jesusandmary

MARIJA SSMA TURINA T-TRIQ.


Ahna nsellmu lil Marija bil-kelma AVE. Jekk naqilbu din il-kelma ikollna l-kelma bil-Latin EVA. Eva hija l-mara li gabet fid-dinja l-mizerja minhabba id-dnub tad-dizubbidjenza taghha. Minn omm il-hajjin kollha bhalma isimha jfisser, saret issa omm ta’ dawk mejta spiritwalment.

Huwa xieraq li nsellmu lil Marija bil-kelma Ave ghaliex fil-verita’ hija bil-maqlub ta’ Eva. Meta accettat li tkun omm is-Salvatur hija rebhet is-salvazzjoni, il-helsien u il-hajja spiritwali ghal l-umanita’ kollha.

L-iskrittura tghidilna: “L-anglu dahal ghandha u sellmilha.” Jigifieri Marija ma kienitx barra titkellem ma’ nisa ohra, imma kienet migbura f’darha tahseb fuq Alla.

Dan ifisser li jekk ahna irridu nipperseveraw fit-triq tat-tjubija, jehtigilna li nimitaw lil Marija Ssma. Nghixu l-hajja migbura,’l boghod mid-distrazzjoni tad-dinja. Fi ftit kliem ahna  bilfors, irridu jew ma irridux ikollna nghixu fit-taqlib u l-genn tad-dinja, pero’ fl-istess hin ma inkunux tad-dinja. Irridu nghixu u nikbru, bhal dik il-pjanta li tiffjorixxi kemm-il darba din titqieghed ghad-dell  biex tehles il-qilla tas-shana tax-xemx.

Biex niffjorixxu fil-hajja tar-ruh irridu naharbu l-okazzjoni prossima tad-dnub u l-kumpannija ta’ tendenza immorali. Nahsbu spiss matul il-jum fuq Alla u l-presenza tieghu li tinsab kullimkien. Nghaddu aktar hin nitkellmu ma’ Alla.

Naghmlu dejjem ir-rieda ta’ Alla bhalma baxxiet rasha ghaliha l-Omm Qaddisa taghna.

Fl-ahharnett nitolbu lil Marija biex hija tintercedi ghalina. Infakkruha spiss li hija Ommna u ahna uliedha.

U forsi hawn xi omm li ma taghmilx dak li huwa necessarju u aktar ghal uliedha?

 

 

Make a free website with Yola