesù, li huwa l-Kap tal-Gisem Mistiku ta’ Kristu, u ahna lkoll membri tal-Gisem Tieghu, ghalhekk gabitna spiritwalment bhala wlied Alla. Din il-verità fundamentali hija wkoll ir-raguni ghaliex ghandna rispett kbir lejn Marija. Qabel ma qalet “iva” lil Alla, ma konniex kapaċi nidhlu fis-sema. Ir-rwol taghha fl-istorja tas-salvazzjoni huwa kruċjali. L-ommijiet jiggwidaw, irawmu u jghallmu lil uliedhom. L-Omm Imbierka tiggwida, trawwem, u tghallimna biex insiru segwaċi leali ta’ Binha, Gesù Kristu. Onora kemm tista’ u kif tista’ lil din l-Omm taghna tas-Sema; hija l-Bieb tas-Sema li minnu rridu nidhlu ngawdu lil Alla ghal eternita’. Hija l-Kewba ta’ Filghodu li tmexxina ghal ghand Binha Gesu’. |