jesusandmary

L-GHASFUR LI QATT MA KIEN


Nikola maghruf bhala l-Ghadwxi kellu bazaar fil-pjazza principali tar-rahal. Ma kienx il-laqam tieghu, imma kienu jghidulu l-Ghadwxi ghax kien gie  minn Ghawdex bil-familja kollha bit-tama li l-fortuna fin-negozju tidhaqlu, ghaliex f'Ghawdex in-negozju tieghu kien mar lura hafna. U d-destin veru dahaqlu. Fil-bazaar kellu kollox minn dak kollu li tixtieq u jekk ma kellux kien jaghmel hiltu kollha biex lill-klijenti jadqihom u fl'iqsar zmien possibbli. Quddiem il-hanut tieghu dejjem  kont issib gruppi ta' tfal, qabel jidhlu l-iskola ipartu l-kupuni ta' l-ghasafar li f'dak il-periodu kienu mfittxija hafna. Tfal jidhlu ghand Nikola, jixtru c-cikkulata maghrufa bhala ta' l-Ghasfur u fil-pront jaraw xi stampi sabu.

 Fost dawn it-tfal kien hemm Andrea u Francesco ipartu u jirragunaw bejnithom. "Kemm hu sabieh dan l-ghasfur tal-kupun numru 13" qal Andrea hekk kif fetah il-karta tac-cikkulata. 

 "Taf li dak ma ghandix," qallu Francesco. "Zommuli u ghada npartatulek ma' zewg kupuni flok ma’ wiehed, li ma ghandekx," sahaq mill-gid Francesco biex jipperswadi lil Andrea jzommulu u ma jpartux.

 "Hawn ha hudu. Dan ghandi bhalu", qallu Andrea.

 "Missieri ghandu wiehed bhal ta' l-istampa haj fil-guva," qallu Francesco. Missier Francesco kien nassab bhalma kienu bosta nies mir-rahal. "Ghandna guva kbira li fiha hemm diversi tipi ta' ghasafar. Ara Andrea, issa nghid lil missieri meta jkun jista' jtellek tara l-guva, ghax biex tkun taf anqas lili ma jhalli nitla' jekk ma jkunx mieghi."

 "Niehu pjacir  ghax l-ghasafar inhobbhom hafna,” wiegbu Andrea.

  Il-Hadd ta' wara missier Francesco tellaghhom jaraw il-guva u qaghad jispjegalhom kollox fuq in-namra tieghu u kif jaqbad l-ghasafar. Andrea staqsieh hafna dwar in-namra tieghu, kif jaqbad l-ghasafar u x'apparat juza. "Issa ninzlu isfel fil-garaxx u nurik kollox."

 Andrea ha grazzja ma' ghasfur li kien fir-rokna ghalih wahdu jsaffar kemm jiflah u staqsa lil missier Francesco kemm jiswa'. "Ma jiswiex xi hafna flus, pero’ dejjem ghandek xi 50 ewro biex tixtrih; imma lilek bhala habib ta' ibni noffrihulek b'xejn. Ghandi erba' ohra bhalu, zewg nisa u zewg irgiel"

 "Kieku nirringrazzjak, imma l-problema ma ghandix gagga fejn inzommu," qallu Andrea. "U qabel irrid nghid lil ommi jekk thallinix."

 "Ara x'naghmlu, Andrea," qallu missier Francesco. " Ghid lil ommok, imbaghad ibghatli risposta ma' Francesco. U ghall-gagga tiehux hsieb naghtik wahda mill-hafna li ghandi fil-garaxx. Fil-hin liberu tieghi nahdem hafna minnhom."

 Andrea mar jghid kollox lil ommu, imma anqas lahaq fetah halqu li ma hatfitux kif nghidu bil-malti, wahda nobis, filwaqt li qaltlu: " Ara ma iggiblix xi annimali, huma x'inhuma. Ma tarax! Mela sahhti ser nahliha nnaddaf wara l-ghasfur tieghek. Dawk itajru hafna skalora. Imbaghad jiena nkun gejja minn jum xoghol, inkun ghajjiena. Taf li rrid niehu hsiebek, hsieb missieri u hsieb id-dar.  Le le, insa kollox. Ma rridx."

 Andrea ma kienx xi tarbija u habat ser jirrispondi lil ommu, imma nanntu li kienet hemm waqfitu. "Lucija, ara ser immorru fil-kamra tat-tifel." u telghu fuq. Andrea li kien ihobb hafna lil nanntu Anna mar warajha. Dahlu fil-kamra, hi qaghdet bilqieghda fuq siggu u hu fuq is-sodda. "Ara ibni Andrea, dak li qaltlek ommok huwa minnu. Tkomplix izzidilha x-xoghol anzi fid-dmir li tghinha. Trid li ommok tkun ghajjiena bix-xoghol u timrad ghax l-ghejja zejda tgherrilek sahhtek? Jekk thares lejja tara kemm jiena ghajjiena, ghax iz-zmien hemm qieghed. Imma noqghod attenta biex ma nistrappax ruhi."

 "Fhimtek nann," qalilha Andrea.  Ghax tant kien ihobb lil nanntu li maghha ma kienx hemm imma u ghaliex. Kien jobdiha mill-ewwel.

 U meta sabet ruhha wahedha ma bintha Lucija, Anna qaltilha: "Darb'ohra mhux tohodha qatta bla habel kontra x-xewqat ta'  ibnek. Spjegalhu bil-kalma u bir-raguni. It-tifel issa ma ghadux zghir ser jidhol ghat tnax- il sena u jaf jirribella." Lucija qaghdet kwieta ghax kienet taf li ommha kellha ragun.

 Meta rat hekk ommha ziedet id-doza. Qaltilha: " Min jaf li kieku tiskuza ruhek mieghu?."

 "Kif ?", qalet mistghagba Lucija ghal l-ahhar.

"Ghala? X'fiha? Xi haga ta' barra minn hawn? Mhux kull min jizbalja jitlob skuza? Min jitlob skuza ma jurix li ghandu karattru dghajjef izda b'sahhtu. Fuq kollox tati ezempju tajjeb u haj lil ibnek biex meta jizbalja jaghraf jitlob skuza. Ghajjatlu lil Andrea."

 Lucija sabitha bi tqila u damet ma ghamlet bhalma qaltilha ommha, izda fl-ahhar cediet. Ghajtitlu kieku, imma Andrea la wiegeb u aktar u aktar  ma nizilx. "Trid ghidlu jinzel jiena?" qaltilha ommha. Lucija nizzlet rasha biex turi li iva. "Anzi mmur nghidlu jiena stess, fuq," kompliet ommha u telghet fuq u nizlet ma' Andrea.

 "Andrea," qaltu ommu. " Nistqarr li kont xi ftit goffa mieghek. Qatt ma jmissi ghamilt hekk. Nitolbok skuza. Tista' iggibu l-ghasfur hawn u tiehu gost bih." U infaqghet tikbi.  "Ma xi gralek? Ghaliex qed tikbi?" intervenja Andrea. "Jiena wkoll ghandi nitolbok skuza ta' kull darba li ksirt il-kmand tieghek" U qabdilha idha u biesha. 

 "Ommok qed tikbi ghaliex ghajjiena hafna bix-xoghol.  Qed jaghmlilha stress kbir fuqha."

 "Ara ma, rigward l-ghasfur rega' bdieli ghax fil-kamra bdejt nghid lili nnfisi kif ghandi l-kuragg li naqfel dak l-ghasfur ckejken go gagga zghira meta dan huwa mahluq biex itir fil-berah tas-smewwiet? Allura ddecidejt li nirringrazzjah u nghidlu l-verita' li ma niflahx nara l-ghasfur maqful go gagga zghira, qisu skjav."

 Meta gie missieru, Lucija rrakontatlu l-istorja kollha. "Af li ommok qaddisa fl-art. Kieku qatt xi darba rajt xi ghajn hazina minnha! Hlief gid u ghajnuna ma rajniex minn ghandha. U jghidu li l-kunjata hija l-ghajn ta' kull inkwiet," spicca jghid b'dahqa. Ara ghid lil ommok u lil missierek jigu jghaddu gurnata maghna. Andrea jiehu pjacir zgur."

 Andrea ghaddha l-kors ta' skola sekondarja u post sekondarju u dahal l-universita'. Jum wiehed waqt li kien fil-lecture room, ircieva messagg li nanntu Anna qalbet ghal aghar. "Haduha l-isptar. Ejja Hemm."

 Talab permess biex ihalli l-lezzjoni u sab ruhu quddiem nanntu fl-ahhar ta' hajjitha. Ftit wara l-wasla tieghu halliet dan il-wied tad-dmugh. Sobiegh bil-kbir u anke beka' ghat-telfa taghha.

 Xi zmien wara nannuh Wigi, kien mistieden biex jinghaqad ghal l-ikla ta' nofsinhar tal-Hadd. Wara li ntemmet l-ikla, in-nannu Wigi hareg kaxxa zghira u tahielhu. " Nanntek riedet li dak li hemm go dik il-kaxxa zzommu b'tifkira taghha. Iftaha."

 Quddiemu ra curkett tad-deheb li bih kien izzewget Anna lil Wigi. Zammu f'idejh u biesu u lil nannuh wieghdu: "Biex zgur ma ninsieha qatt, inwieghdek li nizzewweg b'dan ic-curkett u hekk bih f'subghajja tibqa' dejjem quddiem ghajnejja."

 U tassew li zzewweg lil Nicolette bih. U l-ewwel tarbija li kellhom kienet tifla u semmieha Anna ghan-nanntu biex tibqa' tifkira hajja ta' dik il-persuna li tant kien ihobb flimkien ma' ommu Lucija u martu Nicolette.

 

Make a free website with Yola