jesusandmary

 IL-FIERA TA' PATRI BENEDITT

Patri Beneditt kien il-kappillan ta' rahal zghir 'l boghod mill-istorbju tal-belt l-aktar vicin. Harsa lejn Patri Beneditt kienet tipperswadik li kien patri riesaq biex jirtira, ghalkemm is-sacerdot qatt ma ghandu eta ta' irtirar. Imma zbaljat kien min jahseb hekk. Beneditt kellu karattru zaghzugh, jimxi maz-zaghzagh u jahseb bhaz-zaghzagh. Minn naha taghhom iz-zaghzagh kienu jigru warajh ghax iltaqghu ma' gwida u mexxej li jaqbel maghhom;  bis-sahha tieghu sabu centru fejn jilqaghhom. Hemm kienu jitkellmu, jilghabu u jitolbu. Fejn kien jidhol Patri Beneditt kien jidhol l-ispirtu kommunitarju ta' talb u ghaqda.

 Arah jakkumpanjhom meta jitolbuh johrog maghhom xi girja fil-kampanja. "Mieghek iggib xejn kappillan," qallu wiehed miz-zaghzagh," ghal l-ikel nahsiblek jien". U iehor qallu: " U wara l-ikel xi qatra imbid issibha wkoll, kappillan." Qallu hekk ghax ilkoll kienu jafu li l-qatra kien ihobbha. "Mela hekk ikun, huti, ghan-nhar il-Hadd wara il-quddiesa tat-tmienja."

 Il-Hadd ta' wara l-kappillan liebes ic-coqqa li kien juza meta kien ikun gewwa fil-kunvent, u rhiela maz-zaghzagh lejn il-kampanja. Imxew, iddiehqu, kantaw, irrakontaw xi cajtiet sa ma wasal nofsinhar. Kulhadd qaghad bilqieghda u ntasab jiekol dak li gab mieghu. Lill-kappillan offrewlu hobza mhawra biz-zejt tassew tajba. Kienet tassew tajba u ma halliex farka. Wara xi hadd ferralu tazza mbid. "Dak milli jaghmel missieri, kappillan. Ma ghandux jiddispjacik li flok tazza tiehu tnejn."

 U wara li xorob l-ewwel tazza, mesah halqu bil-komma tac-coqqa u newwilha biex jimlewhielu mill-gdid. Din id-darba xorobha bil-mod il-mod biex itijem it-tjubija taghha. "Ghid lil missierek prosit ta' dan l-imbid," qallu l-kappillan," u hares, mhux fatat, ........jekk irid igibilna xi garra minnu l-kunvent ma jinheliex," qallu b'cajta l-kappillan. 

 Iz-zaghzagh qaghdu jilghabu l-ballun sa ma jigu jkomplu l-mixja taghhom. Imma l-kappillan, mitluq taht sigra ghall-kenn mix-xemx beda jonghos sa ma ghajnejh inghalqu bin-nghas. Kien imdorri li wara l-pranzu, jitla' fic-cella u jorqod ftit. Imma dak il-hin l-imbid hadu u beda' jonhor. Iz-zaghzagh semghuh, waqfu mill-loghob u ghaddew xi zewg cajtiet fuqu. U kemm dahqu, imma l-kappillan ma semaghhomx. Zaghzugh gietu idea. Sab kartuna ta' kaxxa tal-haxix mitluqa minn xi bidwi taht il-hajt tas-sejjieh, fetaqha u hadilha l-faccata. Imbaghad hareg biro u kiteb: "IL-KAPPILLAN BZONN L-GHAJNUNA, AGHTUNI KARITA'" u poggihielu fuq hogru. Iehor hareg tazza tal-plastik mill-barzakka u qieghdilhu hdejn riglejh.  Ilkoll ghaddew minn quddiemu u tefghulu xi flus fiha. Wara hadulu ritratt.

 Imbaghad intasbu bilqieghda hdejh jistennewh iqum. Ma damx wisq biex qam u malli sab ruhu f'dik il-posizzjoni mitluq taht sigra jitlob il-karita' hadha b'cajta u ma setghax jifhem sew x'kien qed jigri. Ivan, li ghamillu c-cajta dahhal idu bil-but hareg xi muniti u tefaghhom fit-tazza tal-plastik. Dak il-hin Patri Beneditt fehem kollox u  tghidx kemm dahaq. "Prosit Ivan kemm inti originali fic-cajt tieghek." Iz-zaghzagh komplew mieghu.

 Kien sar il-hin biex ikomplu l-vjagg ghax issa t-triq ghan-nizla. Iz-zaghzagh iffurmaw gruppi u bdew mexjin jargumentaw bejnithom. Grupp minnhom ingabar mal-kappillan u hajru biex jorganizza fiera qrib il-festa tal-patrun tar-rahal. "Ma tarawx, mela jiena ghandi zmien biex naghmel dan."

 "Dak sakemm taghmel l-ewwel pass, imbaghad kollox jibda' gej wahdu."

 "Halluni fil-kwiet tridux, ghandkom ma tafux li tridu l-flus biex torganizzaw fiera, ghax nghiduha kif inhi kieku kelli norganizza fiera mhux ser norganizzaha b'zewg rulini, imma ngib banda, narma bank ta' l-ikel, diversi bankarelli ghall-bejh ta' qsari, kotba etc. U ghal dan trid il-flus."

 "Inti halli f'idejna u tara kif ma jiddispjacikx."

 Il-kappillan waqa' fil-hemda. Iz-zaghzagh hemzu wiehed lil iehor biex bhallikieku juru li jaghmlu xi ftit avvanz fit-talba taghhom.

 "X'ser tghidilna kappillan? Gewwa x-xilep?" staqsewh, ghax is-silenzju tieghu pingewh li l-kappillan kien ser icedi.

 "Gewwa x-xilep xejn? Niddiskutuha flimkien. Araw ghada ghandi nqaddes filghaxija; fis-6.30 pm niltaqghu fl-ufficji tieghi. Tajjeb hekk?"

 "Hafna tajjeb u nesponulek il-pjan taghna."

 "Bid-diskussjoni ma jfissirx li accettajt, ftehmna?"

 "Kollox sew ghal-ghada."

 Il-gurnata ghaddiet u kulhadd rega' lura d-dar kuntent u ferhan. 

Meta dahal il-kunvent il-kappillan haseb fit-tul fuq din l-idea. Ma kienitx hazina, ftit ta' dhul zejjed fil-finanzi huma providenza. Imma l-providenza mhux xi bajtra li taqa' f'halqek. Trid tahdem ghaliha. Ghen lilek innifsek u Alla jghinek. Il-flus ma kienux jaghmlu bil-kappillan  u ghalhekk kemm-il darba tajjar il-hsieb ta' fiera u haseb biex l-ghada liz-zaghzagh jghidilhom le. " Imma kif jghid il-malti qattusa ghaggielha frieh ghomja taghmel. Nista' nara biex hergin. Wara kollox jista' jkun li din l-idea taghhom hija wahda tajba u posittiva."  Tela' fuq, fic-cella tieghu wara li talab bil-brevjar, u malli miss rasu fuq l-imhadda raqad.

 Il-laqgha bdiet kif kien skedat.

 "Il-fiera, kappillan, hija mezz mhux biss biex id-dhul ghall- festa u l-knisja jizdied, imma aktar, ghax biss sahha tal-fiera tkun tista' tiltaqa' inti u shabek il-patrijiet mal-kommunita' b'mod aktar intimu. Konna ser nitolbuk qabel ma nesponulek il-pjan, li l-fiera issir fil-gnien tal-kunvent. Kbir bizzejjed."

 L-idea ma ghogbitu xejn, imma ma werhiex.

 "Bankarelli ta' diversi attivita', bhal tal-loghob, ta' l-ikel, tat-tombla.......jistghu iselfuhomlha ir-rahal ta' ma gembna. Kellimnihom diga' u laqghu t-talba taghna. Jiena ghandi hatni s-surmast tal-banda..."

 Il-kappillan fehem li z-zaghzagh kienu qed jaraw kbir u ndahal fin-nofs: "Bil-mod, bil-mod. Ma tafux kemm tistwa' banda. Saqsu lil prokuratur tal-festa Patri Fonz u taraw kemm."

 "Jiena ma hux ser nikri banda shiha, izda nghid lil hatni biex isib lil xi erba minn hawn ir-rahal u jaghtu servizz b'xejn. Issa xi tghid kappillan."

 Minn naha tieghu il-kappillan ma xtaqx li jidhol f'hafna tahbit u qaghad jahseb ftit, izda hsiebu kien fix-xbieha li kellu quddiemu, l-immagini ta' San Gwann Marija Vianney, protettur tal-kappillani. Talbu d-dehen biex jaghmel gudizzju sew.

 "Ara, qed nara diffikulta'. Biex taghmlu din il-fiera jehtieg li jkun hemm numru ta' adulti li jiehdu hsieb l-organizzazzjoni. Intom qeghdin biss 30 fin-numru. Kif ser taslu?"

 "Fuq daqshekk? L-inqas haga li ghandha tinkwetak. Ahna ilkoll kemm ahna, it-30 li ahna, tkellimna mal-genituri taghna u weghduna li lkoll ser jaghtuna daqqa t'id. Allura ma nkunx 30 izda 90. Mhux numru sabieh, sur kappillan, xi tghid?" Il-kappillan sab ruhu f'rokna kul darba li fetah halqu. Iz-zaghzagh ta' quddiem kien ghaqlin.

 "Kollox sew, niltaqghu pitghada l-Erbgha halli nkellem qabel li patrijiet huti."

 Meta telqu Patri Beneditt tefa' harstu fuq il-Kurcifiss kbir li kellu indendel mal-hajt u talbu d-den. Ma xtaqx igerrixhom lil dawk iz-zaghzagh gia la darba xtaqu jghinu fil-parrocca. U donnu ra li l-Kurcifiss nizzel rasu bhala approvazzjoni. Imbaghad dar lejn San Gwann Marija Vianney u semghu jghidlu: "Ma rajtux x'qallek Kristu. Iva."

 Patri Beneditt xengel tnejn rasu biex bhallikieku jigi f'tieghu ghaliex la Kristu u anqas San Gwann Marija Vianney ma kienu ser ikellmuh u kieku stess, anqas ma kienu ser ikellmuh  fuq haga bla sustanza bhal dik. 

 Meta kellem lil hutu l-patrijiet, kollha qablu maz-zaghzagh.

 "Irbahtuni," qal il-kappillan liz-zaghzagh meta marru ghar-risposta."Tistghu tibdew il-preparamenti."

 Ghal fiera hejjew daqs li kieku kienu l-akbar organizzaturi. Mhux biss ghamlu publicita' ghall-fiera fir-rahal, izda huma marru wkoll iqassmu karti pubblicitarji lid-djar fir-rahal vicin.

 Jum il-fiera wasal, u fl-erbgha ta' wara nofsinhar infethu l-bibien tal- gnien tal-kunvent u n-nies bdew dehlin. Il-pjazza ta' quddiem il-kunvent li soltu kienet tkun kwazi dejjem vojta, bdiet tintela' bil-karrozzi, sinjal li gew nies minn barra r-rahal. Ghal l-ewwel kien jistema' daqq tal-marci tal-festa permezz ta' recording izda aktar tard bdiet idoqq il-banda. 

 Patri Beneditt u shabu l-patrijiet hargu jduru man-nies u qaghdu jitkellmu maghhom. Saru jafuhom aktar mill-qrib, mhux ghax ma kienux jafuhom, izda hemmhekk fil-fiera n-nies kienu jitkellmu kif ihossu.

 In-nies sabu posthom fuq il-bankijiet tal-gnien jew siggijiet li nhargu mill-knisja. Uhud daru mal-imwejjed tal-loghob u bdew jilghabu. Ivan u zewg shabu ohra bdew ibieghu l-biljetti, " 30 cents il-biljett u tirbah fenek" kienu jghajtu. U meta jbieghu l-biljetti kollha Ivan idawwar ir-rota. "Disghin, in-numru disghin, Ninety," ghajjat Ivan. "Hemm hu meta induna li Terez gholliet il-biljett biex turi li rebhet hi."

Golju l-bidwi li kien gab trakk mieghu kollu fniek, hareg wiehed mill-gagga, poggieh go xkora tal-gwiez u ipprezentah lil Terez.Terez kienet qed tiehu pjacir u ma xtaqitx tmur tpoggieh id-dar, ghax zgur jerga' jibdielha u ma tigix lura. Ghalhekk marrett tilghab it-tombla, sabet postha fuq il-mejda wara li xtrat il-biljett. Poggiet l-ixkora hdejha ma l-art u malli bdew telghin in-numri, erhilha timmarka kull numru li kellha jaqbel fuq il-karta.

 "Fatta" ghajtet Terez u marret tigbor il-premju. Imma meta marret lura u refghet l-ixkora, hassitha hafifa, fethitha u sabet toqba fl-ixkora. Il-fenek kien kiel il-karti u sab il-liberta' tieghu.

 Tereza nkwetat ghaliex kienet diga ghamlet pjan kif ser isajru, u lil min kienet ser tistieden biex jiekluh maghha u ma' Toni zewgha. Marret tghid kollox lil Patri Tumas li mieghu kellha kunfidenza ghax kien il-konfessur taghha. Patri Tumas, biex ma jhallihiex tinkwieta, mar jghid lil Ivan biex johrog avviz.

 Dik li kien qed jistenna Ivan, ghax minn disgrazzja ta' persuna kien ser johloq cajta. "Araw hbieb," ghajjat Ivan qabel dawwar ir-rota," Atenzzjoni, Attenzjoni. Intilef tifel," imma xi hadd waqqfu u qallu li mhux tifel intilef izda harab fenek. "Skuzawni hbieb mhux tifel intilef, izda harab fenek, qed jghiduli,  l-fenek bin-nemex, ghax iswed ittimbrat bl-abjad. Mill-Amerka nahseb jien gie." In-nies bdew jitbissmu u fl-ahhar infexxew jidhqu." Jekk xi hadd jiltaqa' mieghu jgibulna ghax irridu naghmluh stuffat."U kompla "Arawh tiela n-numru ghall-fenek kanella car, nahseb jien gie mill-Karibew. Dawwar Stephen" u tela' in-numru 90. "max-xjuh imqabbdin," ghajjat Ivan u rega' beda' loghba ohra.

 Patri Tumas imbaghad qal lil Terez: " Oqghod bi kwietek. Jekk narawh naqbduh u ngibuhulek id-dar. Mhux ser jmur jimxi barra fit-triq. Fil-gnien irid ikun bilfors." Dak il-hin Patri Tumas lemhu taht xi haxix, gera' ghal warajh izda sfortunatament tfixkel fic-coqqa u waqa' ghal wiccu fl-art u ghal ftit ma weggax. Imma lahaq qabdu minn dembu. Izda l-ferha kienet bla temma ghaliex kien il-qattus li kien izomm Patri Nazju fil-gnien.

 Ftit wara araw daqsxejn ta' tfajjel gej bil-fenek fuq dirghajh biex jaghtih lil Patri Tumas. "Ara," qallu Patri Tumas," ta' dik is-sinjura, huwa l-fenek. Mur tiehulha."

 Terez irringrazzjat lit-tifel u tatu 2 euro biex imur jilghabhom fejn jixtieq. U  lill- Patri Tumas weghiditu li meta ssajru tistiednu jieklu maghha u ma' Toni. U hekk kien ghaliex il-Hadd ta' wara Patri Tumas kien jiekol il-fenek ma' Toni u Terez.

 Il-bankarelli kollha marru tajjeb, l-aktar ta' l-ikel ghax in-nies kellha ghazla kbira minn fejn tiekol, pastizzi, qassatat, bicciet tat-timpana, sandwiches u imqaret. Tax-xorb ma marrux minn taht anqas ghaliex bieghu kull ma kellhom, luminati, birra, te u kafe''  u fl-ahhar kienu vojta minn kollox.

 Tat-tombla ghalkemm bieghu biljetti kemm felhu, ghejjew it-tellghu n-numri u xtaqu fil-qiegh ta' qalbhom li jsiru d-disa biex jaghlqu l-bankarella.

 Iz-zaghzagh kienu kuntenti ghax kienu jafu li ghamlu kemxa sewwa ta' qligh ta' flus. Fi zmien gimgha ghamlu u ghalqu l-kontijiet. Lill-kappillan tawh somma ta' elf euro.


Make a free website with Yola