jesusandmary

IS-SORPRIZA TA’ PIETRU S-SAJJIED

Ir-rahal pittoresk tas-sajjieda kien qed jistenna influss ta' turisti u nies ohra mill-inhawi ta' madwar, ghall-festa tat-tberik tad-dghajjes qabel l-istagun tal-lampuki. L-organizzaturi ghamlu pubblicita' kbira ghal din l-attivita' u r-rizultat li kellhom kien evidenti.
 
Il-pjazza, li kienet kbira fit-tul u tati faccata tal-bahar, kellha bosta hwienet ta' l-ikel u l-vizitaturi zgur li ma kienux ser imutu bil-guh. It-turist kien jitghaxxaq bid-dehra tal-pjazza ghaliex l-hwienet kienu ghadhom izommu l-ambjent antik taghhom, hwienet li meta wiehed jidhol fihom isibu ruhu qieghed go hanut arkata. Fuq il-hajt kwardi ta' kull daqs u ghamla kienu juru diversi tipi ta' hut u luzzijiet. Ohrajn kellhom xbieki imdendla mis-saqaf b'xi hut artificjali maqbud go fihom. It-tabelli tal-faccata li kienu jiddistingwu hanut minn iehor kienu kollha ta' l-injam b'isimijiet tal-hut u hajja ohra tal-bahar fuqhom. Fi ftit kliem tkun insejt il-hajja tal-belt u dhalt f'ambjent tal-hajja tal-bahar. Kull hanut kellu roqgha biex ipoggi l-imwejjed u xi tined ghad-dell ta' min ikun jixtieq jiekol barra.
 
L-ewwel Hadd ta' Awissu kien jum il-festa tas-Sajjieda.  Il-knisja tar-rahal ma kienitx wisq boghod mill-pjazza, ghalkemm mohbija mis-sigar kbar mizghuda b’weraq hadrani, li l-pjazza kienet imdawra bihom. Il-pjazza hadet dehra mhux tas-soltu bil-folla kbira tan-nies, imma fuq kollox kienu jispikkaw is-sajjieda lebsin l-uniformi  flimkien man-nisa taghhom u t-tfal li kien fihom ghaxqa lebsin ta' bahrin.
 
Meta ntemmet il-quddiesa, bdiet hierga l-purcissjoni. L-ewwel l-istandard tal-Madonna tas-Sajjieda, imbaghad mxiet il-banda idoqq marci muzikali ferrieha, wara l-bandisti mexa' il-kappillan liebes il-kappa, b'abbati fuq kull gemb, dak tal-lemin izomm is-sasla bl-ilma imbierek bl-asperges u l-abbati tax-xellug jzomm il-ktieb tat-talb.
 
Il-qniepen ma waqfux idoqqu mota ta' ferh u biex izzid ma' l-istorbju, nharqet musketterija hekk kif l-istatwa devota tal-Madonna tas-Sajjieda dehret fil-bieb. Kienet statwa sabieha, daqs nofs tul ta' bniedem mahduma fil-gebel, turi lill-Madonna bil-Bambin Gesu' jilghab b'dghajsa. Kienet inghatat minn sajjied jismu Marku bhala ringrazzjament li heles mill-gharqa waqt tempesta li hakmitu meta kien f'nofs ta' bahar. Ried li ix-xbieha titqieghed go nicca thares lejn il-bahar biex b'harsitha l-Madonna tindokra s-sajjieda kollha. Is-sajjieda kollha qablu mal-proposta u hargu bejnithom l-ispejjez tan-nicca.
 
 Ta' kull sena kienet tinhareg minn nicca, titiehed fil-knisja u tingarr f'purcissjoni mill-gdid ghan-nicca taghha. Din kienet  tingarr fuq ir-roti, billi kienu t-tfal tas-sajjieda liebsa ta' bahrin li jigbduha minn hbula marbuta mat-truf taghha. U billi x-xbieha kienet tal-gebel, fejn kienu jehlu, missirijiethom jaghtuhom imbuttatura. Wara l-istatwa bdew hergin il-kaptani tad-dghajjes tas-sajd flimkien man-nisa taghhom u mal-lavranti .
 
Kienet tassew xena sabieha  specjalment ghat-turisti li ma waqfux jiehdu r-ritratti biex johduhom maghhom bhala tifkira.
 
In-nies tal-lokal bdew ifittxu li jilmhu l-kaptan popolari u li bhal dan iz-zmien ismu jkun fuq xuftejn kulhadd. Kien jismu Pietru.
 
"Imma Pietru ma hax sehem din is-sena?," staqsiet mara lil ohra.

"Da zgur li ha sehem. Ma intix tarah? Hemm qieghed, hdejn Karmenu ta' Mari', fin-nofs."

"Iva issa qed narah. Min jaf x'sorpriza ghandu lesta din is-sena."

"Nistennew u naraw."
 
Pietru kien ic-centru ta' l-interess li kienet tohloq din l-attivita'. Kull sena kien ikollu xi sorpriza ghall-pubbliku. Is-sena ta' qabel kien hejja loghba biex juri li hajjet is-sajjied hija wahda iebsa u mhux dejjem ward u zahar. Fuq quddiem nett tal-pubbliku dejjem kien ikun hemm post ghat-tfal ta' l-istitut flimkien mat-tlett sorijiet li kienu jiehdu hsiebhom. Pietru saffar is-suffara biex in-nies tiskot u minn fuq il-mikrofonu ghajjat tlett itfal mill-istitut. Resqu hdejh u staqsa lil kull wiehed minnhom isimhom.
 
"Jacob," wiegbu iz-zghir.
 
"Marija," wegbitu tan-nofs
 
"John," irrisponda tat-tarf.
 
"Prosit, ismijiet sbieh li jfakkruni fl-appostli li kienu sajjieda ukoll, bhalma ma jiena jien u shabi, u l-Madonna f'nofshom tberikom" qalilhom Pietru, bil-folla kollha attenta ssegwih. "Kull ma  rrid minn ghandkom huwa li tistadu ghal dawn il-hut tat-tafal". U kixef kannestru mimli hut tat-tafal. Refa' wahda u urieha in-nies. U kompla: " Hudu din il-qasba tas-sajd li maghha ghandha mdendla spaga bil-kalamita fit-tarf u ppruvaw aqbdu huta. Kull huta f'halqa hemm kalamita. Jekk taqghalkom fl-art tinkiser ghax tat-tafal, pero' tinkwetaw xejn. L-importanti hu li twasslu l-huta qawwija u shih f'dan il-basket."
It-tlett itfal dahlu fl-ispirtu tal-kompetizzjoni minghajr ma taw kaz li l-folla kienet tinfexx f'ghajjat ta' inkoraggiment meta xi hadd minnhom jerfa' wahda; imma povri tfal bl-ecitament kienu jinfixlu u l-huta, taqa' fl-art u tinkiser. 
 
"Ah," kienet tghajjat il-folla ghal l-isfortuna taghhom. Meta ghadda hin bizzejjed, Pietru  saffar u l-kompetizzjoni ntemmet. Ghaddhom u sab li fil-basket kienu tellghu erbgha. "Qed taraw, hbieb, is-sajjied mhux dejjem ikollu qabda tajba. Ikollu jbati meta jmur minn taht."
Pietru dar lejn Jacob, l-izghar fosthom u kixiflu kannestru iehor, din id-darba b'hut veru u frisk. " Jacob, tixtieq li ntik dan il-kannestru kollu hut ?"
 
"Iva."
 
"U x'taghmel bih dak il-hut kollu?"
 
Jacob bla tlaqlieq ta' xejn qallu: "Nieklu, jiena ma' shabi u s-sisters"
 
"Bravu," ghajjat Pietru. "Sibt wiehed li ma jahsibx ghalih innifsu, izda fl-ohrajn ukoll. Hudu mieghek"
 
"Imma jiena ma nifilhux daqs kemm huwa kbir."
 
"Allura x'ghandek taghmel?"
 
It-tfajjel qaghad jahsibha, imbaghad qallu: "Nitolbok, biex jekk joghgbok tghinni."
 
"Prosit, twegiba tajba," qallu Pietru. U l-folla capcpitlu biex turih li approvat l-imgieba tieghu. "Issa wara c-ceremonja, inwassluhulek id-dar."
 
It-tfal marru lura f'posthom u Pietru kompla, "Araw hbieb, il-bierah waqt li jiena u shabi konna qed nixorbu flimkien, iddecidejna li naghmlu gabra u noffruha lil istitut ghall-htigijiet tat-tfal. Nitlobkom issa li taghmlu offerta taghhom lil lavranti tas-sajjieda li ser iduru bil-bottijiet. Kunu generuzi ma' dawk li huma inqas ixxurtjati."  Kulhadd kien generuz ghax Pietru battal il-bottijiet wiehed wiehed quddiem kulhadd go barmil. Intela tlett kwarti minnu bil-karti tal-liri u l-fidda.
Pietru, imbaghad ipprezenta l-gabra lil madre tas-sorijiet li kollha kommossa rringrazzjat lil prezenti tal-qalb kbira taghhom.
 
Fil-pjazza kien hemm nicca thares lejn il-bahar u x-xefaq tieghu, bil-bieba taghha miftuha berah biex l-istatwa titpogga fiha wara c-ceremonja. Il-purcissjoni waslet u waqfet.
Hawn Pietru sejjah lil abbati li kien qed igorr l-loudspeaker u minn idejh hadlu l-mikrofonu.  Pietru, saffar is-suffara tal-kaptan, xejjer tnejn idejh biex bhallikieku jistieden lill-folla thares is-silenzju.
 
Pogga l-mikrofonu ma' halqu u qal: " Hbieb u folla prezenti, jiena ma inhiex maqtugh biex naghmel xi panigierki, izda l-Madonna tifhimni." Imbaghad dar lejn ix-xbieha qaddisa u ndirizzaha hekk: " Ghaziza omm tieghi u taghna ilkoll, ahna is-sajjieda, xoghlna perikoluz, ghax kif jghidu, il-bahar zaqqu ratba u rasu iebsa. Nitolbok harisna inti waqt xoghlna. Thalliniex nintilfu ghax jekk jigri dan warajna nhallu familja mkissra. Ilqa' din l-offerta taghna ilkoll u halli l-fjamma ta' imhabbitna tibqa' tixghel ghal dejjem anke wara li jintfwew dawn il-fjammi."
 
U dlonk kif spicca dawn il-kelmiet, in-nisa tas-sajjieda flimkien ma' uliedhom u l-lavranti hargu xemghat blu minn buthom, u xeghluhom filwaqt li kull familja telghet it-tlett targiet tan-nicca u poggiet ix-xema taghha.
 
Pietru, imbaghad,  b'harstu lejn il-Madonna stedinha tilqa' rigal iehor. " Marija, inkanta ma nafx, ghax kieku min jaf kemm titbissem tismaghni nistona, izda, indoqq xi haga naf ahjar. U dlonk mill-but tal-qalziet hareg orgni tal-halq. Nefah erba noti bl-addocc biex isib in-nota preciza u minnufih beda jdoqq l-Ave Marija. Fil-hemda ta' dik il-pjazza miksura biss minn hoss ta' ajruplan, il-muzika ta' Pietru kienet zgur rigal adattat lil Marija Ssma. Meta temm idoqq, il-pjazza kollha nfaqghet f'capcipa kbira. Il-Madonna tqieghdet fin-nicca u l-kappillan resaq lejn l-opri tal-bahar, qal talba u raxx fuq kull dghajsa ilma imbierek.
 
Ic-ceremonja ntemmet imma l-ghors tal-festa kienu ghadu ser jibda'. Il-kaptani u l-lavranti flimkien mall-familji taghhom resqu lejn mejda twila armata fin-nofs tal-pjazza u moghtija bl-umbrellel biex jipprovdu d-dell mill-qilla tax-xemx ta' Awissu. Jasal il-kappillan u tibda' l-ikla.
 
Il-follol dahlu fil-hwienet ta' l-ikel biex jippranzaw. Dawk li ibbujkjaw kellhom mohhom mistrieh, dawk li le kellhom jikkuntentaw li jixtru l-ikel minn kjoskijiet ambulanti li anke dawn ma setghux ilahhqu mad-domanda. Kien hemm wkoll min mar jixtri xi ftira imhawra, jew qasattat, jew timpana min ghand ir-Rizzi Take Away. Dawn xorta imlew zaqqhomu, wara qabzu l-bahar.
 
Kollox jasal fi tmiemu u n-nies bdiet tirritorna lejn darha.
L-ghada filghodu kmieni hafna meta kien ghadu d-dlam, Pietru u shabu hargu fuq il-bahar biex jistadu b'mohhom mistrieh li Santa Marija tas-Sajjieda, li kienet ghadha mdawla bil-fjammi  inemmnu fiz-ziffa helwa tieghla minn fuq il-bahar, qed tipprotegihom. 

Make a free website with Yola