jesusandmary

HTML Editor - Full Version

IL-PORTA FORTUNA

Ganni u martu Alejandra flimkien ma' uliedhom tewmin, Pablo u Lidia, kienu gejjin minn festa ta' tieg lura lejn darhom, meta minghajr ma kien mistenni, karozza tal-kiri tilfet il-kontroll u baqghet diehla go sigra. Nizlu mill-karozza biex jaghtu l-ewwel ghajnuna. Alejandra cemplet l-ambulanza filwaqt li Ganni u uliedu hargu tfajla li dehret li kellha griehi hfief. Imma r-ragel u l-mara li t-tfajla qalet li kienu l-genituri taghha sofrew xi griehi. Hargu bi tbatija u nxtehtu fl-art mitluqa b'hass hazin u demm icarcar ma' wicchom. 

Ma damux ma sabu rwiehom l-isptar u filwaqt li l-genituri gew certifikati li kienu qed isofru minn griehi serji, it-tfajla giet ikkurata ghal xokk li kellha fuqha. Izda xorta zammewhom ghal osservazzjoni. Il-htija ta' dan l-incident kien xi zejt li waqa' minn vettura fit-triq u kien ta' periklu ghas-sewwieqa.

L-ghada filghodu Ganni mar jara kif sebhu u staqsiehom jekk kellhomx bzonn xi haga. Kien lest li jkun ta' ghajnuna. " L-aktar li qed ninkwetaw hija minhabba t-tifla Concepcion," qallu Jose' b'ingliz imfarrak. Ganni biex igieghel lil Jose' ihossu komdu stiednu jitkellem bil-lingwa tieghu billi huwa kien jaf jitkellem hafna bl-ispanjol. "Halli f'idejja, ahna lesti li nilqghu lil bintek  fid-dar taghna sakemm tohrog mill-isptar, s'intendi jekk hija u intom ghandkom pjacir. Imbaghad filghodu nwassalha hawn biex tghaddi l-jum maghkom." Jose' qabel u Concepcion laqghet l-istedina ta' Ganni.

Meta ghadda kollox b'wicc il-gid u hargu mill-isptar, it-tobba tawhom parir biex joqghodu jistriehu ghal xi jumejn qabel itiru mill-gdid lejn pajjizhom. U Ganni laqaghhom ilkoll gewwa daru. Tul dawk il-jumejn qabel telqu lura saru jafu hafna fuq xulxin. It-tewmin dawwru lil Concepcion madwar il-gzira. U l-anzjani qaghdu jitkellmu fuq il-hajja. "Jiena ghandi l-fabbrika li tahdem u tesporta l-birra Coruna u issa minn erba' snin 'l hawn dhalt ukoll fil-produzzjoni ta' l-imbid, ghalkemm bhalissa qed imbieghu biss go Spanja."

"Jiena propja ghalliem tal-Matematika, izda it-tieni suggett tieghi hu l-lingwa spanjola. Nghallem fi skola sekondarja," stqarret Maria, mart Jose ma' Alejandra, mart Ganni, li ma sabithiex bi tqila biex tintegra fid-diskursata. Kliemhom waqa' fuq dak li fadal fi Spanja miz-zmien li fih telqet biex tizzewweg lil Ganni taghha. "Jiena ghandi biss tifla wahda, lil Concepcion,"qaltilha Maria meta Alejandra semmitilha li ghandha tewmin. 

"It-tradizzjonijiet fi Spanja ghadhom hajjin kif fl-imghoddi. Ahna ghadna nzommu fid-dar taghna t-tradizzjoni tat-tlett rejiet. U minkejja li kbar, kulhadd ikun irid isib il-figurin tal-bambin fil-kejk tat-tlett rejiet."

It-tewmin u Concepcion dahlu d-dar b'guh kbir fuqhom u wara li kulhadd intasab mal-mejda bdew jieklu ikel stil malti. Kulhadd ghogbu u kielu kemm riedu u felhu. Wara dahlu fis-salott u fuq kikkra kafe imsajjar bl-imsiemer tal-qronfol, u mizjud bi grokk anisette komplew jitkellmu.

Dahlu jorqdu kmieni ghaliex l-ghada kellhom itiru fl-4 ta' filghodu lejn Toledo. Wassluhom sa l-airport u wara tghanniq tal-firda telghu fuq l-ajruplan.

Imma l-kbir kien ghadu gej bejn it-tewmin, Pablo u Lidia. Meta Lidia sabet il-mument opportun wahedha ma' huha qaltlu: "Tahseb li l-bierah ma kontx naf inwiegeb ghalija nnifsi meta Concepcion saqsiet fuqi?

Pablo wegibha: "Mela jien indhaltlek? Mhux li ridt ghidtilha?"

"Le le, meta saqsietni x'naghmel l-universita' kont inti li wegibtha li jiena qed nistudja ghal tabiba. Tahseb li ma kontx naf nghidilha jien? Ridt li inti tizzattat maghha u tajtni spazju mill-inqas maghha. Tahseb li ma indunajtx bil-hsieb ta' mohhok?"

"U xi hsieb kelli f'mohhi?"

"Meta jkun il-waqt nghidlek, "wegbitu filwaqt li hallietu bil-kurzita' biex tarah jinkedd billi kienet taf li huha kien kurjuz.

"Love at first sight, mahbub Pablo," qaltlu Lidia b'ton sarkastiku.

" U jiena nista' naqa' fin-nassa ta' l-imhabba, jiena minn Malta u hija minn Spanja?"

"Hallina Pablo. Tmurx hafna 'l boghod u hares lejn missieri u ommi. Wiehed minn Malta u l-ohra minn Spanja. Eppure it-tnejn waqghu ghal xulxin."

"Imma jiena differenti," wegibha  Pablo xi ftit imhawwad u misthi.

Meta rat li Pablo kien qed jinkedd, aktar ziedet id-doza u qaltlu: "Mur arak izewgek u jbierkek l-arcisqof ta' Toledo, zijuha. Hah, hah, haj," idiehqet bih ohtu," Ichad jekk inti ragel,"

Bhalma kien jaghmel kull sena, Ganni stieden lil huh bil-familja tieghu ghal ikel fil-festa tat-Tre Re. Kien jaraha haga sabieha hafna li f'dawn iz-zminijiet l-okazzjoni ta' l-ikla, tkun mezz biex il-familja tiltaqa' flimkien ta' darba fis-sena. Kienet tiswielu hafna preparamenti u xoghol, imma wara kollox huh wiehed biss kellu u l-familji kienu jingiebu hafna bejnithom.

Dak in-nhar Alejandra riedet tintroduci t-tradizzjoni tal-porta fortuna li ssir gewwa pajjizha fil-festa tat-Tre Re. Alejandra kienet spanjola u Ganni kien iltaqa' maghha waqt li kien qed isegwi kors specjalizzat tal-lingwa spanjola fl-Universita' ta' Madrid. It-tradizzjoni titlob li fil-kejk tal-Milied  tinheba' figura zghira tal-Bambin u min isibu jinghad li fuqu tkun gejja sena ta' fortuna u prosperita'. Ghalhekk Alejandra qatghet il-cake fi slices b'attenzjoni u pprezentatu fuq il-medja wara l-ikel.

Kulhadd kiel bil-mod li ma jmurx jilba' il-figurin jew ikisser xi sinna, imbaghad malajr tkun gejja fuq sena ta' gid!!!!!!!!!!

Ix-xorti misset lil Pablo t-tifel ta' Ganni. Il-prezenti lkoll ferhulu li x-xorti tajba thabbatlu ma ddumx dik is-sena, imma ohtu Lidia harset lejh u ghemzitu  bla ma hadd induna. Pablo fehemha dik themiza u baqa' sieket.  Ried li jizvela kollox f'hinu u waqtu. Minn mindu Concepcion halliet Malta, ma waqfux jikkomunikaw ma' xulxin bil-mobile. Ohtu indunat li kull meta kien jircievi xi telefonati, kien imur iwegibhom fil-gnien fejn hadd ma seta' jisimghu bl-iskuza li gewwa ma kienx hemm reception.

Biex taharqu darba minnhom qaltlu b'ton sarkastiku: "Ghidli ftit Pablo, dan minn mindu ma hawnx reception gewwa? Jew forsi ghax is-sejha gejja minn barra, minn Toledo?"

"Allura?" wegibha lura Pablo. "jaqaw ghandek xi dritt li tkun taf hwejgi?" qalilha huha kemm xejn imfantas.

"Anqas xejn. Imma billi tghidilna li qed tikkomunika ma'..."

"Concepcion," intervena missieru. " Ma fhiex x'tahbi minn tal-familja. Wara kollox hekk ghamilt jiena ma' ommok."

"U kif indunajt b'dan? Forsi giet tpeclaq ohti," irrepta bi kliem biex ibaxxi lil Lidia.

"Le xejn minn dan. Meta cempilli missierha biex jaghtina l-awguri tal-Milied u s-Sena t-Tajba semmili din il-haga."

Pablo ikkalma meta ra li ohtu kienet baqghet siekta fuq din il-haga, izda ftakar  kemm kellha ragun meta qaltlu:"Hallina Pablo. Tmurx hafna 'l boghod u hares lejn missieri u ommi. Wiehed minn Malta u l-ohra minn Spanja. Eppure it-tnejn waqghu ghal xulxin."

"Kun imbierek ibni. Jiena u marti mberkuk u anke ohtok tifrahlek."

Pablo svela lill-tal-familja li qed jistenna jaslu l-vakanzi tas-sajf biex imur ghandha.

U ohtu mill-gdid ittantatu: "Mur arak, izewgek zijuha  l-arcisqof,  fil-katidral ta'  Toledo."

Make a free website with Yola