jesusandmary

Uri devozzjoni lejn Marija SSma

 Wara l-quddiesa, id-devozzjoni lejn il-Vergni Marija, jghidulna l-qaddisin hija l-aktar haga mportanti fil-hajja nisranija.

 San Bernard jghid: Jekk Alla ghazel bhala kanal biex jilhaq l-umanita’, il-Beata Vergni Marija, kif ahna bnedmin naghzlu kanal iehor divers minn dan, biex nilhqu lil Alla?

 Kemm habbewha l-qaddisin, lil Marija Ssma! Santa Tereza tal-Bambin Gesu’  kellha devozzjoni nkredibbli lejn ir-Ruzarju, San Luigi Maria Grignion de Montfort  kiteb trattat hekk sabieh fuq id-devozzjoi lejn il-Vergni Mbierka, San Massimiliano Kolbe  fost hwejjeg ohra xerred id-devozzjoni lejn il-Madonna permezz ta’ l-istampa, San Pio minn Pietralcina  kien patri marjan, San Gwann Pawlu II  fl-istemma tieghu papali kellu il-kliem “Totus tuus,” (kollni tieghek) etc, etc.

 Irrid infakkar fil-fatt li sehh tassew fis-sena 2010, meta 33 haddiem cilen intradmu waqt li kienu jahdmu taht l-art fil-miniera. Hemm ghal 69 jum batew id-dlam, il-guh u l-ghatx u l-biza’ inkesa’ maghhom. Immagina li tkun f’darek u jinqata l-eletriku, x’paniku jaqbdek. U biex issib wens tixghel xema ghax  b’dik in-naqra dawl thossok titwennes. Imma ghal dawn il-haddiema anqas l-icken wens ma kellhom ghax ghal 69 jum ghexu f’dalma perfetta. Izda fost dan kollu huma rrikmandaw ruhhom lil Marija Ssma permezz tat-talba tar-Ruzarju. U kien fit-13 ta’ Mejju, it-tifkira ta’ l-ewwel dehra tal-Madonna gewwa Fatima li dawn il-haddiem gew salvati, waqt hidma komplikata u ta’ qtiegh il-qalb.

 Il-Madonna wissiet li t-talba tar-Ruzarju hija l-arma li biha tintrebah kull gwerra, firda u kull gwaj iehor.

 Il-hajja ta’ San Massimiliano Kolbe tirrakonta li meta suldat fost tghajjir u insulti, gibidlu l-kuruna tar-Ruzarju li biha kien qed jitlob, dan minghajr ebda biza’ hadha lura u fil-waqt li biesha qal Ave Marija, minkejja li irriskja kastig kbir.  U ahna anqas biss inzommuha fil-but.

 Xhud iehor kuraggjuz huwa s-sacerdot Popieluszko li maqbud mill-kommunisti, ittorturawh billi kienu jnizzluh taht l-ilma kiesah u ftit wara jergghu itellghuh. U dan biex jobzoq fuq il-kuruna tar-Ruzarju, izda dan ma ghamlux. Tant batew il-qaddisin u ahna narawha zejda u bi kbira li ngorru l-kuruna tar-Ruzarju fi bwietna.

 Ejjew inqumu fuq taghna, nehilsu minn dan l-ghazz u telqa li jigu fuqna meta nigu biex nitolbu r-Ruzarju. Ghall-kuntrarju nitheggu fuq dawn l-ezempji qawwija,  insellmu lil Marija, Omm ta’ Kristu u Omm taghna minn qalbna u bil-qalb. U nibqghu certi li din l-Omm tindahal ghalina u thasrisna kontinwament.

NB  Gheziez genituri, rawmu lil uliedkom li sa minn eta zghira jghidu r-Ruzarju maghkom. Wiehed jifhem li hames posti huma twal ghal tfal zghar, izda tibda’ b’wahda u aktar ma jikbru zid posti ohra. Tkun qed tibni fis-sod ma’ Marija.


 

Make a free website with Yola