jesusandmary

IL-QALB TA’ MARIJA......QALB TA’ OMM LI TAF THOBB.

L-imhabba li Marija Ssma. ghandha lejna bnedmin tixbah lil dik li Binha wera’ meta kien jghix maghna, fostna l-bnedmin, jigri u jfittex lill-midimbin aktar milli t-tajbin. Il-qaghda taghna bhala midimbin, aktar milli ostaklu ghal Marija, hija xewqa li tigbidna lejha biex tohodna ghand Binha Gesu’. Marija timxi fedelment fuq il-passi ta’ Binha Gesu’ u jekk hi thobb lil dawk li jghixu hajja tajba, il-kompassjoni u l-hniena materna taghha hija akbar mhux ghax dawk imbeghda minn Alla jisthoqilhom, imma ghax jehtieguha u jehtieguha bla dewmin.

Il-Qalb bla tebgha ta’ Marija hija murija bil-fjammi tan-nar u kuruni ta’ fjuri biex juru l-imhabba, imma hija wkoll minfuda bi stallet biex tigbdilna l-attenzjoni ghad-duluri taghha, ghal offizi taghna bnedmin lejn Binha li wara kollox joffendu lilha wkoll.

Din il-Qalb ta’ Marija hija l-aktar qalb tenera fost dawk ta’ l-ommijiet kollha,  li thobbna bil-wisq aktar milli nistghu nahsbu. U allura ghaliex ahna nirrifjutaw din l-imhabba taghha? Forsi ghax qalbna ghadha marbuta mad-dnub? Jekk iva, nahsbuha darba darbtejn, ghax dan jigbidna lejn it-telfien ta’ dejjem. Jekk ix-xitan irid isir padrun ta’ qalbna u ruhna l-ewwel ma jaghmel hu li jeqred l-imhabba u d-devozzjoni li ahna ghandna   lejn Marija Ssma, jikteb San Alfons Marija de Liguori.

Ejjew nersqu lejn din l-Omm taghna tas-Sema naraw kemm batiet ghalina flimkien ma’ Binha Gesu’ biex isehh il-pjan tas-Salvazzjoni ta’ Alla ghalina l-bnedmin u filwaqt li nistudjaw il-virtujiet taghha, nippruvaw nimitawha.

L-Imhabba ta’ Marija ghalina timmerita l-gratitudni taghna.  Hija bis-sahha ta’ l-imhabba taghha ghalina li hija xxerred tant u tant barkiet fuqna mis-sema. Huwa veru li l-grazzji li nircievu huma l-frott tal-merti ta’ Kristu, imma dawn il-grazzji Huwa ddepozithom f’idejn Marija biex tqassamhom hi.  Huwa ghalhekk li ahna nsejhulha bir-ragun Tezoriera u Dispensatrici tal-Grazzji. Hija l-kanal li l-favuri ta’ Alla jghaddu minnha biex jaslu ghandna.  Mela dak li ghandna hu gej minn Alla u mill-Imhabba ta’ Marija Ssma. ghalina l-bnedmin.  Allura hija raguni bizzejjed li ahna ghandna nuru rikkonoxximenti Lejha. Jekk tant thobbna ghaliex noqghodu lura biex inqieghdu t-tama taghna fiha? Forsi l-knisja ma sselmilhiex bhala: “Tama taghna, Sliem Ghalik.”?  Hekk kif l-ommijiet ta’ din id-dinja jipprokuraw il-mehtieg ghal uliedhom, hekk Marija fis-Smewwiet takkwistalna bl-intercessjoni mal- Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’, ghalina uliedha l-mehtieg l-aktar meta dan il-mehtieg hu l-qofol ghas-salvazzjoni eterna taghna. Kemm hi kbira l-hidma ta’ Marija biex tisraq l-erwieh milli jmorru fil-kastig ta’ dejjem u tifthilhom il-Bieb tal-Genna, na nafux.

Is-Santi Padri u d-Dutturi tal-Knisja flimkien mal-Liturgija tal-knisja attribwew it-titlu li Marija bhala r-Regina tal-Martri. Il-martirju ta’ Marija kien bil-wisq krudil mit-turmenti kollha tal-martri flimkien ghaliex ghalkemm ma sofrietx fil-gisem, hija batiet fil-qalb u fir ruh. Is-sofferenza kienet twila mill-mument li l-profeta Simewni habbrilha dak li kellha tghaddi minnhu sakemm mietet.  Ahseb biss li dak li minnu ghaddiet Marija flimkien ma’ Binha Gesu’, id-dnub kien il-kawza tieghu.

Nistghu nibqghu nsensibbli quddiem din il-Qalb ta’ Marija minfuda bi stallet? Ma nhossux il-htiega li naqsmu maghha dawk id-duluri, hija li barra li hija Omm Alla, hija Ommna wkoll?

Jekk ma nistghux nixxutawlha d-dmugh, nistghu nikkonfortawha billi naharbu d-dnub, nitolbu bil-hegga ghall-konverzjoni tal-midimbin u ghat-tixrid tas-Saltna ta’ Binha biex jum wiehed ilkoll niccelebraw ir-rebha tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesu’ u l-Qalb Immaklulata ta’ Marija fuq il-hazen tad-dinja. Dan hu li tistenna Marija u li bih tiehu glorja.

Effett iehor ta’ l-imhabba taghna lejha hu li nimitawha fil-virtujiet, bhalma pittur jipproduci fuq it-tila dawk l-oggetti jew figuri li jkun laqtghu l-immaginazzjoni tieghu.  Min ihobbha jimitha u jaghmilha mudell fuq xhiex wiehed ifassal hajtu. Huwa veru wkoll li ahna ghandna nhabirku li nimitaw lil Binha l-ewwel u qabel kollox, izda fil-persuna ta’ Marija, bint Adam bhalna, Alla jqieghed quddiemna mudell komplut u fl-istess hin kopja fidila u imitazzjoni ezatta ta’ Ibnu Gesu’.

Ejjew mela, inhabirku biex innislu fina u nahdmu ghal dawk il-virtujiet li jzejnu l-Qalb ta’ Marija: il-purita’ u s-safa, l-umilta’, il-pacenzja, il-gabra fit-talb, l-ubbidjenza, habiba tax-xoghol tal-fqar u silenzju, ta’ fidi ferma u tama bla kundizzjoni fil-Providenza Divina, imhabba bla tarf lejn Alla u lejn il-proxxmu taghha. Din il-qdusija taghha hadmet ghaliha u ma gietx mix-xejn, batiet u bil-merti li akkwistat u d-dinjita’ ta’ Omm Alla, issa hija r-Regina tas-Smewwiet.

Ejjew ma nhallu ebda distrazzjoni jew tfixkil iehor jigi bejna u bejn Marija Santissma, l-Vergni Mbierka.


Make a free website with Yola