DAK LI HU MINN ALLA JSEHH
Tona romlot zaghzugha meta kienet ghadha biss sentejn mizzewwga. Zewgha Guzeppi halliha b'tarbija, tifla jisimha Anna. Quddiemha rat li l-hajja kienet ser tkun wahda iebsa, izda ma qatghetx qalbha; kellha ghal min tahdem u tghix. Dan kien skop bizzejjed biex tnissel fiha l-kuragg. Riedet trabbiha bla ma jonqosha xejn. Biex jghixu hadet fuq spallejha l-hanut tal-merca li kellu zewgha u daqqa isfel u ohra fuq, ir-rota kienet iddur. U meta quddiemha ssib bieb maghluq kienet titlob lill-protettur taghha Sant'Antnin.
Iz-zmiem igerbeb bla ma jistenna lil hadd. Anna kibret u saret tfajla helwa u gustuza. Jum wiehed tarrfet lil ommha li xtaqet issir tabiba. Qalb ommha ghamlet tikk, imma ma uriethiex, anzi nkorragietha biex tibda' u tispicca l-kors. Hafna mill-hin Anna kienet tqattghu fl-istudju. Fl-ezamijiet ta' l-universita' kienet tigi l-ewwel wahda u temmet il-kors "summa cum laude" jigifieri bl-akbar unuri.
Sabet tahdem ta' tabiba fl-isptar ta' l-istat ma' tobba ohra zaghzagh u ohrajn b'esperjenza. Mal-pazjenti kienet iggib ruhha bi hlewwa kbira qisha ghaddiet mit-tbatijiet taghhom. Ghal min kien ibati, Anna kienet qisha anglu niezel mis-sema. Wiehed tabib zaghzugh jismu Johan, li iggradwa maghha, tefa' ghajnejh fuqha. Jum wiehed ghamel ftit kuragg u stedinha tohrog mieghu. Accettat. Waqt li kienu fuq mejda jieklu xi haga, Johan wrieha li kien dilettant hafna ta' l-antikita'. "Xtrajt dar antika fir-rahal ta' ma gembna u bil-ghajnuna ta' perit habib tieghi u xi haddiema tieghu qed nirrangha bit-tama li wara ninegozjaha. Ahna d-dar kollha dilettanti ta' hwejjeg antiki, hlief ohti z-zghira, Bridgette. Kieku tidhol fil-kamra taghha, tara d-differenza bejn kamritha u l-kumplament tad-dar. Kollox modern. Imma! Kulhadd b'idejat tieghu. U inti kif tqattghu il-hin liberu tieghek?"
Anna wiegbet: " Jiena nhobb impitter. Kont sibt kors fuq l-internet dwar kif wiehed jista' jesprimi l-idejat tieghu bit-tpingiha u segwejtu. Id-dar ghandi xi kwadri li pingejt jiena."
"Xi mument gibli ritratt taghhom halli narahom," talabha Johan.
"Arahom issa stess." U harget il-mobile u uriethomlu.
"Sbieh tassew. Il-paesagg joghgobni hafna u anke l-istill life. Prosit."
Johan hareg il-mobile tieghu u wrieha stadji differenti tax-xoghlijiet li kienu qed isiru fuq id-dar.
"Ghandek ix-xoghol fiha," qaltlu Anna.
"Tassew, imma ghaggla ma ghandix. Meta tkun lesta, lesta."
Meta sar il-hin infirdu ghax it-tnejn kienu xoghol fix-shift ta' bil-lejl. "Hadt gost bil-kumpannija tieghek. Jekk joghgbok, nergghu niltaqghu," qalilha Johan.
"Iva," accertatu Anna.
Johan kien qed jipprepara t-triq ftit ftit biex jistqarrilha mhabbtu u flimkien jrabbu familja. Darba minnhom stqarrilha," Anna nixtieq nipproponilek li nizzewgu. Ghandek pjacir?"
Anna qatt ma stenniet proposta bhal dik u wara li kkomponiet ruhha qaltlu, " Johan mhux ghax ma nixtieqx, imma ghandi l-problema ta' ommi."
"Marida, ma tiflahx?"
"Le, le, imma ma nistax nitlaqha wahedha wara li tant ghamlet sagrificcji biex tarani nilhaq fejn xtaqet qalbi."
"Dejjem tista' iggibha tghix maghna. Jiena naccettaha" offrielha Johan.
"Le, ghax il-mizzewgin ghandhom jghixu wahedhom; xi naqra ta' indhil tahseb li ma jkunx hemm?"
"Imma inti ghidtilha?" staqsa Johan.
"Le u mhux ser nghidilha biex ma noffendihiex. Hawn hafna tfajliet ohra, tista tipproponi lilhom. Ma irridx inkunlek ta' tfixkil."
"Jiena lilek inhobb u mhux lil haddiehor. Jekk inhu hekk, allura nghidlek li ser nibqa' nistennik sa ma ittini risposta posittiva."
Xi gimgha wara din it-tahdita ma' Johan, omm Anna qaltilha, "Binti issa li ghandek xoghol fiss u sod, ahseb biex tizzewweg. Ftakar li jiena mhux ghal dejjem. Rabbi familja. Ta wahdek kerha."
"Kieku fi hsiebi ghandi persuna, izda lilek ma nistghax nabbandunak. Ghadek kemm ghidtli ta' wahdek kerha."
"Jiena la jiena marida u ghal grazzja ta' Alla ghadni niflah nghix wahdi," wegbitha ommha.
"Xi tghid li kieku nghidlek biex tigi tghix maghna?"
"Ma tarax, binti. Inti issa jkollok il-familja tieghek."
"Il-persuna li ghandi f'mohhi qalli biex nghidlek tigi maghna imqar ghal filghaxija."
"Issa nahsibha sew u nara. Imma fil-frattemp titlifx l-opportunita' li ghandek."
"Ghidli li tigi u ncempillu issa stess," sahqet Anna.
"Kollox sew nigi, ghal filghaxija biex ma nkunx wahdi," qaltilha biex taraha kuntenta u migbura.
Anna griet ghal fuqha u ghanniqitha maghha li kwazi ddendlet maghha. Dak il-hin stess Anna cemplet li Johan.
"Hello min hemm?" qal kajman Johan nofsu rieqed.
"Jiena Anna?"
"Inqala xi haga?"
"Iva, naccetta l-proposta tieghek."
"Veru, anqas irrid nemmen. X'ferha tajtni! Ara inti bil-leave ghada mhux hekk? Jiena wkoll. Mela niffesteggjaw flimkien. Immoru nieklu. Anqas ser norqod bil-lejl, ser nahseb biss fik." U tefghalha hafna bews minn fuq il-mobile. Hija rreciprokat u ferhana hija wkoll marret torqod.
Meta l-ghada ltaqghu, Johan halla f'idejn Anna taghzel ir-restaurant fejn xtaqet tiekol. Dahlu u ordnaw u sakemm igibilhom l-ikel, Johan irrakontalha kemm kellu holm sabieh.... u kemm dahqet bir-rakkonti tieghu! Holma minnhom kienet din. U waqt li kien jirrakonta hareg kaxxa zghira mill-but, fetahha, nehha c-curkett u libbisulha. Anna ikkommoviet ruhha u kbiet, imma malajr meshet id-dmugh biex ma turix lill-patruni tar-restaurant. "Ejja, ejja Anna, dan mhux mument ta' biki, izda ferh."
"Jien qed nikbi mhux ghax offiza, izda bil-ferh."
"Hekk irridek tkun ferhana."
Wara li kkalmat, staqsiet lil Johan," Tista tghidli kif gibt curkett hekk malajr, ghax sa fejn naf jien tad-deheb ma jifthux qabel l-ghaxra jew id-disgha u nofs."
"Sigriet," qalilha Johan biex jinkiha.
"Sigriet bejnitna?"
"Mela halli tkun taf dak ic-curkett ilu jigri mieghi fil-but minn dak in-nhar li pproponejtlek bit-tama li meta tghidli, nipprezentahulek bla dewmien."
Wara li kielu, it-tnejn marru lura d-dar biex jistriehu ghax filghaxija kellhom jidhlu xoghol.
"Binti jiena mbierkek b'idejja it-tnejn. Ibza' ghalih dak il-guvnott, ghax minn dak li ghidtli jidher zaghzugh serju, inkorragietha ommha. " Issa meta trid u tara zmien propju ntroducihuli hawn fid-dar taghna."
"Kif mort man-namrata, Johan?" staqsiet Bridgette, ohtu z-zghira. Il-familja kollha kienet migbura ghat-te, qabel Johan jitlaq lejn l-isptar.
"Tajjeb hafna," wegibha huha.
"U min hi, fejn toqghod, nafuha?" staqsiet mill-gdid kollha kurzita'.
"Kemm inti kurjuza," interrompietha ommha.
"Iva tafuha, u toqghod fic-centru tar-rahal biswit il-knisja. Bint Tona."
"Familja sew hafna. Tilfet lil missierha meta kienet ghadha tarbija. Batiet ommha biex rabbietha, imma tberikha t-tbatija ghax bintha lahqet tabiba," qalet l-omm.
"Intant hadt grazzja ma' xebba li ommha kienet tbiegh il-merca," ikkummentat Brigdette.
Hawn qabez missierha u widdibha bil-kbir," X'jigifieri? Forsi ghandha xi haga inqas minnek? Mhux tfajla bhal l-ohrajn, qalbha tajba u gustuza, tghodd hafna ghal Johan. U kif ghadek ma tghallimtx li ma tiggudikax in-nies. Ilsienek jigri bik u jahasra taghmel hafna ghedewwa ghalxejn, biex ma tigdmux ftit, ilsienek. Isthi."
U billi t-ton ta' missierha kien ta' canfir, inkisret u harget 'l barra tikbi. Johan qam u mar warajha. "Bridgette, tikbix. Kulhadd jifrah bl-ghazla tieghu li jkun ghamel wara bosta konsiderazzjonijiet."
"Ahfirli Johan. Qatt ma jmissni kont hekk sbukkata. Anqas naf kif ghandi l-wicc inhares lejk issa."
"Insa kollox, Bridgette. Ma ghandix x'nahfirlek. Pero' kif qallek missieri, qabel titkellem wiezen dak li ser tghid ghax kelma li tohrog mis-sinna timla dinja," qalilha bil-hlewwa Johan.
"Grazzi." U ghannqu lil xulxin bhala sinjal li bejnithom ma kien hemm xejn.
Meta dahal id-dar ta' Anna u tkellem ma' ommha nduna kemm din il-mara kienet persuna docli, u taf tirraguna. Ha gost jitkellem maghha u weghdha li ma jdumx ma jlaqqaha mal-familja tieghu.
Il-laqgha ta' Anna mal-familja tieghu kienet wahda li ma tinsiehx. Urewha li kienet milqugha bhala wahda mill-familja taghhom. Ilkoll laqghuha b'bewsa; Bridgette ghannqitha maghha wkoll. Johan induna bil-mossa u fehem li ohtu z-zghira kienet mhux biss kuntenta biz-zieda fil-familja, izda li accettatha qisha ohtha.
"Xi mument meta jkollna minuta cans niehdok tara d-dar li qed nirranga u jekk toghgbok inzommuha ghalina. Xi tghid?"
Meta ratha, issahhret warajha u qaltlu biex ma jbieghhix. "Ghogbitek, Anna?"
"Hafna, hafna, hafna."
"Issa ahseb ftit kif ser tqassamha u fejn ser naghtu lil ommok. U ma ndumux nahsbuha biex nghammru d-dar."
Anna u Johan izzewgu u dahlu fid-dar il-gdida taghhom. L-omm ma kienitx tiehu pjacir toqghod ma' saqajhom u kull meta setghet kienet tmur gewwa darha. Terga' lura biss ghal filghaxija. Imma meta kienu jkun ghax-xoghol kienet tiehu hsieb thejjilhom l-ikel u bis-sahha t'hekk kienu jqisuha barka minn Alla. Wara xi erba xhur mizzewgin, taw l-ahbar lill-gentirui taghhom li kien ser ikollhom tarbija. Ma jistax jinghad il-ferh li kien hemm fil-familji. "Ser intuk ftit tax-xoghol," qal Johan lil Tona, omm Anna.
"L-ghaxqa tieghi li naghti kaz tat-tarbija. Meta tridu halluha mieghi. Tkun fiz-zgur."
Meta twieldet kienet tifla. "Anna, ma tistax tghid li din it-tarbija mhix tieghek. Ara kemm tixbhek. Fula maqsuma mieghek, Mikelina taghna," qalilha zewgha Johan.