jesusandmary

HTML Editor - Full Version

PIETRU U INDRI IT-TEWMIN

Pietru u Indri erhewla lejn ix-xatt. Shabhom is-sajjieda kienu jghidulhom l-appostli, ghax dejjem flimkien u isimhom kien bhal ta' l-appostli fil-vangelu. Fuq id-dghajsa tas-sajd kbira taghhom, li wirtu minghand missierhom kellhom kwadru taz-zewgt appostli flimkien, Pietru u huh Indri, imwahhal fil-kabina tal-kaptan. It-tnejn kienu jidhru bil-qieghda fuq banketta fix-xatt jaghzlu l-hut tajjeb minn dak hazin. Qabel ma johorgu fuq il-bahar kienu jharsu lejhom u jitlobu l-ghajnuna taghhom, ghax jafu li hergin qawwija u shah, imma ma jafux ma xhiex ser jiltaqghu fuq il-bahar. Din id-darba ma resqux lejn shabhom kif soltu kienu jaghmlu, u jixorbu tazza te li jkunu gabu minghand Sidor tal-hanut fil-qrib.

Ippreferew joqghdu ftit ghar-rashom. Sabu bank taht sigra li offritilhom kenn mir-raggi qawwija tax-xemx u qaghdu jitpaxxew biz-ziffa helwa sajfija.

"Hawn ahjar mid-dar, Pietru," qallu huh Indri.

"Anqas l-arja kundizzjonata ma tkun perfetta u naturali daqs din iz-ziffa," wiegbu Pietru.

Dak in-nhar ma hargux ghas-sajd billi kienu jafu jaqraw wicc is-sema. Il-jum ta' qabel kollox kien jindika li l-ghada kien ser ikun maltemp wara nofsinhar. U mhux biss huma ma hargux, izda shabhom ukoll. Is-sajjieda l-ohra hadu l-okkazzjoni biex inaddfu u jarmaw mill-gdid ix-xbiek taghhom ghal meta il-bahar ikun galbu.

Mill-boghod Pietru lemah lil Ganni riesaq fuqhom. "Dak mhux il-Buttar?" staqsa Pietru lil huh Indri.

"Kollu kemm hu. Ma tridx xi vista tatik 'l boghod biex taghrfu. Il-mixja zoppa tieghu u l-pipa li dejjem igiddem bejn snienu jikxfuh li huwa l-Buttar."

"Il-jum it-tajjeb," sellem Pietru lil Ganni. "Ilna ma narawk."

"Bir-ragun, Pietru," wiegbu Ganni, wara li tahom il-jum it-tajjeb ukoll. "Il-gimgha li ghaddiet….. kien il-Hadd, f'daqqa wahda stordejt, waqajt fl-art u qsamt rasi minghajr ma naf xejn. Kienet nizlitli l-pressjoni f'daqqa wahda. Filli ghamilt il-jum tajjeb, filli filghaxija grali li grali. It-tfal haduni malajr l-isptar u zammewni tlett ijiem. Qabel ma raw li l-pressjoni tieghi giet f'taghha ma baghtunix."

U wara li semghu l-grajja, Indri qallu, "Gan, il-bniedem hekk hu filli tajjeb filli hazin. Imma issa kif thossok?"

"Issa OK, nizzikhajr lil Alla. Issa, sejjer id-dar biex niehu l-pilloli u nistrieh. Sahhiet hbieb u nerga' narakom."

"Sahhiet Gan,"qalulu z-zewgt ahwa."Narawk ukoll."

Ma damux wisq ma jghidu kelma ghaliex resaq lejhom Patri Gorg u sellmilhom. "Il-jum it-tajjeb Indri u Pietru."

Malli gharfuh irreciprokaw it-tislima, resqu fil-gemb u stednuh joqghod bejnithom. Patri Gorg accetta l-istedina ghax kien bniedem li l-appostolat ma kienx ihallih ghas-sagristija jew il-knisja, izda man-nies u ghan-nies. Kien ghalhekk li kull filghodu ghall-habta ta' l-ghaxra kien johrog idur biex jiltaqa man-nies tal-parrocca u jitkellem ghal ftit maghhom fit-triq, fil-hanut tal-merca, fil-hanut tax-xorb, kulfejn kien jara xieraq u fl-istess hin izerzqilhom xi parir jew kelma tajba. Kulhadd kien jirrispettah. Anqas ma kien jaraha bi kbira biex jidhol go xi hanut tax-xorb biex jitkellem ma' dawk li jkunu qed ibillu grizmejhom u ghalkemm kienu joffrulu biex ikompli maghhom, Patri Gorg ma kienx ikun irid. L-aktar l-aktar kien jitlob tazza ilma . 

"Pietru, u int ukoll Indri," beda' Patri Gorg. "Ismijietkom tassew sbieh l-ewwel net ghaliex huma ismijiet skritturali u t-tieni ghaliex huma bil-Malti. Il-lum hlief ismijiet moderni u bilkemm tista' tlissinhom ma tismax."

"Hekk kien missieri Alla jahfirlu. Dak kollu li huwa Malti kien jghozzu u juzah, prodotti, lingwa, arti etc, meta imbaghad ma jsibx, hemm kien idur lejn dak li huwa barrani," wiegeb Pietru.

"Ghalhekk mela jisimkom Pietru u Indri," qal Patri Gorg.

"Mhux precizament," kompla Pietru." Imma hemm bicca verita'. Halli nirrakontalek mela kif ahna jisimna Pietru u Indri.

******************

 Pietru u Tereza kienu jixtiequ hafna li jkollhom it-tfal u fl-ahhar Alla sema' it-talba taghhom u tahom mhux wiehed izda tnejn. Kien ser ikollhom tewmin subien.

"Terez," qalilha jum wiehed Pietru, " issa qrib hafna li jitwieldu t-tewmin u ghadna ma tkellimniex dwar ismijiethom. Ma ghidtlix x'tixtieq issemmihom."

"Inti wkoll l-isem tieghek zammejtu ghalik," wegbitu Tereza.

"Halli nghidulek. L-ewwel wild ser insemmih Pietru."

"Pietru!" qabzet fin-nofs martu minghajr ma hallietu jispicca.

"Tini ftit cans u nispjegalek. Pietru mhux ghalija, izda ghal missieri b'tifkira tieghu. Ghamel hafna maghnabiex jarana mizzewga ferhanin u ma jonqosna xejn. Xtaq li kieku ghadu haj biex intih din il-ferha li l-prezenza tieghu tibqa’ tifkira taghna fit-tifel taghna Pietru."

"Inkunu tajbin. Imbaghad nibda insejjah lilek u jigi t-tifel u nsejjah lit-tifel u tigi inti."

"Mela biex tidra’ u ma tizbaljax minn issa 'l quddiem ibda’ sejjahli Piet. Ftehmna?"

"Jew metru," qalet minn taht ilsienha.

"Ghidtli xi haga?"

"Issa halli nghidlek tieghi. it-tieni wiehed insemmieh Indri."

"Indri!" stghageb Pietru.

"Piet, ghaliex qed tistghageb u tarha bi kbira? Pietru u Indri kienu appostli ahwa. Dawn uliedna mhux ahwa ser ikunu. La lil wiehed trid issemmieh Pietru, xieraq li huh ikun jismu Indri."

"Qed inghid bil-ghaqal hafna inti Terez u taf issolvi kull problema. Ara gibli ftit kafe, jekk jghogbok." U l-kwistjoni intemmet hawn. Kulhadd ha li ried.

Gabitlu l-kafe kif xtaq u qaltu, " Hawn Piet, u ghamiltlek ftit anizetta kif thobb."

"Huwa inti mill-ewwel tghallimt ismi, brava."

"Piet, hallilna minn dawn il-hmerijiet; wara li tixrob il-kafe, mur sewwi l-bieb tal-bejt ghax bit-tisbita li ha il-bierah b'dik il-buffura ta' rih qawwi donnu ddendel. Ma jridx jaghlaq sew."

Pietru ghalaq halqu u ma qal xejn. Mar jaghmel kif xtaqet martu.

**********

"Dik hija l-istorja kollha Patri Gorg," temm jghidlu Pietru.

"Storja tassew helwa, Pietru," wiegeb Patri Gorg. "U bhal l-appostli Pietru u Indri, intom bin is-sajjieda u xoghlkom bhal taghhom sajjieda ukoll."

"Writna s-sengha minghand missierna," wiegeb Indri, filwaqt li Pietru kompla, " iebes ix-xoghol taghna, Patri Gorg, tohrog kollok tama ta' qabda tajba u abbundanti u hlief erba hutiet ma taqbadx. U fl-istess hin ta'periklu wkoll ghax filli bnazzi u ftit wara jinqala' l-maltemp. U jkollok tigri gewwa kemm tiflah jekk trid tibza' ghal hajtek."

"L-istess bhal ma gralhom l-appostli . Ma qabdu xejn waqt li kienu jistadu bil-lejl, imma meta tefghu x-xbiek bhal ma armar Gesu' qabdu tant hut li li dghajsa kienet ghoddha ser teghreq u kellhom jitolbu l-ghajnuna ta' shabhom. U meta kienu fuq l-ghadira, qam il-maltemp, bezghu u Gesu' kien it-tama taghhom ghax ghall-kmand tieghu ir-rih u l-mewg waqfu u l-ilmijiet ikkalmaw. Isimghu dan il-parir tieghi. Qatt tohorgu fuq il-bahar minghajr ma titolbu l-ghajnuna ta’ Omm Marija, l-Madonna, il-Kewba tal-Bahar."

Ta harsa lejn l-arlogg u meta ra li qorob  nofsinhar qalilhom," Hbieb ser inhallikom ghax jekk nasal tard naqla' ghajta minghand ohti." Kulhadd tbissem. Sellmilhom u tbieghed minn fejnhom bit-tislma tal-Paci Maghkom.


Make a free website with Yola