jesusandmary


DAK LI MA IRBAHTX INTI, IRBAHTU JIEN.


Sewwa jghidu li tara bniedem taghraf nofs u tisimghu jitkellem taghrfu kollu. Hekk wiehed jista’ jghid ghal Dolor, mara moghtija ghad-dar u l-knisja. Taraha tahsibha xi wahda li l-kultura ma tafx fejn toqghod, imma imbaghad meta tismaghha titkellem, taf x’tghid. U bir-ragun ghaliex ir-radju dejjem miftuh u tisma’ kull programm, sija jekk ikun religjuz, politiku jew informattiv. Meta zewgha Stiefnu kien jaqra l-gazzetta kollha kien ihalliha fuq il-bank tal-kcina biex martu Dolor tuzaha ghal fdalijiet tat-tisjir. 

Wara li qaxxret il-haxix ghal minestra, harget gazzetta milli kellha mahzuna biex fiha tpoggi l-fdalijiet tal-haxix, imma reklam attiralha l-attenzjoni taghha.  “Ibghat tlett pakketti ta’ dan il-prodott b’ismek u kunjomok u l-indirizz u tkun tista’ tippartecipa fl-lotterija tal-Milied. L-ewwel Premju vakanza  fuq is-silg ghal tnejn f’Jannar. “ Hekk kien jghid l-avviz. Ghamlet kif mitluba u baghtithom biex tippartecipa fil-lotterija. Mhux ghax kienet temmen li ser tirbah ghax xortiha dejjem kienet hazina. “Imma billi tippartecipa x’fiha; ikun idur ma’ ta’ l-ohrajn, ”hasbet bejn ruhha. Kien jonqos biss jumejn biex taghlaq il-kompetizzjoni. “Jaqbilli nghaggel biex ninpustaha.”

L-akbar ugigh ta’ ras li kellha Dolor kien li tqajjem lil zewgha Stiefnu ghax-xoghol jew ghall-quddies ta’ nhar ta’ Hadd.

“Stiefnu, jiena qomt, ser immur nippreparalek kikkra te qabel immorru l-quddies. Fhimtni Stiefnu, qum u ddumx.”

Stiefnu dar in-naha l-ohra u kompla jonhor. Meta Dolor lestiet it-te ghajtitlu mill-gdid: “ Stiefnu qum halli tixrob it-te u nilqhu l-quddiesa. Tinsiex il-lum huwa l-Hadd. Ma nidhlux tard ghall-quddies.”

U povra Dolor kellha terga’ titla’ fuq u ccaqlaq wahda sew lil Stiefnu biex dan iqum. Malli fetah ghajnejh gerger tnejn li qajmitu kmieni, qam mis-sodda, libes il-papocc u t-tnejn nizlu isfel.

Meta daq it-te qalilha: “Dan x’te hu. Ghoddu kiesah.”

“Mux inti domt ma qomt.  Ghidtlek meta kien ghadu jahraq.”

Biex ma jgibx paroli, xorbu, libes malajr u telqu lejn il-knisja.

Meta regghu lura d-dar Stiefnu waqt li kien qed jiekol qassata tal-pizelli u kikkra kafe’, qal lil Dolor: “Taf li meta qajjimtni telliftni l-aktar holma sabiha li qatt kelli?”


U pronta Dolor qaltlu: “ Zgur li ma giex ikellmek l-anglu tal-Milied li deher f’Betlem.”

“Biex inghidlek iva anglu kien. Jekk kienx dak li deher f’Betlem ma’ nafx, izda tani messagg li telliftni t-tmiem tieghu.”

“Mela x’seta qallek dan il-habbar specjali tieghek?” staghgbet Dolor.

“Halli nghidlek. Habbarli hames numri...”

“Ha....ha...ha..,” dahqet martu.

U anqas lahaq spicca li Dolor ma qaltlux: “Waqajna koppi.Tohlom b’hafna numri, tghid li huma sbieh, tmur tiktibhom u tibqa’ b’xejn ghax ma jitilghux.” U kompliet tidhaq.

“”Imma din id-darba zgur jitilghu ghax imnebbha mill-anglu. Ara kienu t-8 ghax tal-Kuncizzjoni, t-12 ghax Dicembru, il-25 ghax il-jum tal-Milied, 31 ta’ Dicembru ghax qalli li ttemm is-sena tajjeb u tibdiha ahjar. In-numru l-iehor ma stajtx nisimghu jghiduli ghax kien dak il-hin li kellimtni u telliftni. Ikteb in-numru tieghek jekk fhimtu tajjeb, qalli.  Imma dan x’numru jista’ jkun.”

“Ma nafx,” wegbitu Dolor,” Jista’  jkun kien jirreferi ghas-26 billi l-festa tieghek tahbat l-ghada tal-Milied. Inti mhux Stiefnu jismek?”

“Kos, anqas kont indunajt,” qalilha Stiefnu.”Kemm inti intelligenti biex tfisser il-holm!”

“Ara ma jfittilekx tikteb dawk in-numri ghax ma tirbahx zgur.”

“U ghala qed tghidli hekk?” staqsieha Stiefnu.

“ Ghax hemm rabta bejn il-25 u is-26.  Il-proverbju Malti jghid mill-Milied sa San Stiefnu u dak kollu li tirbah, jekk tirbah, ghax f’hajjitna qatt ma irbahna xejn, idumlek biss ghal ftit. Qed tifhimni, Stief?”

“Hmerijiet ta’ mohhok. Ghada kif inkun barra fuq ix-xoghol l-ewwel banka tal-lotto li insib niktibhom.”

U li kieku ma kinitx il-qampiena tal-bieb li habbritilhom li kien gie xi hadd kieku kienu jkomplu jargumentaw

Xi hadd kien tefghalhom librett publicitarju fuq is-safar. Stiefnu mar jigbru u dahal bih miftuh jaqrah fil-kcina. “X’gie?” 

“Xejn specjali. Ktejjeb fuq is-safar?” wegibha xott xott billi hu qatt ma kien favur li jitbieghed minn pajjizu. 

Dolor hatfithu fil-kelma. Kienet ilha tixtieq li issiefer u qaltlu “ Ma tithajjarx  intiru lejn Livorno, vakanza fuq is-silg? Ilna ma insiefru xi 10 snin issa u gimgha mistrieh taghmel tajjeb Stiefnu.”

“Tini ftit cans u nghidlek. Jekk nirbhu s-super 5 b’dawn in-numri lesti l-bagalji.”

Kieku kitibhom in-numri kif ra fil-holm izda ebda numru ma tela’. “Qed tara” qaltlu Dolor biex tinkih, “ mank wiehed biss biex jaghmillek kuragg u jittamak ghal darb’ohra inkietu Dolor. “Imma jie ma wissejtikx biex ma tilghabx. Ikolli nghid li mhux l-anglu ta’ Betlem rajt, izda xi wiehed iswed, dak ta’ taht riglejn San Mikiel,” ziedet tghidlu martu biex aktar tinkieh.

Dicembru kien ghadu jibda’.  Stiefnu u Dolor kienu qed jieklu l-pranzu bil-kwiet kultant jithaddu fuq dak li jkunu semghu; Dolor fuq dak li semghet waqt ix-xiri taghha u Stiefnu waqt li jkun iqassam ix-xoghol ta’ l-ikel  u oggetti ohra lil tal-hwienet. F’nofs ikla ihabbat il-bieb. “Min ix-xjafek gie bhal issa?” qal minn taht l-ilsien Stiefnu. “Oqghod hemm, kompli kul halli niftah jien,” qaltlu Dolor.

Tal-posta taha ittra. Ghal l-ewwel hasbet li kienet kartolina, imma meta fethitha ghajtet bil-ferh.” X’gara?” staqsa Stiefnu.

“Dak li qatt ma kont nobsor. Bix-xorti bghatthom l-ucuh tal-kaxxi.”

“Iva ghidli x’gara,” rega staqsa Stiefnu kollu kurzita’

“Irbhat.”


“X’irbhat?”

“Wara kollox ma irbahtx jien biss, izda ahna t-tnejn.”

“Ghadni ma nistax nifhem.”

“Irbahna vjagg ghal fuq is-silg ghal tnejn ghal nofs Frar.” U spejgatlu kollox. “U dak li ma rbathx int irbahtu jien. Ghal Livorno Stief.”


Make a free website with Yola