jesusandmary

HTML Editor - Full Version

SANT'ANTNIN SIBLI L-HWEJJEG MITLUFIN

Wistin kien zaghzugh ta' 25 sena irrispettat mhux biss mill-giren tat-triq tieghu, izda anke minn shabu tax-xoghol. Il-kapijiet tad-ditta li kienet timporta xorb u ikel u li maghha kien jahdem ta' skrivan, kienu jirrispettawh ghall-bzulija u ghaqal li kien juri fil-qadi ta' dmirijietu. Pero' darba wahda ghamel gennata li halef li ma jergax  jirrepeti f'hajtu. Ried jiccelebra u dahal id-dar fis-sakra, kif inghidu bil-malti sakra li ma jarax art. 

Meta hareg mill-hanut tax-xorb anqas biss felah joqghod fuq saqajh, ser jaqa' u ma jaqax. Rah habib tieghu u qallu biex jistrieh ma' arblu tad-dawl sa ma jmur ipoggi xi dokumenti fid-dar faccata ta' fejn kienu, imbaghad iwasslu sad-dar. Meta rega' lura sabu mghannaq ma' l-arblu tad-dawl b'folla zghira ta' nies thares lejh, min jghid haga u min jghid ohra. Inzertat ghaddejja karozza tal-piluzija, waqfet biex tati l-ghajnuna. Habibu gharrafhom fejn kien joqghod Wistin u haduh id-dar.

Meta ommu ratu f'dik is-sura kien ser itiha hass hazin; kien mara pjuttost imdahhla fiz-zmien, imma l-pulizija qalulha li ma kien xejn gravi ghajr is-sakra nobis li kellu fuqu. Ghenuha ttellghu fuq fil-kamra tieghu ghax sahhitha ma kienitx ittiha. Qabel telqu radditilhom hajr u tat harsa tul it-triq biex tara jekk kienx hemm xi hadd li ra din il-pantomina. Serrhet mohha.

Izda ma indunatx li Wenzu c-Carlatan kien mistrieh fuq siggu ghall-frisk jara kollox minn bejn il-qasab tal-hasira.  U kif ghaddiet Guza rrakontalha kollox. "Qisni ma ghedtlek xejn, ftehemna Guz," temm ir-rakkont tieghu.

Meta Wistin gie f'tieghu ommu qaltlu: "X'fettilek ghamilt praspura bhal dik?"

"Ara ma, halli nghidlek kollox u twaqqafnix qabel ma nispicca," talabha binha. "Dhalt go banka tal-lotto biex nikteb is-super five u klijent kien qed jargumenta ma' tal-lotto li kitiblu numri hziena. Ma riedux u baqghu jikkustinjaw u jiena biex ma noqghodx nistenna talbu nixtrih jien. Dan kollu ghax tal-lottu kitiblu 13 flok 15. Ma riedux ghax qallu li dak in-numru ta' Guda. U waqt li hadtu ghedtlu: skont kif thares lejh. Jiena nhares lejh bhala n-numru ta' Sant'Antnin. Hallastu u tlaqt. Filghaxija ndunajt li irbaht u irbaht l-ewwel premju aktar minn 700,000 ewro. U x'ma niccelebrax u nisker! Ghamilt hazin, veru u ma nergax. Kliem ma hadd ma. Lil huti nghidilhom meta jkun il-waqt. Dak kollox."

U biex tinkieh ommu qaltlu: " Issa min jiehdok ikun sinjur."

"Waqa' l-ghazz, ma. Rih ta' siegha jnaddaf qiegha. Meta jkun il-waqt niehdu dak il-pass."

Xi jumejn wara din il-grajja Guza, iltaqghet ma' omm  Wistin u staqsietha ghalih. "Kif inhu Wistin?"

"Ma fhimtekx. Wistin tajjeb. Ghaliex qed tistaqsini?"

"Kulhadd kelma wahda li dahhluh id-dar zewg pulizija."

"Allura jekk jigi l-kappillan ghandek, mhux fi zmien it-tberik, ghandi nahseb hazin?  U dan kif taf li kulhadd kelma wahda kontra ibni? Jaqaw hekk infurmak Wenzu li ibni dendel kusu mal-pulizija? Issa immur inkellmu kif jixraqlu. Ghax ma jmurx jaghmel passejn biex inehhi iz-zonza zejda li ghandu ma' zaqqu flok mohhu fuq in-nies."

"Ma kelli ebda hsieb hazin fuq ibnek, emminni," qaltilha Guza.

Meta rat li  kienet gejja bi kbira, Guza halliet baxx baxx lil omm Wistin ghax ma riditx li c-cirkustanza tikkumplika ruhha. 

Wistin ried il-biljett f'idejh biex imur jipprezentah lill- kumpannija tal-loghob halli jirtira l-premju, izda l-biljett ma sabux. Ommu zguratu li anqas biss dahlet fil-kamra tieghu. Nehha kull karta minn fuq l-iskrivanija u flieha sew qabel poggieha f'kaxxa. Qalleb il-kxaxen kollha sahansitra fittex f'kull but ta' ilbiesu fil-gwardarobba, imma dan l-imbierek biljett ma sabux. Jikbi ried, imma bil-biki ma ser isolvi xejn. Harstu marret fuq statwa ta' Sant'Antnin li tieghu kien devot u talbu bil-herqa: Sant'Antnin sibli il-hwejjeg mitlufin.

Intasab bilqieghda jhares fiss lejn il-qaddis meta haseb li kien qed jara l-istatwa titbandal, ser taqa' u ssir frak. Qam jigri u zamm l-istatwa b'idu. Izda ma kien ebda periklu ghax-xbieha. Malli caqlaqha ftit ra karta tahta. Ftakar li  kien pogga  il-biljett  taht l-istatwa.

"Grazzi Sant'Antnin grazzi." Waqaf ghal ftit hares lejn Sant'Antnin u hassu jghidlu: "Tahseb li daqshekk bizzejjed?"

"Ghandek ragun." Wara li sarraf il-biljett mar ghand il-pirjol tal-knisja tal-kappuccini vicin ir-rahal tieghu u qallu: "Hawn 1000 euro biex jithallsu l-ispejjes tal-hobz ta' Sant'Antin li l-patrijiet iqassmu fost il-fidili ghall-festa tieghu."

"Imma dawn wisq," qallu l-pirjol. "l-ispejjes ma jigux daqshekk."

"Ma jimpurtax zomm il-kumplament ghall-htigijiet tal-kunvent. Ara Patri Gawdenz jiena devot kbir ta' Sant'Antnin u ma nfallix il-festa tieghu. Kieku tistaqsini x'kont tbiddel f'hajtek, kont inwiegeb ismi. Jismni Wistin u bir-rispett kollu lejn dan il-qaddis, aktar kien jghogobni li kieku l-genituri tieghi semmewni Tonin. Imma d-dispjacir tieghi mhux daqshekk kbir ghax il-parrinu tal-maghmudija tieghi tani l-isem ta' Tonin. U hekk ingawdi mhux biss ma' Santu Wistin imma ukoll ma Sant'Antnin."

Wara li Wistin laqqa liz-zewg hutu flimkien mall-familji taghhom id-dar tieghu tahom l-ahbar tal-fortuna tieghu u stedinhom biex il-Hadd ta' wara jmorru flimkien buffet gewwa lukanda. Pero' qabel l-ikel qalilhom: "Dan ghalikom." U pprezenta lil zewg hutu flimkien man-nisa taghhom cekk ta' 50,000 ewro. U lit-tfal tahom 500 ewro.

U l-istess ammont ta lill-mara ta' huh iz-zghir ghan-non tat-tarbija li fi ftit xhur ohra kellha tkun parti mill-familja taghhom. Lil ommu li kienet wissietu minn qabel li hija kellha kollox u ma kien jonqosha xejn qalilha: "Inti ma ridt xejn. Izda ejja mieghi gimgha Lourdes. Nitilqu hmistax ohra." Ghal ommu kien l-isbah rigal." Dejjem xtaqet taghmel zjara lil dan il-post marjan. "U bilhaqq kliem ma hadd," wissiehom qabel.......

"Nghidu t-talba ta' qabel l-ikel u kulhadd imur jiehu li jrid u kemm irid. Ihallas il-bank ta' Wistin"

Make a free website with Yola