jesusandmary

 

IL-MATERNITA’ DIVINA TA’ MARIJA SSMA.

(l-ewwel parti)

L-erba’ vangeli li jirrakontaw il-hajja tas-Salvatur, jipprovdulna ftit dettalji dwar l-Imqaddsa Vergni Marija. Ma jirrakontaw xejn dwar il-koncepitment immakulata taghha, xejn dwar it-twelid imqaddes taghha u xejn fuq it-tfulija taghha fit-Tempju ta’ Gerusalem. Ghalkemm l-evangelista jirrakonta fit-tul it-Tahbira ta’ l-Anglu u l-Visitazzjoni, dawn huma l-unici zewg misteri fejn Marija tidher bhala l-figura centrali. Sussegwement insibu riferenzi qosra ghal ahhar fil-vangeli dwar ir-rwol taghha.

Narawha tipprezenta lil Binha lir-rghajja ghall-qima taghhom, tipprezenta ghal darba ohra lil Binha Gesu’ ghal-adorazzjoni tal-Magi, u tipprezentah fit-Tempju skond il-ligi ta’ Mose’. Imbaghad narawha ggor lit-tarbija Gesu’ fil-harba taghha lejn l-Egittu. Fl-ahhar nilmhuha tqatta’ hajjitha ma’ l-Imghallem Divin fid-dar taghha gewwa Nazaret. Meta l-Mulej beda’ il-missjoni pubblika tieghu, il-figura ta’ Marija kwazi ghebet. Narawha ghal-mument fit-Tieg ta’ Kana. Niltaqghu maghha fuq il-Kalvarju bil-wieqfa taht is-salib f’dawk il-waqtiet terribli tal-mewt ta’ Binha. Is-Santi Padri tal-Knisja jistaqsu lilhom infushom ir-raguni ta’ dan is-skiet fuq Marija Ssma.

Unanimament jirrispondu li San Mattew meta jigi biex jistabbilixxi l-genolgija tas-Salvatur jigbor il-kobor ta’ Marija u l-glorja taghha f’linja wahda meta jikteb li Gakobb kellu lill Guzeppi, ir-ragel ta’ Marija li minnha twieled Gesu’ li jghidulu Kristu. Ghalhekk jekk tixtieq taghrif aktar profound dwar Marija studja b’attenzjoni l-aktar l-privilegg uniku taghha fost privileggi ohrajn : il-Maternita Divina taghha. Id-Dutturi tal-Knisja sabuha bi tqila biex jesprimu ruhhom bizzejjed dwar dan il-privilegg hekk kbir. Liema kliem kien ikun qawwi bizzejjed u impressjonanti biex iwassal hsibijiethom fuq dan is-suggett? Liema paraguni kienu bizzejjed biex jikkomunikaw dan il-misteru? San Epifanju, wiehed mis-Santi Padri tal-Knisja tal-Lvant isemmi l-glorji kollha tas-Sema wahda wahda.

Huwa jezamina l-kori ta’ l-Angli u l-kategoriji differenti tal-qaddisin. Imbaghad huwa jistqarr li Marija Ssma tghaddi bil-bosta lil dawn migbura f’daqqa. Hija superjuri ghalihom ilkoll, hlief ghal Alla. Ebda ilsien uman ma jista’ ifahhar lil Marija Ssma daqs kemm jisthoqqilha. San Tumas minn Aquino jghidilna li l-Maternita’ Divina ta’ Marija, iggibilha dinjita’ immensament kbira. Alla jista’ kollox; kien Hu li gabna fl-esitenza u allura jisthoqqlu l-adorazzjoni taghna ghalkemm Lilu ma ser izzidlu xejn, imma tkun ta’ mertu kbir ghalina kif nistqarru f’wiehed mill-prefazji tal-quddies. Madankollu filwaqt li Hu ma jiddependix minna, Huwa ghazel li jitlob lill-Vergni Mmakulata biex tiehu sehem fil-pjan tas-salvazzjoni tal-bniedem.

U biex jitlobha l-kunsens taghha baghatilha lil anglu Gabirjiel. Hija tidhol f’intimita’ l-aktar kbira mat-Trinita’. Mal-kelma taghha, FIAT, l-Ispirtu Qaddis, jinzel fuqha u Hija ssir l-Gharusa singulari tieghu u Huwa l-Gharus taghha. Il-Kelma Eterna issir bniedem fil-guf purissmu taghha. Wara t-twelid tieghu gewwa l-grotta ta’ Betlem hija hadet hsiebu, rabbietu, raddeghtu, u kienet izzomu nadif, bhalma kull omm li thobb lil uliedha taghmel.

(IKOMPLI)



Make a free website with Yola