IL-VARA TAD-DULURI
Dun Spir, il-kappillan kellu progett f'mohhu ghall-parrocca tieghu, imma qaghad pass lura milli jniehdih, billi ma riedx jghabbi l-knisja tar-rahal b'dejn li ma kienx mehtieg. Izda kull meta kien jghaddi minn quddiem ix-xbieha ta' San Guzepp dejjem kien jieqaf mument u jfakkru fil-progett. Kienu jtennilu: " San Guzepp infakkrek fil-progett tieghi. Inhalli f'idejk. Meta jkun il-waqt gharrafni." Kellu fidi u tama fil-qaddis li jghinu kif ghenu bosta drabi biex iholl problemi fil-parrocca.
Wenzu u Ganni resqu fuq il-kappillan, wara l-quddies ta' wiehed mill-Hdud tar-Randan u stqarrewlu li xtaqu jkellmuh. Kienu zewg benefatturi tal-knisja u meta kien jitlobhom xi haga, jhallu minn idejhom u jaqduh minnufih. "Nidhlu gewwa fis-sagristija z-zghira?" staqsiehom.
"Le mhux hawn xtaqna nkellmuk, izda ghandi, id-dar tieghi," wiegbu Wenzu.
"Haga mill-izghar," qallu l-kappillan. " Ara meta trid u jiena nigi."
"Le, le. L-ahjar tghidilna inti meta komdu li tigi," qallu Wenzu.
"Jekk nghidlek li nista' nigi llum stess ghal l-erbgha, tajjeb ghalik. Habat li l-quddiesa ta' filghaxija ser iqaddisha Dun Anton, " talbu l-kappillan.
"Hafna tajjeb, sur kappillan," temm jghidlu Wenzu, u wara li irringrazzjawh hargu 'l barra u meta waslu fuq iz-zuntier, Ganni ghorok tnejn idejh, mhux ghax kien il-bard, imma ghaliex kif qal lil Wenzu "l-ewwel pass giena tajjeb."
"Issa jmiss it-tieni," wiegbu lura Wenzu. Komplew mexijin flimkien jithaddu fuq hwejjeg. Kif waslu quddiem il-kazin tar-rahal, Ganni stieden lil Wenzu biex jidhlu gewwa u jiehdu qassata u kafe. U waqt li bejn gidma u ohra kienu jiehdu bela' kafe tajba kif kien jaf jaghmel Bertu tal-bottegin, semghu diskursata dwar il-purcissjoni tal-Gimgha Mqaddsa tar-rahal biswithom.
"La qed jitkellmu fuq dan is-suggett, jidher li hawn interess fir-rahal taghna biex issir xi haga f'dawn il-jiem," tenna Wenzu lil Ganni b'lehen baxx biex ma jitilfux is-suggett ta' dak li kien qed jinghad.
"Forsi bis-sahha ta' dan l-interess jirnexxilna nibdew," wiegeb Ganni. Wara li kielu u xorbu l-kafe hargu 'l barra u t-tnejn telqu ghar-rashom, wara li Wenzu sahaq biex Ganni jkun ghandu nofs siegha qabel.
Mal-hin preciz il-kappillan cempel il-qampiena, donnu kien qed jistenna li jdoqq l-arlogg tal-knisja u giet tiftah minnufih mart Wenzu, Katerina.
"Donnok kont wara l-bieb," laqaghha l-kappillan bit-tbissima, "kemm ftah fil-pront."
"Kont qed nistenniek, ghax hekk qalli Wenzu biex fl-erbgha nkun lesta," wegbitu Katerina. " Ghaddi, ghaddi, idhol hawn ." U wrietu l-kamra tas-salott fejn kien hemm Wenzu u Ganni jithaddu bejnithom fuq dak li riedu jghidu lill-kappillan.
"Poggi bil-qieghda sur kappillan," stednitu Katerina filwaqt li resqitlu s-siggu. "X'ingibilkom?"
Qalilha Wenzu :" Katerina, il-kappillan ihobbha dik in-naqra kafe bl-anisetta u imsiemer tal-qronfol; u ahna l-istess."
"Mela nibdew minghajr ma noqghodu nduru mal-lewa, sur kappillan. Xtaqna jiena u Ganni li nibdew fratellanza f'gieh id-Duluri Mqaddsa. L-ghajnuna tieghek biex jirnexxilna tiswa' hafna. Bizzejjed ikollna madwar 20 ruh kemm rgiel kif ukoll nisa, imbaghad tikber maz-zmien. Xi kelma minn naha tieghek u hidma minn naha taghna ma ghandiex tkun xi haga iebsa. Ir-rahal taghna ma hux xi wiehed distratt, zghir u maghqud u l-parruccani jfittxuha l-knisja. Iktbilna ftit regoli u mexxilna kollox mill-Kurja."
Dak il-hin dahlet Katerina bil-kafe li fewwah il-kamra u platt bil-bicciet tal-kejk tac-cikkulata.
Il-kappillan ra li din tista' tkun l-ewwel targa ghall-progett tieghu. U wara li difen wiccu bejn idejh sema' lil Ganni jghidlu: " Jaqaw hemm xi ntopp? Ma ghogbitekx l-idea?"
"Le anqas xejn, anzi tghogobni hafna, pero' tistghu tghiduli kif ser twaqqfu din il-fratellanza minghajr vara titulari?" staqsa l-kappillan.
Qabel ma Wenzu wiegeb stieden lill-kappillan jiehu l-kafe u bicca kejk, imbaghad wiegbu: "Ghal kollox hsibna u ghal kollox ghandna risposta." Qam bil-wieqfa, mar lejn gradenzin, u wara li fetah bieba zghira, hareg minna oggett mghotti.
"Din hija l-abbozz ta' Marija Addolorata li ghandha tkun l-vara titulari tal-fratellanza," qallu Wenzu. U gholla l-ghata u dehret xbieha tassew sabieha ta' kif kellha tkun il-vara tad-Duluri.
Kienet tirraprezenta lil Marija Ssma bilqieghda fuq blata thares lejn binha mejjet f'hogorha u magemb saqajha kellha is-simboli tal-passjoni, il-kuruna tax-xewk u l-imsiemer. Warajha kellha s-salib li fuq kienu sallbu lil Kristu. Jistrieh fuq kiem hemm sellun u hdejh qoffa fit-tnalja u martell.
"Tassew vara sabieha. Ma fih x'tghid xi tmaqdar", qal il-kappillan wara li darha xi darbtejn minn wara u minn quddiem.
U minghajr ma hallieh ikompli Ganni tkellem hu issa. "L-ispejjes ta' din il-vara ser inhallsuhom ahna t-tnejn, jiena u Wenzu."
Dak il-hin il-kappillan ma qal ebda kelma, izda kieku wiehed kellu jaqra lil qalbu kien jara li f'qalbu kien ghaddej innu ta' ringrazzjament lil San Guzepp. Wara ftit mumenti qal lil Wenzu u lil Ganni: " Jiena nitlob il-permessi mehtiega lill-Kurja u minxu minn hemm. Ma ghandix kliem kif nirringrazzjakom ghal dan il-pass li ser tiehdu ghall-gid tal-parrocca. U bilhaqq skuzawni, tant ninsab emozjonat bil-pass taghkom li anqas staqsejt ghal l-artist."
"Malli jkollok risposta t-tlieta li ahna navvicinaw lil artist Camenzuli mill-Mosta."
Issa li t-tieni pass kien lest Wenzu u Ganni qaghdu jitkellmu mal-kappillan. Meta sema' il-quddiesa idoqq, il-kappillan kien sarlu l-hin biex ihallihom. Mill-gdid Dun Spir irringrazzja liz-zewg benefatturi u mar dritt quddiem ix-xbieha ta' San Guzepp u raddlu hajr minkejja li dak il-hin Dun Anton kien qed iqaddes.
In-nies tal-knisja rawha ftit stamba, imma l-kappillan meta ra li gibed l-attenzjoni qata' fil-qasir.
U biex inkunu ghidna kollox, is-sena ta' wara harget ghal l-ewwel darba l-purcissjoni tad-Duluri flimkien mal-fratellanza l-gdida u numeruza taghha.
Wenzu kien l-ewwel Rettur taghha u Ganni kien il-vici Rettur.