jesusandmary

IT-TLETT APPOSTLI

Dovik kien kiber sew issa; kellu qrib is-sebghin sena. Kien sagristan fil-knisja tar-rahal sa minn mindu kellu 20 sena, xoghol li wiret minghand missieru meta dan hass li ma kienx jiflah ghax-xoghol aktar. Il-kappillan kien spiss jghidlu biex jitlob l-ghajnuna tal-volantarjat tal-knisja meta x-xoghol kien ihossu iebes, l-aktar meta kien jigi biex jarma id-damask tal-festa. Imma Dovik kien rasu iebsa ghax l-ahhar daqqa fuq l-armar riedha tkun tieghu.

 

"Dovik, ma rridekx tinkwieta. Forsi kienet xi cajta ta' xi abbatti. U forsi wkoll ix-xema setghet intfiet meta fethu l-antiporta, dahlet ziffa rih u tfiet il-fjammi. Dak kollu. Imbaghad inti ma tista' twahhal f'hadd ghax ma ghandekx provi. Tinsiex il-vara tal-Battista qieghda wisq vicin il-bieb ta' barra," qallu l-kappillan.

 

"Minn daqshekk sew qed tghid, kappillan, ma ghandix provi," qabel mieghu Dovik, billi Dovik qatt ma kien imieri lill-kappillan. " Pero' ibqa' zgur li naghmel l-ghassa ghax dak jew dawk ghamlu hekk biex jarawni ninkwieta. Ma inkunx sejjer zball sur kappillan jekk nghidlek li dik bicca xoghol tat-tlett appostli."

 

"X'inhu? It-tlett appostli? U min huma dawn it-tlett appostli? Qatt ma smajt li fost l-abbattini ghandna tlett appostli."

 

"U jien ittimbrajthom it-tlett appostli ghax isimhom huwa Pietru, Jacob u Govann. Mhux hekk kien jisimhom it-tlett appostli li kienu dejjem jigru ma' djul Kristu? Huma naqra imqarcnin. U din id-darba noqghodilhom attent x'jaghmlu u nfittixilhom kull pass li jaghmlu. Din id-darba ma jaharbulhix," qal Dovik.

 

"Kemm ittimbrajthom ezatt, Dovik! Sew taghmel ghax mhux sew li wiehed ma japprezzax ix-xoghol li wiehed ikun ghamel b'attenzjoni u reqqa u meta tinduna b'xi haga gharrafni halli niehu passi," wiegbu l-kappillan.

 

Meta jum fost il-gimgha Dovik sab ruhu wahdu ma' xi abbattini, fosthom it-tlett appostli, jistennew fis-sagristija lill-kappillan, dar lejhom u qalilhom li xi hadd kien tefa' ix-xema ta' quddiem il-Battista. U kompla: " Jekk xi hadd ra li xi hadd jilghab max-xema ghidu lili jew lill-kappillan ghax il-knisja ma hiex dar tal-loghob."

 

"U anqas tax-xorb u t-tipjip," qal minn taht l-ilsien Pietru lil Jacob u lil Giovann billi mhux l-ewwel darba li rawh jixrob u jpejjep fil-kamra tal-kampnar, kontra kull ordni tal-kappillan. Meta kien jinduna li qabduh xi abbattini li kien mar kontra l-ordni tal-kappillan, kien jibza' li xi hadd ser jmur jirraportah.

 

"Ghidtli xi haga?  Jaqaw taf min?" staqsa Dovik lil Pietru. 

 

"Li kieku min tefa' ix-xema tfieha ghax kienet ser taghlaq il-knisja wiehed jifhimha, kien jiffrankalek ix-xoghol, mhux hekk Dovik, imma li tifi x-xema waqt li hija miftuha ghas-servizz nuqqas ta' rispett lejn il-knisja u nuqqas ta' devozzjoni lejn il-qaddis, mhux hekk tahseb Dovik?" qal Pietru.

 

"Hekk hu, Piet. Taf tirraguna. Issa tghajtux ghax tinstemghu mill-knisja. Issa daqt jasal il-kappillan."

 

Dak il- hin li Dovik dawwar wiccu biex ikompli fuq xoghlu, Pietru hares lejn Jacob u Giovann u ghemizhom. It-tlett appostli tbissmu. Imma ftit indunaw li Dovik kien qed iharsilhom minn taht.

 

"Ma naghmlux li kontu intom hux il-hatja?" staqsa ghal-gharrieda Dovik.

 

"Le, le ma ahna hatja xejn,"qabez Pietru fil-pront u tkellem ghal shabu.

 

U l-argument kien ikompli li kieku ma dahalx il-kappillan. Dovik gidem ilsienu li beda' argument ghaliex lill-kappillan kien wieghdu li kollox ser jintemm hemm.

 

Malli spiccaw mill-knisja, u hargu fuq iz-zuntier, Pietru qal lil shabu: "Ic-cajta li jmiss hija meta jigi biex idoqq il-qniepen matul il-jiem tal-festa. Inhallu ftit taz-zmien jghaddi biex jintnesa' kollox u din tkun akbar minn ta' l-ewwel. Kull ma irrid minn ghandkom li toqghodu ghassa biss. Il-bqija halluh f'idi."

 

"Imma ahjar mhux f'dawk iz-zminijiet, " qallu Jacob.

 

U kompla Giovann: " Jekk Dovik johrog ta' hmar f'dawk il-jiem holl xaghrek u gib iz-zejt, Pietru."

 

"Intom hallu f'idi, aghmlu dak li tlabtkom u jekk ninqabad intom ma tissemmewx."

 

F'jum qrib il-festa meta Dovik kien mitluf jarma d-damask flimkien ma' xi rgiel li kienu jaghmlu volontarjat fil-knisja. 

 

"Issa nidhlu l-knisja minghajr ma naghtu fil-ghajn u malli naraw lil Dovik tiela fuq is-sellun biex idendel id-damask intom ghamluli ghassa u jiena nidhol fil-kamra li tati ghal kampnar," qalilhom Pietru. "Il-kumplament halluh f'idi."

 

"Imma x'ser taghmel?" staqsa Jacob.

 

U fil-pront Giovann indahal u qal, " Irridu nkunu nafu."

 

"Ara xejn specjali minuta kollox. Nidhol fil-kamra li tati ghall-kampnar, nitla' xi ghaxar targiet u norbot zewgt ihbula b'din il-bicca firdiferru, hekk li meta jaghzel habel biex jibda jdoqq l-ewwel qampiena, idoqqu tnejn f'daqqa. Kif qed taraw ma inhix ser npoggi xi bomba, semplicement cajta tal-festa."

 

Kollox sar skont il-pjan. U meta lesta Pietru, t-tlett appostli hargu nkiss inkiss bla ma hadd ta kaz taghhom.

 

Filghaxija meta Dovik mar idoqq ghar-Ruzarju, hass li l-habel kien tqil biex tigbdu 'l isfel. Tah gibda ohra imma ebda tokki ma nstemghu. Beza' li wehel l-ilsien tal-qampiena u ra bi kbira biex jitla' sal-kampnar halli jara x'kien gara. Imma qabel ma ghamel hekk ta gibda ohra 'l isfel aktar qawwija u din id-darba sema' zewg tokki f'daqqa. "Xi haga gara," qal bejnu u bejn ruhu. U beda' tiela it-tarag. Anqas lahaq tela' hamest targiet li ma lemahx pacella ta' abbati, miel 'l quddiem u gabarha. U meta fetahha nduna li kienet ta' Pietru Muscat. "X'dahal jaghmel dak l-ghafrid? Issa qbaddtu u ma jistax jghidli li ma kienx hawn, " kompla jitkellem wahdu b'lehen li jisma' lilu nnifsu. Ftit iehor u ra x'kienet ir-ragun. Zewgt ihbula marbut sew b'firdiferru. Halla kollox kif kien u mar jghid lill-kappillan.

 

Il-kappillan heba' wiccu fil-palma ta' idu u talab lill-Mulej: 

"Mulej x'ser naqbad naghmel?"

 

"Ma taghmel xejn kappillan, " qallu Dovik b'lehen ta' vittorja.  U kompla: "Ara min kien." U pprezentalhu l-pacella. 

 

"Dan mhux cajt mal-hwejjeg tal-knisja. Ara Dovik titkellem xejn dwar din il-haga. Issa meta jigi ghas-servizz inkellmu rasu u rasi u naghtih kastig li zgur ma hux jistenna."

 

Meta dahal Pietru ma' shabu, il-kappillan sejjahlu u kellmu serjament. Ghalkemm ghal l-ewwel cahad, meta wrieh il-pacella ta' l-attendenza Pietru ssomma u ma qalx kelma. Nizzel wiccu lejn l-art u talab skuza. Il-kappillan accettaha, imma meta semmielhu li kien ser iwaqqfu li jattendi ghac-ceremonja ta' l-ahhar tlett ijiem tal-festa, infaqa' jikbi.

 

Meta hareg minn quddiem il-kappillan Pietru ghadda minn hdejn Dovik jikbi u jolfoq. Ghal xena bhal din Dovik ma felahx, u minkejja li kien nervuz u bla sabar, resaq lejn Pietru u kellmu b'lehen baxx. Pietru talbu skuza u qallu bil-kastig. Dovik qabdu minn spallejh u hadu mill-gdid quddiem il-kappillan.

 

"Ara sur kappillan li kieku kellek tati l-kastig lili flok lil Pietru u kollox jerga' ghal li kien, xi tghidli?"

 

"Dovik gia la darba trid tinsa kollox Pietru mahfur u inti wkoll," qal il-kappillan filwaqt li dar lejn Pietru u wissieh biex hwejjeg bhal dawn ma jaghmilhom qatt aktar. Pietru radd il-hajr kemm lill-kappillan kif ukoll lil Dovik u wara s-servizz it-tlett appostli hargu ferhanin, Pietru ghax inhafritlu l-htija u Jacob u Giovann ghax ismijiethom baqghu mistura fic-cajta lil Dovik.



Make a free website with Yola