FONZU L-BARBIER
"Fonzu, ghalaqtu sew il-bieb ta' barra hux?" staqsiet Dolor , meta flimkien ma' zewgha kienu dehlin fis-sodda.
"U mela hallejtu miftuh! Anqas inhalluh miftuh matul il-jum, ser inhalluh bil-lejl! U biex inserrahlek mohhok u torqod bil-kwiet ghamilt ukoll anke z-zewg staneg," wegibha zewgha Fonzu.
"Mhux ahjar noqghodu attenti milli xi hadd jidhol gewwa, jisraqna u jaghtina xi qatgha kbira li nibqghu tahtha."
"U le fejn sejra b'rasek. Thallix l-immaginazzjoni tigri bik, Dolor ghax min jisimghek jahseb li qed tara hafna films polizjeski."
"Hallik mill-films. Inti daqsi taf x'garalu Turu tad-deheb. Serquh u hallew lampa stampa."
"U timpressonax ruhek milli jghidu n-nies, ghax in-nies jghidu hafna u trid taqta' nofsu. Jien dak in-nhar stess tas-serqa kellimtu u qalli li d-deheb kollu kien maqful fis-safe. Li serqulhu kien xi haga zghira tal-flus, li juza biex jaghti l-bqija meta xi klijent jigi biex ihallsu tax-xoghol li jkun ghamillu. U dak li ghidtlek qis li ma titkellmu ma' hadd, ghax Turu fada fija."
Waqa' ftit tas-silenzju b'Dolor tinkwieta u tibza' li dak li gara lil Turu seta' jigri lilhom. Imbaghad Fonzu fetah fommu u qalilha: " Ahjar norqdu ghax ghada ghandi dik il-gurnata maratona ta' qtuh ix-xaghar. Kollox lest u fis- 7 ta' filghodu niftah il-hanut."
Xoghol Fonzu kien barbier, anzi kif kienu jsibuh n-nies tar-rahal Il-Barbier tar-Rahal. Huwa tghallem is-sengha taht missieru u kien barbier tajjeb daqs dak li mal-hitan tal-hanut tieghu kellu certifikati li ha mill-iskola tas-snajja. Fonzu kellu dispjacir wiehed li s-sengha tieghu ma setghax jghaddiha lil uliedu, ghax dawn kienu zewgt ibniet li ghazlu t-triq tal-medicina. Il-hanut tieghu kien imiss mad-dar, kamra mdaqqsa li warajha kien hemm gnien. Il-post kien antik, imma nadif u mal-hitan tieghu kellu bosta nkwatri mdendla li juri stiliet differenti ta' xaghar li wiehed seta' jaghzel biex Fonzu jimmodellah fuqu.
Meta xi hadd qallu biex jimmodernizzah, ghax bniedem barra mir-rahal fetah hanut modern tax-xaghar fit-tarf tal-villagg, wiegbu li f'hanut modern jew antik in-nies is-servizz trid u mhux il-hafna xinxilli. Fonzu kien qabad sew u ma kienx jibza' mill-kompetizzjoni. U z-zmien tah ragun ghax il-hanut il-gdid ghalaq u huwa baqa' haj.
Bhala sinjal ta' rispett Fonzu kien imur jaqta' xaghar il-kappillan fid-dar tieghu parrokjali kull tieni Erbgha tax-xahar. Kien imur wara nofsinhar billi f'dan il-jum kien jahdem nofs ta' nhar biss. Il-kappillan, dan, kien japprezzah ghaliex b'hekk jiffranka l-hin. Imbaghad kien jistiednu jiehu kikkra kafe' u joqoghdu jitkellmu fuq ir-rahal u l-bzonnijiet tieghu. U ghalkemm Fonzu kien jaghmel dan minghajr ebda interess, fil-fond ta' qalbu kien jistenna li jixrob dik il-kikkra kafe shuna ma' xi helu jew pastizzi li kienet tohdilhom oht il-kappillan.
"Kappillan smajtek tghid fl-avvizi ta' nhar il-Hadd li f'Awissu ghal festa taghna gej Patri Tumas iqatta xi jiem ta' mistrieh mal-familja tieghu."
"Iva. Inti tafu lill-Patri Tumas ghax tamparek. Ilu fil-missjoni madwar 25 sena u gej jghaddi xi zmien mal-familja tieghu hawn fir-rahal; qalli li mhux ser joqghod b'idu fuq zaqqu ghax bi hsiebu jkompli x-xoghol tieghu ta' sacerdot hawn fostna, jippartecipa fil-festa u wara jerga jmur ikompli fil-missjoni sakemm Alla jtih is-sahha."
"Gieni hsieb, kappillan, ara taqbilx mieghu li waqt li jkun hawn naghmel gurnata maratona naqta x-xaghar u d-dhul kollu tal-jum imur ghall-htigijiet tal-missjoni tieghu."
"Iva," wiegbu l-kappillan. " Irrid naghmel xi gabra u attivita' ghal dan il-ghan u l-isforz tieghek ikompli jghin il-pjan tieghi."
U ma' huh, barbier ukoll fir-rahal biswit, bdew jaqtghu x-xaghar bla ma waqfu. Minn naha tieghu l-kappillan ghamillu pubblicita' kbira ghal din il-maratona. Fonzu zejjen il-faccata tal-hanut bil-liedna tal-festa u zewg palmiet, biex jigbed aktar attenzjoni. Tassew li hidma bhal din irnexxiet ghaliex fl-ahhar tal-jum sab li flimkien ma' huh hadem b'700 euro xoghol.
Il-kappillan minn naha tieghu organizza fiera li l-profitti taghha kellhom imorru ghand Patri Tumas, ghamel gabra lejlet il-festa u talab lil organizzaturi tan-nar biex inaqqsu xi ftit mill-programm tan-nar biex b'dak li jiffrankaw jaghtuh lil Patri Tumas. Xi kuntratturi komplew ziedu l-gabra bil-kontribuzzjonijiet taghhom u s-somma telghet ghal madwar 20,000euro.
"Ma stennejt somma daqs kbira," qal Patri Tumas meta pprezentawhielu lejlet il-festa. U kollu kommoss wieghed lin-nies li b'dawk il-flus kien ser jibni klinika zghira, mghammra b'kull htiega ghal sahhet in-nies tal-missjoni. "U bhal tifkira, biex dan il-gest qaddis taghkom ma jintnesa' qatt il-klinika insemmiha Klinika Madonna tal-Parir it-Tajjeb, f'gieh il-Patruna tar-rahal taghna," temm jghidilhom Patri Tumas fost ic-capcip li honoq il-knisja.
Il-festa ghaddiet b'wicc il-gid u Patri Tumas telaq mill-gdid lejn il-missjoni tieghu. Huwa dejjem zamm kuntatt mal-kappillan fejn kien jispjegalu il-progress tal-bini tal-klinika halli hu jghaddihom lin-nies tar-rahal. Sa ritratti kien jibghatlu biex iwahhalhom man-notice board ghas-sodisfazzjoni tan-nies li flushom kienu qed jigu uzati tajjeb.
L-idea tal-maratona ghogbitu lil Fonzu u wieghed lill-kappillan li meta tkun riesqa il-gabra nazzjonali ghad-dar tal-Providenza, f'dik il-gimgha jorganizza hu u huh maratona tax-xaghar.
"Pero' kun inti kappillan li tiehu s-somma ghax fuq it-TV ma nidirhx."