jesusandmary

HTML Editor - Full Version

IL-MEJDA TAD-DULURI


Lukrezja kienet koka tajba, ghalkemm qatt ma marret korsijiet ta' tisjir. Ma kienitx titlef programm dwar l-ikel fuq it-TV jew radio , u araha tikteb noti jew ricetti li jigu imxandra meta jghogbuha l-ingredjenti. Kultant kienet tixtri xi ktieb tar-ricetti biex isajjar differenti u hekk l-ikel fid-dar ikun varjat.

Zewgha Karlu kien ser jaghlaq sninu u ghalhekk riedet taghmillu kejk imzejjen u bnin ghal l-okazzjoni. Bhalma kienet thobb taghmel meta tigi biex isajjar, Lukrezja kienet thejji l-ingredjenti fuq il-bank . Sabet pero' li kien jonqosha xi haga u ghalhekk kienet diga fethet halqa biex tghajjat lil binha Anglu halli jmur jixtrilha dak li kellha nieqes minghand tal-merca fit-tarf tat-triq, meta ftakret li Anglu kien qed jistudja ghax kienu waslu l-ezamijiet u ddecidiet li tmur hi.

Anglu kien fil-kamra tieghu, imma mhux jistudja. It-thejjijiet kien diga ghamilhom xi jiem qabel u hassu ppreparat sew ghal l-ezamijiet. Fl-iskola kien dejjem minn ta' quddiem u l-marki tieghu kienu fost l-ghola fil-klassi. Fetah il-kexxun, minnu hareg ritratt ta' missieru jidher hosbien fuq il-bank tal-gnien tad-dar taghhom. Kien hadulhu meta missieru kien aljenat. Poggieh quddiemu biex ikompli jpingih bil-lapes fuq karta mdaqqsa. Kien fadallu l-ahhar irtokki biex ilestih halli imbaghad jirrumblah go skartocc u jaghtihulhu rigal ghal jum twelidu. Anglu kien mignun wisq ghal l-arti. Kien jghaddi hafna hin ipingi u jpitter bil-kuluri ta' l-ilma dak kollu li jigi ghal idejh.

Il-Hadd, jum twelid missieru, ma kienx jonqos li Lukrezja ghamlitlhu ikla tal-festa bil-kif u spiccaw bil-kejk li kienet hadmet u zejnet b'hila kbira. Kemm it-tifel kif ukoll missieru tawha l-prosit. Kien imiss issa li Anglu jipprezentalhu r-rigal tieghu. X'hin fethu Karlu baqa' mbellah bit-tpingija u qallu:  “Vera gibtni sabieh fit-tpingija...aktar milli jiena." Waqaf ghall-ftit mumenti jikkontempla dak li kien qed jara. Martu Lukrezja qamet, marret warajh u hi wkoll fahhret dak ix-xoghol. Imbaghad Karlu qal lil Anglu: " Ara ommok u jiena konna qed nahsbuha din il-gimgha biex nibghatuk ghand xi hadd biex jghinek tizvilluppa dan it-talent li ghandek. Xi tghid?"

Anglu hatfu fil-kelma u wiegbu: " Daz-zgur li irrid."

"Din il-gimgha nkellem lil Wistin l-Iskultur li, hadem il-vara tad-Duluri ghal-parrocca tar-rahal u nara jistax jghinek."

Is-Sibt ta' wara, Karlu u Anglu sabu ruhhom quddiem Wistin. "Halli nara x'issarraf, zaghzugh," qallu Wistin, " Hux Anglu ghidt li jismek?"

Wistin qalleb ix-xoghol ta' Anglu u ra li t-tfajjel kellu talent kbir, mhux ta' min iwarrbu. U meta ra t-tpingija ta' Karlu mixhut fuq bank hosbien baqa' skantat mhux ftit bil-hiliet tat-tifel. " X'tixtieq li ssegwi fl-arti, it-tpingija jew l-iskultura?"

U Anglu qallu: "It-tnejn ghaliex nixtieq li nahdem l-istatwi ukoll. F'mohhi ghandi progett u meta nsib xoghol xi hames snin ohra wara li ntemm l-kors ta' l-iskola, u saqajja jkunu fis-sod fil-hajja, irrid inwettqu."

"Mela sew tul dawn il-hames snin nghallmek l-iskultura u nharreg tpingi."

Anglu tharreg tajjeb matul dawk il-hames snin. Huwa temm l-edukazzjoni tieghu fil-Junior College u wara li ghamel ezami, dahal jahdem fis-Servizz Civili. Hawn serrah mohhu li barra li jista' jghaddiha tajjeb, ghandu wkoll ic-cans li jwettaq il-holma tieghu b'dak li tghallem taht is-surmast Wistin.

"Pa, sibli rokna fil-garrax fejn nista' nahdem id-delizzju tieghu. Kbir bizzejjed biex ittini roqgha." Missieru ghamel dak li xtaq ibnu. Anglu kien ta' kuljum jinzel isfel u jahdem statwa ta' bejn wiehed u iehor zewg piedi li tirraprezenta li Marija Addolorata. Mit-tafal hadem l-idejn u s-saqajn flimkien mal- wicc u minnhom ghamel manikin. Imbaghad bil-ghajnuna ta' ommu hiet l-ilbies, u  libbes il-manikin b'ilbies tal-bellus. "X'bi hsiebek taghmel, Ang?" staqsietu ommu kollha kurzita'.

"Wirja, flok mejda ta' l-appostli bhalma gie li jiena u missieri zorna meta kont ghadni tifel gewwa Bormla, jew il-Belt ghand id-Dumnikani jew il-Marsa ghand il-Patrijiet, naghmel mejda tad-Duluri."

"U fejn ser taghmel haga bhal din?" saqsietu ommu

"Fil-garaxx, inwarrab l-imbarazz fil-gemb tal-garaxx, nohloq spazju mdaqqas, indawwru bil-purtieri suwed u hemm norganizza l-wirja tieghi. Il-garaxx taghna  kbir hafna u jippermetti  li naghmel hekk."

Wara l-festi tal-Milied, ir-Randan kien jonqsu biss erba' gimghat ghall-bidu tieghu. Ghalhekk inghata b'ruhu u gismu biex iwettaq 

il-holma tieghu. Beda' jahdem simboli tal-passjoni bil-melh fuq platti zghar u fuq platti akbar ta bidu ghas-Sebgha Duluri ta' Marija Ssma. Kien fihom hafna xoghol, izda ma qatghax qalbu u aktar kompla jahdem b'entuzjazmu meta beda' jara x-xoghol tieghu hiereg b'mod l-aktar perfett u kif xtaqu hu. 

Kien diga applika l-Kunsill Lokali biex fil-lista ta' attivita'ghall-Gimgha Mqaddsa fir-rahal, jinkludu l-wirja tieghu flimkien ma' ritratt ta' gabarre' kwadru mahdum bil-melh li juri l-Addolorata mixhuta taht is-salib b'Binha Gesu' ippjagat fi hdanha.

Kien cert li l-wirja tieghu tkun success ghaliex qatt ma kien hemm xoghol originali bhal tieghu fir-rahal. Barra minn hekk wirjiet ohra barra mir-rahal twelidu kienu kollha jittrattaw is-suggett, il-Mejda ta' l-Appostli. Hu ried jishaq fuq id-Duluri ta' Marija Ssma fil-wirja tieghu.

Gimgha qabel il-ftuh, rama l-purtieri li ghamlitu ommu, waqqaf mejda kbira bis-serratizzi u twavel ghall-wicc, kesa bi tvalja bajda u ghamel dublett iswed ghal madwar il-mejda. Pogga l-istatwa tad-Duluri fin-nofs tal-mejda fuq pedestal u madwarha qieghed il-platt bid-disinji tal-melh  li kienu juri d-diversi duluri taghha. Bejn kull platt u iehor pogga s-simboli tal-passjoni, mahduma ukoll bil-melh. Ma neshiex li wara l-purtieri jqieghed borma bil-hwawar fuq nar bati biex tarmi il-fwieha u wkoll ma naqasx li fl-isfond isemma kant gregorjan adattat ghall-Gimgha Mqaddsa.

Il-wirja damet miftuha minn Hadd il-Palm sa nofs in-nhar tal-Gimgha l-Kbira. Ma stenniex li ser ikollu daqshekk nies li jigu jaraw il-wirja tieghu. Hassu kburi u sodisfatt. Hafna staqsewh kif irnexxilu jahdem dawk id-disinji bil-melh u  spjegalhom fil-qosor minghajr ma heba' xejn mid-delizzju tieghu. Xi zaghzagh mill-kazin tal-banda sabuh f'Hadd il-Ghid u talbuh jghallimhom dik l-arti. Huwa bl-umilta' kollha laqa' it-talba taghhom li jghallimhom kull nhar ta' Sibt filghodu fil-kazin. Ma kienux xi artisti, izda malajr tghallmu, ghax fejn hemm ir-rieda, jimxi s-success.

Ma bezghax mill-kompetizzjoni ghax f'mohhu kellu aktar pjanijiet.  

Ghas-sena ta' wara Anglu beda' jahdem is-seba duluri fi statwi halli bihom ikompli jzejjen il-wirja tieghu. " Il-wirja tieghi nzidilha vari minjaturi spanjoli," haseb bejnu u bejn ruhu."

Kien ghalhekk li beda' jfittex fuq l-internet taghrif fuq il-fratellanzi spanjoli u l-patrimonju taghhom. Ikkomunika mas-sede ta' fratellanza dwar it-titular taghha, urieha l-hsieb tieghu li jahdem minjaturi tax-xbihat taghha u talabha diversi ritratti minn angoli differenti ta' l-wicc, saqajn u idejn.  Beza' li ma jkollux risposta ghax bil-lingwa spanjola hu ma kienx jafx. Kitbilhom bl-Ingliz. Imma nzerta li s-segretarju tal-fratellanza kien jaf sew bl-Ingliz. Il-fratellanza mxiet max-xewqat ta' Anglu u baghtitlu dak kollu li xtaq, anzi stednitu li jekk ikollu bzonn taghrif iehor lesta li tghinu.

Anglu dahal ghall-progett li ma kienx jaf jekk hux ser jirnexxilu jew le. Hu ma kienx hajjat, izda talab l-ghajnuna ta' ommu u t-tfajla tieghu li kienet tghaddi bosta hin tarah jahdem u xi minn daqqiet tghinu. Il-vari spanjoli kwazi kollha jintlibsu u jintlibsu b'mod rikk u sabieh. Meta darba missieru staqsieh ghaliex ma jipprezentax vari mahduma fuq stil malti, Anglu wiegeb: " Pa, fil-wirja tieghi nixtieq naghmel dak li haddiehor ma jistax jara f'ohrajn."

Ir-rizultat ahhari kien success, tant li anke baghat ritratt ta' xoghlu lill-fratellanza. "Din is-sena nzid xi haga gdida. Zewg vari spanjoli, l-istatwi tas-seba duluri ta' Marija u fratell tal-fratellanza," qal lil ommu, lil missieru u lit-tfajla tieghu." Dar lejn it-tfajla tieghu u qalilha: " U d-dar li nfittxu rrid li jkollha garaxx kbir."

Minn sena ghal l-ohra l-konkorrenza tan-nies kienet tizdied. Sahansitra anke nies minn barra r-rahal gew biex izuru din il-wirja li bdiet tiehu dimensjoni ta' kultura spanjola ma' dik maltija. 

Anglu sab id-dar li xtaq fir-rahal, izzewweg u kompla bin-namra tieghu. Il-kultura spanjola dahlet sew fil-wirjiet tieghu. Ghal qamar il-ghasel marru Spanja u ma naqasx li jzur lis-segretarju tal-fratellanza u mieghu hadlu x-xoghlijiet tieghu u wrihomlhu. "Min jaf li kieku tigi zzur il-wirja tieghi f'Malta?" 

"Li jaqghtali qalbi huwa z-zmien. Inkun wisq imhabbat, izda li kieku kellek thalli l-wirja ghal wara l-Ghid, nigi zgur."

"Imma l-purcissjoni taghkom mhux it-Tnejn tal-Gimga Mqaddsa torganizzawha?"qallu Anglu.

"Iva."

"Mela tista' tigi mill-Erbgha 'l quddiem," qallu Anglu.

"Nista' u hekk naghmel."

"Xejn xejn nurik il-Gimgha Mqaddsa taghna l-Maltin u tara l-wirja," qallu Anglu. "Infakkrek meta jkun qorob iz-zmien." Is-segretarju dawru l-Muzew tal-fratellanza jurih il-patrimonju kollu taghhom. Anglu u Marta komplew qamar il-ghasel taghhom, hallew Malaga u komplew izuru bliet ohra fi Spanja.

Meta waslu lura Malta, bdew il-hajja ta' kuljum: xoghol u arti ghal Anglu, xoghol tad-dar ghal Marta. Meta wasal iz-zmien, is-segretarju  zamm kelmtu u gie Malta. Ma giex wahdu. Mieghu kellu r-rettur tal-fratellanza. Iz-zjara taghhom kellha iddum jumejn waslu l-Erbgha filghodu u kellhom ihallu l-Hamis bil-lejl. Anglu dawwarhom ma' Malta u spjegalhom il-kultura Maltija tal-Gimgha Mqaddsa. Raw b'ghajnejhom ix-xoghol u l-arti tal-wirja ta' Anglu. Gibdu ritratti u anke hadu xi filmati biex juruhom lill-kumitat tal-fratellanza. Fahhrulhu xoghlu u r-rettur permezz tas-segretarju staqsieh jekk ikollhom jitolbu l-ghajnuna tieghu, kienx lest li joffrihielhom. Anglu wiegbu li jaghmel dak kollu li kien possibbli bhalma huma kienu ghamlu mieghu.

Ghaddew xi ftit gimghat minn din l-esperjenza, meta jum wiehed ircieva email fejn talbuh l-assistenza tieghu biex imur hmistax Malaga, kollox imhallas halli jghallem xi membri zaghzagh, imsiehba fil-fratellanza t-teknika tax-xoghol tal-melh. Accetta li fis-sajf jitla'.  Kien zmien ta' hidma intensiva imma ta' success ghaliex malajr tghallmu t-teknika. Komplew jipprattikaw kuljum anke wara li ntemm il-kors biex jipperfezzjonaw xoghlhom. Fi zmien il-Milied il-fratellanza stiednu kemm lilu kif ukoll lil Marta biex jghaddu jumejn ma' l-msiehba tal-fratellanza. Waqt iz-zjara tieghu, Anglu u martu raw ix-xoghol li kienu ghamli dawk iz-zaghzagh. Quddiemu ra platti bil-melh fuq it-tema tal-Milied. Ma kien hemm xejn xi tmaqdar. Xoghol mahdum bil-ghaqal u b'arti. Il-fratellanza kellha f'mohha li taghmel wirja ghal zmien il-Gimgha Mqaddsa bazata fuq il-wirja tieghu.

Make a free website with Yola