jesusandmary

GRAZZI GHAL HINEK

Jack kien mitluf fuq xoghlu. Ma ried lil hadd ikellmu u halla ordni lis-segretarja tieghu biex ma tghaddilux telefonati. Quddiemu kellu kuntratt biex iforni lukanda zghira, li kienet ser tiftah il-bibien taghha ghat-turisti fi zmien qasir, bl-ghamara. Ried jiflih qabel jaccettah u jiffirmah. Il-mobile daqqlu, izda hu ma riedx jirrispondih, qabdu u tefghu fil-kexxun. Distrazzjoni zghira u zball li seta’ jaghmel kien jiswieh kemxa flus gmielha. Wara li spiccah, iffirmah. Imbaghad fetah il-kexxun biex jara min kien cempillu. Kienet ommu. Cempel lura  u ommu wegbitu, “ Mr. Belser halliena dan il-lejl. Il-funeral tieghu ser isir nhar l-Erbgha.”

Minn mohh Jack ghaddew sfilati ta’ hsibijiet hekk kif kien bilqieghda wara l-iskrivanija tieghu, bhallikieku kien qed jara xena wara l-ohra f’film, jiftakar fil-jiem ta’ tfulitu.

Mr Belser kien romol ftit wara li zzewweg ghax kif tirrakonta l-omm lil binha Jack, mart Mr Belser kienet waqghet minn fuq is-sellum waqt li kienet tnaddad il-linfa tas-salott, habtet rasha u mietet fuq il-post. Skont it-tobba kien ta attakk tal-qalb. Zewgha sab ruhu wahdu u meta kien ikun fil-gnien kien jghaddi hafna hin jitkellem ma’ Jack fuq bosta hwejjeg.

“Ghadek fuq il-linja Jack? Smajtni? Fhimtni x’ghedtlek?”

“Skuzani ma. Iva smajtek. Ili hafna ma nahseb fih. Jiddispjacini, imma onestament hsibt li kien ilu, anzi snin li halliena”, qalilha Jack.

“Imma hu ma nsiekx. Kull darba li kien jarani kien jistaqsini ghalik, kif kont sejjer fil-hajja ‘l boghod mir-rahal. Dejjem baqa’ jiftakar f’dak iz-zmien li kontu titkellmu flimkien minn fuq in- naha tieghu tal-hajt li kien jifred il-gnien taghna minn tieghu,” qaltu ommu.

“Kellu dar sabieha antika fejn kien joqghod u minn dejjem kienet tghogbni,” qalilha Jack.
“Taf inti sew Jack, li meta miet missierek, Mr. Belser dahal responsabbli li ma jkun jonqsok xejn. Ra li tkun edukat fl-aqwa skejjel u ma jkun jonqsok xejn,” qatlu ommu.

“Ha nghidlek ma, kien hu li ghallimni s-sengha ta’ mastrudaxxa u ma kontx inkun f’dan in-negozju li kieku ma kienx hu. Kemm ha pacenzja bija u ghallimni hwejjeg li skont hu kienu ta’ htiega u mportanti. Ma ser inkun hemm ghall-funeral.”

Minkejja li kien jghix ghan-negozju, Jack talab lis-segretarja tieghu biex taqtaghlu biljett ta’l-ajru ghat-titjijra li jmiss ghall-belt fejn kien joqghod. Il-funeral ta’ Mr Belser kien zghir u fil-pajjiz ma ghamel ebda hoss. Ma kellux ulied u hafna minn dawk li kienu jigu minnu kienu mejta.

Il-lejla ta qabel ma irritorna lejn daru, Jack u ommu waqfu biex jaraw id-dar antika ta’ Mr Belser ghal darb’ohra. U billi ommu kellha c-cwievet taghha, dahlu jtuha daqqa t’ghajn ghal darb’ohra. Wieqaf fid-dahla tad-dar Jack ra li kollox kien baqa bhal kien kien jiftakar hu meta kien ghadu tfajjel. Xejn ma kien imbidel. Kull pass ‘l gewwa kellu l-memorji tieghu. Kull stampa, kwadru u bicca ghamara. Jack waqaf f’daqqa wahda.

“X’gara Jack?” staqsietu ommu.

“Il-kaxxa ghebet,” wegibha.

“X’kaxxa hi?” regghet staqsiet l-omm

“Hemm fuq l-iskrivanija kien hemm kaxxa tad-deheb li huwa dejjem kien izomm maghluqa. Kemm-il darba staqsjetu x’kien fiha dik il-kaxxa u huwa kien iwegibni “ l-aktar haga li nghozz.”

Il-kaxxa ghebet. Kollox, pero, kien baqa’ l-istess fid-dar kif Jack kien jiftakar, hlief ghall-kaxxa. Fehem li Mr Belser kien ta dik il-kaxxa lil xi hadd tal-familja li kien jigi minnu fil-boghod.
“Issa qatt ma nista’ inkun naf x’kien fiha dik il-kaxxa li tant kien jhozz Mr Belser,” haseb Jack f’qalbu.

Hargu mid-dar. “Ahjar norqod ftit kmieni ghax ghada irrid naqbad l-ewwel titjijra tal-jum, ma.”
Kien ghaddew issa madwar gimghatejn minn mindu Mr Belser miet. Jum wiehed meta gie lura mid-dar wara gurnata xoghol, Jack sab nota fil-kaxxa tal-posta. “Tehtieg il-firma fuq il-pakkett. Ma sibt lil hadd id-dar. Jekk jghogbok ejja sa l-ufficcju tal-posta fi zmien tlett ijiem,” kienet taqra din in-nota.

Kmieni l-ghada filghodu Jack mar il-Posta u ha l-pakkett. Il-kaxxa zghira kienet wahda antika u tidher li kienet impustata xi mitt sena qabel. Il-kitba kienet difficli biex taqraha imma l-indirizz ta’ min baghatha gibidlu l-attenzjoni.

“Mr. Harold Belser.”
Jack ha l-pakkett fil-karrozza tieghu u fethu. Hemm gewwa l-pakketta kien hemm il-kaxxa tad-deheb u envelope.
Idejn Jack trieghdu hekk kif qara n-nota.

“Wara mewti, ghaddu din il-kaxxa u dak li fiha li Jack Bennett. Hija l-unika haga li kont nghozz f’hajti.” Cavetta zghira kien imwahhla ma’ l-ittra. B’qalbu ittaqtaq, u demghat jgelbnu ma’ haddejh fetah il-kaxxa u gewwa fiha sab arlogg tal-but sabih tad-deheb.

Huwa ghafas molla u meta nfetah qara dawn il-kelmiet
“Jack grazzi tal-hin li ghaddejt mieghi titkellem. Kemm apprezzajtu. Harold Belser.”
“L-aktar haga li kienet ghaziza ghalih kien iz-zmien tieghi,” haseb bejn u bejn ruhu Jack.

Jack zamm l-arlogg f’idu ghal ftit minuti, imbaghad cempel l-ufficcju tieghu u talab lis-segretarja biex thassar l-appuntamenti kollha tieghu ghal jumejn li kienu gejjin.

“Ghaliex?” staqsietu Janet is-segretarja.

“Ghandi bzonn nghaddi ftit tal-hin man-nies li jiena tant inhobb u nghid li huma prezzjuzi ghalija. U bil-haqq Janet nirringrazzjak ghall-hin tieghek wkoll u ghaz-zelu li turi fuq xoghlok.”

Il-hajja ma hiex meqjusa minn numru ta’ nifs li niehdu, imma bil-mumenti li jehdulna nifsijietna.

Make a free website with Yola