ELENA
L-ghada li sehhet id-disgrazzja l-gurnali kollha kellhom l-istess ahbar kerha b'tipi kbar fuq il-faccata ta' quddiem. Ragel iwegga' gravi fil-ghorfa tieghu. Guzeppi qatt ma kien ifalli milli jmur l-ghalqa, wara jum xoghol fil-pitkalija ghax kien jehtieglu jaghlef l-annimali u kif kien ikun hemm joqghod jitpaxxa bl-ghalqa tieghu tkabbar il-frott ta' l-art. Dak in-nhar tad-disgrazzja bla ma qatt basar x'seta jigri, halla l-mutur tal-hart jixghel biex jara x'setghet kienet ir-raguni li kien qed jaghmel hoss mhux tas-soltu. Meta sab tarf il-hsara, tela’ fuq sellun biex igib bicca ghoddha minn fuq l-ixkaffa. Bi sfortuna l-bicca ghoddha waqitlu minn idu, u giet fuq il-mutur bil-magna tieghu attiva. Il-mutur gera lejn is-sellun, habat mieghu, Guzeppi tilef il-bilanc u bla ma kellu hin jahseb kif ser jevita l-waqa', nizel ghal isfel u habat rasu ma' kantun wieqaf. Intilef minn sensih u tilef wisq demm.
Meta Elena, martu, rat li dam ma gie id-dar marret tara jekk gralux xi haga u l-qatgha kbira li hadet x'hin tarah f'ghadira demm gennitha. Bdiet twerzaq ghal ghajjut u ragel li kien ghaddej bit-truck ghenha kemm felah. Cempel ghal ambulanza imma x'hin waslu l-infermiera sabu li kien diga' mejjet. Kellu jghaddi ftit taz-zmien sewwa biex Elena tistabar mill-mewt ta' zewgha Guzeppi u ghalkemm ftit ftit bdiet gejja f'taghha, il-gerha qatt ma ghalqet.
Guzeppi u Elena kienu izzewgu ftit tax-xhur qabel. Elena kienet tfajla sabieha u mara sewwa hafna minghajr pretensjonijet zejda. Hafna guvintur serji tefghu ghajnejhom fuqha, izda fosthom hi ghazlet li Guzeppi. Il-holm taghha li trabbi familja ma' Guzeppi gheb qisu duhhan ta' huggiega li z-ziffa tajret u xerrdet ma' l-erba' irjiehat tad-dinja.
Iz-zewg subien hutha kienu jghinuha hafna biex idderri u xi hadd taha parir biex tinvolvi ruhha fil-volontarjat. "Oht, isma ftit. Il-hajja trid tkompli miexja. Li tinghalaq fik innifsek jisfalek ta' hsara ghal sahhtek. Zgur li Guzeppi minn hemm fuq ma jridx dan minnek. Ara kif taghmel u nvolvi ruhek fil-volontarjat u tara kif tmur ahjar."
Elena kellmet lill-kappillan u dan hajjarha biex jew tidhol ghall-volontarjat fil-parrocca jew tipartecipa fil-volontarjat missjunarju. Ta' l-ahhar aktar ghogobha u ndahlet ghalih b'ruhha u gisimha. Il-kappillan stess introducieha ma' ghaqda missjunarja li kienet tahdem fil-Kenja u fis-sajf, wara ftit tahrig siefret maghhom ghal xahar ta' volontarjat. Billi Elena kienet tahdem ta' infermiera fi sptar hawn Malta, malajr integrat tiehu hsieb il-morda fi sptar kattoliku li kien ghadu kemm fetah il- bibien ghall-morda. Waqt li kienet iddur is-swali tal-pazjenti ghaddiet minn quddiem sodda ta' tifel mghawweg ganc li ma setghax jimxi qatt jekk ma jghaddix minn operazzjoni.
"U x'inhu li qed izzomm biex ma issirx din l-operazzjoni? Aktar ma iddum ma issir aktar jikbru l-kumplikazzjonijiet," staqsiet Elena li nfermiera tal-post.
"Operazzjoni bhal din tiswa kemxa gmielha li l-istitut fejn joqghod dan it-tifel ma jiflahx ghaliha u l-anqas f'dan l-isptar ma hu fi stadju li joperah billi ghadu kemm fetah il-bibien u ghadu ma lahaqx l-livell ta' sptarijiet ohra tal-pajjiz," wegbitha l-ohra.
"X'jismu dan it-tifel?"
"Guda Taddew, imma ahna nghajtulu Taddew ghall-qosor."
"O li kieku San Guda Taddew, il-qaddis ta' l-impossibli jghini nahseb kif ser nghinu," talbet f'qalbha. U kompliet miexja ma' l-infermiera l-ohra.
Meta rritornat lura fl-istitut fejn kienet allogjata tul ix-xahar tal-volontarjat taghha, qaghdet tahseb fuq dak il-povru tifel. Aktar ma jdum biex ikun operat aktar kienet tkun iebsa l-operazzjoni. Kien hemm bzonn li ssir xi haga u ta' malajr kienu l-hsibijiet li bdew iduru f'mohha.
"50,000 biex issirlu l-operazzjoni, kif ser nigborhom? Xi haga naghmel anke jekk immur nittallab.
Wara li ghadda x-xahar tal-volontarjat li tar qisu riefnu u waslet Malta, setghet aktar tikkoncentra fuq il-hsieb taghha. Billi kienet tat-tajjeb u Alla ipprovdielha fuq li jipprovdiehla, iddecidiet li tohrog nofshom u n-nofs l-iehor tigborhom minn fost il-parruccani tar-rahal bis-sehem tal-kappillan. "Gabra generali bi ftit pubblicita' ghandha issolvi l-problema," hasbet Elena. "Ghin lilek innifsek u Alla jghinek. Mhux hekk jghidu. Imbaghad wara kollox gid lill-proxxmu se naghmel."
Bis-sahha u l-ghajnuna tal-kappillan Elena esponiet l-pjan taghha lin-nies tar-rahal. Qassmet l-envelopes fid-djar kollha tar-rahal biex jingabru l-Hadd ta' wara. Kulhadd ta kemm felah u mill-qalb, hekk li s-somma mhux biss ingabret izda wkoll inqabzet. Ferhana ser ittir, Elena kellmet lid-direzzjoni ta' l-isptar tal-Kenja u Taddew intbaghat fl-isptar principali tal-Kenja biex issirlu l-operazzjoni. L-operazzjoni kienet success u wara ftit gimghat Taddew seta' jimxi u jghix il-hajja normali.
Kollox kien mizmum b'ritratti u certifikati dwar it-tifel biex Elena tipprezenthom lin-nies tar-rahal taghha halli dawn ikunu jafu kif intefqu u fejn marru l-flus.
Iz-zmien ma jistenna lil hadd, Taddew kiber, studja u wasal biex jidhol l-universita' halli jistudja ghal tabib, biex fi kliemu jrodd lura lis-socjeta' xi ftit milli s-socjeta' tatu biex ifieq. Izda billi flus ma kellux biex ihallas il-mizata ghal l-Universita', talab lil Elena, li hu kien iqis u jistma' bhala ommu biex tghinu. U bil-ghajnuna taghha mhux biss dahal l-Universita' izda temm b'success il-kors ta' tabib.
"Kif ser nizzikhajr lin-nies tal-parrocca tieghek," kitbilha darba fost l-ohrajn, "ghall gid kbir li ghamlu mieghi?"
"Ejja u ghaddi hmistax Malta, ghandi u nippreparalek it-triq jien," wegbitu lura Elena.
"Min hu dak ir-ragel ta' nazzjonalita' Afrikana li hemm jghix ma' Elena?" staqsiet Karmelina lil habibitha Dolor meta hargu mill-hanut tal-merca.
"Nghidlek il-pura verita' ma nafx, izda l-bierah filghaxija rajthom it-tnejn dehlin fl-ufficju tal-kappillan. Forsi xi wiehed mid-diretturi tal-volontarjat fl-Afrika," wegbitha Dolor.
"Jista' jkun u ma hemmx risposta ahjar. Dik minn mindu rtirat mix-xoghol tiela u niezla l-Kenja tghin il-missjoni," kienet pronta qalet Karmelina. " Nahseb kif ghidt inti. Minn kif jilbes jidher li huwa xi hadd pulit, xi ufficjal tal-missjoni fil-Kenja."
Hadd fuq li wasal Malta, it-tabib Guda Taddew kellu opportunita' biex jirringrazzja u juri hajr lin-nies tal-parrocca meta tela' fuq l-ambone u ndirizza l-migemgha hekk: " Irrid nizzikhajr l-ewwel lil Ommi Elena. Iva, ommi rrid insejhilha ghaliex kieku ma kienitx hi jiena illum persuna ma niswa' ghal xejn, mitfuh fuq sodda jew siggu tar-roti aktar mejjet milli haj. Il-genituri tieghi, fit-twelid tieghi, meta rawni li ma ser inkun niswa' ghalxejn hallewni go kaxxa fuq it-tarag ta' l-istitut. Imma ommi Elena meta ratni hasbitha mod iehor. Habirket biex nghaddi minn operazzjoni medika u nigi ghan-normal. Dan bis-sahha taghha u taghkom. U t-tieni ringrazzjament tieghi jmur ghalikom li gbartuli biex naghmel operazzjoni tiswa kemxa flus sewwa. U issa hawn jiena quddiemkom qawwi u shih. Studjat u issa ninsab nahdem ta' tabib gewwa l-isptar tal-missjoni nghin lill-batut bhalma intom ghentu lili. Grazzi hafna u l-hlas tal-karita' jiena ma nistax inpattih lura, izda zgur li Alla jroddilkom ghall-mitt darba l-hniena li wrejtu mieghi. Mill-gdid grazzi lil kulhadd."
U nfaqa' jikbi u mieghu l-parti kbira ta' l-udjenza qabzitilhom demgha.
Il-komunita' prezenti fil-knisja capcpet bhala turija ta' approvazzjoni u l-gabra li saret dak il-hin lahqet somma inkoragganti li nghatalu biex johodha mieghu fil-missjoni halli jkompli jsir il-gid.