jesusandmary

IL-FJURETTI TA' SAN GUZEPP

Il-membri tal-fratellanza ta'  San Guzepp kienu kollha bilqieghda fis-sala parrokjali jistennew id-diskors ta' hatra gdida ghar-rettur tal-fratellanza. Dawk li hasbu tard ikkuntentaw li joqghodu bil-wieqfa. Ir-Rettur  prezenti hass li minhabba l-eta' tieghu ma setghax ikompli jaqdi dmirijietu lejn il-fratellanza u talab li jigi sostitwit.

Kien hemm zewg persuni li hargu ghall-hatra u meta ntemm d-diskors il-fratelli vvutaw. Ganni mlaqqam il-Bumbardier, ghax kien idoqq mal-banda tar-rahal, gie maghzul rettur gdid ghat-tlett snin li kienu gejjin. Il-fratelli kienu sodisfatti hafna bl-ghazla taghhom u dan wreh bic-car meta Ganni gab 98 fil-mIja tal-voti mixhuta. U Ganni aktar minnhom ghax dejjem xtaqt li jaghti l-akbar sehem tieghu ghall-fratellanza u t-tixrid tad-devozzjoni lejn dan il-qaddis.

Mill-ghada stess sar jaf minn ghand ir-rettur ta' qablu s-sitwazzjoni ta' dak il-hin, studjaha u ghamel programm f'mohhu ta' kif jista' jgib aktar 'l quddiem l-ghaqda Guzeppina.

"Issa dhalt ghal aktar xoghol, Ganni," qaltlu martu Anna hekk kif dahal id-dar u taha l-ahbar.

"Kollox bil-mod u naslu fejn ghandi f'mohhi," wegibha Ganni. "San Guzepp imexxina u jghinna."

"Bla dubju u veru jghinna," kompliet mieghu Anna. "Ara kif inti mfawwar bix-xoghol."

"Raguni bizzejjed biex inservu lil San Guzepp patrun tar-rahal taghna u tal-familja taghna." U lil San Guzepp tassew kien ihobbu u bil-fatti. Kull meta kien jghaddi minn quddiem il-knisja kien ilissen f’qalbu: San Guzepp ta’ qalbek safja itlob ghalina .

Ganni kellu hanut ta’ mastrudaxxa, kien bniedem tas-sengha, onest mal-klijenti u fuq kollox tal-kelma. Ma kienx xi bniedem sinjur, imma ma kien nieqes minn xejn; kull ma kienet tehtieg il-familja kien jipprovdih. Kellhom tifel wiehed jismu Guzeppinu; meta l-kappillan staqsieh x'isem ried jaghti lit-tarbija, wiegbu: "Il-genituri tieghi ma semmewnix Guzeppi, izda Ganni. Issa haqqu ibni jissemma ghal kbir qaddis San Guzepp. Intih l-isem ta' Guzeppinu."

"Sewwa, sewwa," qallu l-kappillan. "Qaddis kbir u setghani quddiem il-Mulej."

Issa Ganni kellu weghda ma' San Guzepp li kien ghadu ma temmiex. Guzeppinu marad sew u t-tabib kien avzahom li jekk sa filghodu d-deni ma jinzillux, kellhom jehduh l-isptar. Haga bhal din Ganni qatt ma ried jaghmilha jekk mhux kontra qalbu u ghall-gid tat-tifel. Ganni ghamel weghda li jekk id-deni jinzillu, jahdem erba vazuni ta' l-injam ghal fuq il-pedestal tal-qaddis. Kieku bdiehom, imma sfortunatament kien ghadu ma lesithomx. "Issa jehtieg li jitlestew minghajr aktar dewmien," haseb f'qalbu Ganni. U fil-mohbi ta' kulhadd wara li z-zewg haddiema li kellu mieghu kien jitilqu, arah jaghlaq il-bieb tal-hanut u jkompli dawk l-imberkin vazuni. Wara li lestihom hadhom ghand induratur gewwa l-Imdina biex jindurhom bid-deheb. Kien xoghol tassew mahdum bis-sengha, kollu skultura fina u delikata.

"Imma vazuni minghajr fjuretti ma jiswew xejn." Hekk haseb bejn u bejn ruhu. Gabar il-membri tal-fratellanza u wriehom bil-hsieb tieghu. Kulhadd qabel. "Izda il-finanzi minn fejn?" oggezzjonaw xi uhud. 

"Araw il-pjan tieghi. Il-vazuni diga lesti u qeghdin ghal induratura. Dik spiza li ser nohrogha jiena minn buti. Ghal spejjez ohra norganizzaw lotteriji, hargiet, hasil ta' vetturi, gabra ta' darba fix-xahar, tombla, coffee mornings etc ghandna nirnexxu. Taqtghux qalbkom, ftit rieda tajba u l-kumplament ghal San Guzepp."

Meta wasal ghal hlas tal-fjuretti tal-ganutell, mahduma mis-sorijiet tal-klawsura, l-fondi kienu hemm imma kien jonqos ftit. Ganni talab lil San Guzepp. Xi tlett ijiem wara gie ragel fuqu u tah somma flus b'risq il-progett. 

"Imma inti min inti?  Kif sirt taf bil-progett?"

"Jiena min jiena. Ghalik mhux xorta, l-importanti hu li jkollok biex thallas."

"U jekk huma flus mahsula," qallu nofs imbezza' Ganni, billi haseb li seta' jiehu ghalih, "skuzani li jiena xi ftit goff fi kliemi, imma jiena irrid naghti kont ta' ghemili lil shabi."

"Trid tkun taf bis-serjeta min jiena?

U dak il-hin il-bniedem misterjuz imbidel fix-xbieha ta' San Guzepp tar-rahal u gheb.

Il-qatgha li ha, hasditu u kellu jistrieh mal-hajt. Xi rgiel li kienu ghaddejjin staqsewh jekk riedx xi ghajnuna. Qalilhom "Le grazzi. Naqra ta' mejt hafif. Daqt jghaddili. Grazzi hafna"

Ganni flok mar id-dar baqa’ sejjer dritt il-knisja. Ried ikellem lill-kappillan. Mar fis-sagristija u ghafas il-buttuna tal-qampiena tlett darbiet. Sinjal li xi hadd ried ikellem lill- kappillan. Patri Mattew nizel bla dewmien u mad-daqqa t’ghajn induna li Ganni ma kienx Ganni tas-soltu. “Xi gralek Ganni?”

“Kappillan ghandi xi nghidlek, imma ahjar mhux fis-sagristija,..... fejn ma jismaghna hadd.”

Il-kappillan tellghu fuq fejn kellu l-ufficju privat tieghu. Ganni rrakontalu kollox. Il-kappillan kien jaf x’ragel kien Ganni u ma iddubitahx. “Ara Ganni mhux qed nghidlek li dak li ghaddejt minnu hija xi holma, izda ahjar ma nagghlux. Qabel ma rajtu u kkonkludejt li kien San Guzepp staqsejtu fejn kien joqghod?”

“Iva u qalli li joqghod f’tarf ir-rahal, u billi qatt ma kont rajtu staqsejtu ta’ min jghidulu, u wegibni tas-Smewwiet.”

Patri Mattew wara li xtarr kliem Ganni sewwa wiegbu, “Jidher li ma gidibx. Ghax jekk huwa San Guzepp wiegbek sew ghax f’tarf ir-rahal hemm nicca tieghu. U meta qallek li jghidulu tas-Smewwiet rega’ ghat-tieni darba qallek il-verita’ ghax huwa qieghed fis-Smewwiet igawdi l-glorja ta’ Alla.” Il-kappillan qaghad jahseb ftit u Ganni mill-gdid qallu, “Allura vera li qalli li huwa San Guzepp”.

 Patri Mattew qallu, “Hekk jidher milli rrakontajtli. Id-Dehra hi genwina. Intant l-flus rajthom?”

“Le. Imma hawn qeghdin fil-basket. Hudhom u ghoddhom inti.” Imma malli tah l-envelope l-kappillan innota li kien issigillat bit-timbru tal-parrocca.  “Ara Ganni, il-bicca tidher li sserjat. Halli nghajjat lil huti l-patrijiet l-ohra biex ikunu xhud ta’ dak li qed jigri u anke niddokumentaw kollox permezz ta’ ritratti. Ippermettili.”

Il-patrijiet, sitta kollox nizlu, wiehed minnhom bil-mobile biex jigbed ir-ritratti. Il-kappillan kisser l-incira u hareg envelope iehor u lkoll skantaw li dan kellu stampa tax-xbieha Guzeppina tal-knisja. “Dan zgur mhux xoghol Ganni,” haseb il-kappillan. U kompla kkonferma meta dawwar l-envelope u rah issigillat bl-arma tal-fratellanza ta’ San Guzepp. Kisser mill-gdid l-incira u hareg l-flus. “Qabel nghodduhom, Ganni kemm kien jonqsok biex tigbor is-somma kollha?” staqsa l-kappillan.

“Erba’ mitt ewro u seba’ u hamsin centezmu.”

Il-kappillan ghaddhom darba dartejn quddiem kulhadd u sab li l-offerta kienet l-istess somma li kellu nieqsa Ganni. Kulhadd baqa' skantat u aktar minnhom Ganni.

“Jiena ma ghandix spjegazzjoni ghal dan kollu hlief li nistqarr li hija grajja straordinarja li gratlek Gann. Ma rridx nghid miraklu, izda grajja mhux tas-soltu.” Patri Mattew talbu biex izomm fommu sieket halli ma jitqanqalx ghagha fir-rahal ghalissa. Irrid li dak li sehh hawn gew nirrakontah meta nigu biex inbierku l-vazuni bil-fjuri tal-ganutell. U nippruvaw dan kollu bid-dokumentazzjoni u ritratti lill-poplu tar-rahal.”

“Qabel titlaq Ganni fil-kotba tal-fratellanza ikteb biss li benefattur li xtaqt jibqa' mhux maghruf ghaddha dik is-somma biex jithallsu l-fjuretti ta' San Guzepp,” tah parir Patri Mattew.

Meta l-vazuni u l-fjuretti ntramaw ghall-festa ta' San Guzepp ma kienx hemm persuna li ma fahhritx u ammirat ix-xoghol tal-vazuni bil-fjuretti. Izda meta semghu l-kappillan jirrakonta l-grajja tal-vazuni u l-fjuri tal-ganutell dokumentata, il-kurzita’ tan-nies mhux biss ghelbithom, izda xandruha ma’ l-erbat irjihat ta’ Malta. Quddiemhom go kaxxa tal-hgieg setghu jaraw l-envelope u l-flus li nstabu fihom flimkien ma’ bosta’ ritratti bhala xhieda ta’ dak li sehh.

Dik is-sena l-follol kienu kbar ghall-festa ta’ San Guzepp.


Make a free website with Yola