jesusandmary

IS-SEKSIEKA


Wistin kellu daqsxejn ta' hanut tal-merca fir-rahal. Inzerta li fil-jum tal-grajja taghna kellu ftit aktar klienti mis-soltu. U billi l-hanut kien jinfed mad-dar, fetah il-bieb ta' warajh dahhal rasu u ghajjat lil martu. "Marija tista' tinzel ftit biex naqdu lin-nies ghax ingabru xi ftit klijenti." Marija nehhiet dak li kienet qed taghmel minn idejha u nizlet isfel.

 

"Min imissu?" qalet Marija lil zewgha. " Xi hadd minn dawk l-erbgha li hemm fir-rokna  li qed jitkellmu ras imb ras." Marija ghajtilhom izda tant kienu mitlufin jitkellmu bejnithom b'lehen baxx li anqas biss taw kazha.  "Ejja int Esmeralda," stiednet Marija biex taqdiha. " Jidher li ma ghandhomx ghaggla dawk."

 

Ftit wara li harget Esmeralda dahlet Guzeppina, mara twila u mgissma. Kulhadd kien jaf li hija mara tal-punt u ma tridx wisq biex terfa' idejha u turik il-qamar fil-bir. Hekk kif rawha dawk l-erbgha nisa waqqfu u dawru d-diskors.  Wistin dejjem qdieha fil-pront ghaliex ma kienx jixtieq dik il-kwalita' ta' nies fil-hanut. L-inkwiet kien ibieghdu. Marija sejhitilha, imma Guzeppina wegbitha bil-kalma kollha li ma gietx biex tixtri, izda biex tghid lil dawk prezenti fil-hanut li ma ghandhomx iseksku fuq in-nies, b'riferenza ghal dawk l-erbgha li kienu fir-rokna. 

 

"Ara halli nghid lil kull min hawn fil-hanut li dan is-seksik aqtghuh ghax b'raskom idur. Jekk jergghu jghiduli dak li qaluli, ibqghu zgur li dak li seksek fuqi nurih il-qamar fil-bir. Ftehmna?"

 

"Ma ghandhix ghalfejn nghidilkom ghax mhux affari taghkom. Imma ser nghidilkom xorta wahda biex tkunu tafu ghaliex rawni diehla f'nofs ta' lejl. Ommi marida u mort naghtiha daqqa t'id.  U min qal li rani hiereg mill-karozza dawk il-hinijiet, kunu afu li dak kien hija li wassalni wara li spicca mix-xift minn fuq tal-linja."

 

Imbaghad Guzeppina harget u telqet ghar-rihha. Hadd ma tniffes minn nies li kien hemm fil-hanut u Wistin ha r-ruh ghax beza’ li ser jinqala' xi glied fil-hanut tieghu. Dak il-grupp ta' erba nisa nqdew u hargu flimkien biex ikomplu jghidu kontra dik u kontra l-iehor ghax la l-vizzju rikibhom usar l-ghaxqa taghhom.

 

Rozamari' kienet il-precimez ta' dak il-grupp. Kienet titkixxef u tistaqsi biex imbaghad tnaqqas u tkabbar l-ahbar ma' shabha u hekk ikollohom fuq hiex jehdew. Kienet hi li xerdet dak il-kliem zejjed fuq Esmeralda.

 

L-ghada, wara l-quddiesa ta' filghodu, Rozamari' dahlet ma' l-akkolti taghha ghand Wistin tal-merca biex jaghmlu x-xirja tas-soltu. Ma’ wiccha Rozamari' sabet imkahhal  avviv li Wistin kien wahhal: Kull seksik huwa projbit f'dan il-hanut.

 

Rozamari' li ma kellhiex hajta f'ilsienha qaltlu: " Maljar kont pront wahhaltu l-avviz, Wistin."

 

" Qatt ma smajtu l-proverbju malti li ghidt kelma swietli mija u li kieku ma ghidt xejn kien ikun wisq ahjar ghalija."

 

"Dnub li ma tidholx taghmel parti mill-grupp ta' l-ghannejja tar-rahal," qaltlu biex bhal speci zziku.

 

"Mhux ahjar hekk, kelma nieqsa milli kelma zejda. Taghmel il-gid u tkecci d-deni." qalilha Wistin bil-pacenzja kollha.

 

Rozamari' kompliet thawwar kliemha u qaltlu: " Ma tahsibx li ilhaqt flok il-kappillan, hux."

 

Issa Wistin qabilzlu c-cinturin u qalilha kollu rabja: " Ara Rozamari' naqghtuha fil-qasir. Ghidli x'ghandek bzonn u nehilsuha. Nerga' intennilek kelma zejda tista' iggibek fl-inkwiet."

 

"Mela qomt bihom, illum Wistin."

 

"Ara Rozamari', kun af li min jghid wisq ftit fih risq. Ghalhekk jekk kliemi ma jghogbokx, itlaq. Ma ghandniex bzonn ta' nisa bhalek, " wegibha Wistin.

 

Hawn Rozamari' hadet ghaliha. " Hekk ser naghmel u qatt ma nidhol aktar ghandek." U harget. L-akkolti baqghu hemm, u fis-skiet xtraw il-mehtieg u telqu dembhom bejn saqajhom.

 

Ghaddiet gimgha minn dan l-incident u Marija qalet lil zewgha Wistin jekk Roza Mari' resqietx fil-hanut. " Ma tarax. Xejn xejn tkun trid tidher li hija mara ta’ kelmitha. Pero’ sirt naf li shabha jigu jixtru huma ghaliha. Sa certu punt ajhar ma tersaqlix hawn.”


Il-coffee mornings li kien jorganizza l-kappillan kienu wisq ghal qalb Rozamari'. Ma kienitx tfalli wiehed ghax kienu okazzjoni biex titkixxef fuq in-nies u zzomm kollox god-dizzjunarju ta' mohha ghal meta tigi bzonn. Min daqshekk dejjem kienet aggornata fuq il-proxxmu taghha. U dan minkejja li kienet tgerger kontra l-kappillan li dejjem johodhom fl-istess post u li l-ikel  mhux dejjem frisk.

 

Kien f'wahda minn dawn il-laqghat li saret taf lil Mrs Belinda Cortis. "Rita," qalet Rozamari' filwaqt li kienu qed jaghmlu waqfa mill-loghob tat-tombla biex jikelu xi zewg pastizzi ma’ kikkra te jew kafe, " Dik il-mara twila, b'xagharha qisha xi artista, min hi?"

 

"Kif? Ma tafx min hi? Trid ticcajta?"

 

"Af li ma nafx min hi. Biss biex nghidlek il-pura verita' wiccha mhux gdida ghalija, ghax donni nafha x'imkien."

 

"Dik Mrs. Belinda Cortis u toqghod fid-dar il-kbira fuq l-irdum fit-tarf tar-rahal."

 

"Iva, issa qed niftakar," wegbitha Rozamari' filwaqt li tat daqqa zghira fuq mohha. “Zmien ilu kont ersaqt 'l hemm u rajtha tnaddaf id-dar. Kemm imbidlet!"

 

"Iz-zmien isajru l-bajtar, Rozamari'.  Dik kollha zebgha u jghidu li xagharha huwa parrokka,"  infurmatha Rita. "U tridha ta' Mrs Cortis tafx. Alla hares ma tindirizzahiex hekk ghax ittik harsa kerha u bic-ciera. Anke l-kappillan hekk isjehilha."

 

"Iva, hekk tridha ja bicca ta' mara kerha," qalitlha Rozamari.

 

"Bizzejjed u baxxi lehnek ghax jisimghuk."

 

Il-coffee morning wasal fi tmiemu u l-kappillan avzahom li dik kienet ser tkun l-ahhar loghba. Intrebhet minn Mrs. Cortis.

 

" Ix-xjaten kemm hi fortunata. It-tieni darba u tirbah il-house," qalet Rozamari' lil Rita.

 

Imma lanqas lahqet spiccat il-kliem li Mrs Cortis ma qalitx lill-kappillan li billi diga rebhet house talbitu biex jerga' jtellgha tombla ohra jew johodha hu ghall-foqra jew bzonnijiet tal-knisja.

 

Il-kappillan kien wiehed ghaqli u biex jevita hafna ilsna hziena fosthom ta' Rozamari' regga tella' ohra ta' malajr minghajr rebh ta' vers izda house biss. Kulhadd qabel. U hekk jispicca malajr ghax tal-private kien qed jistenniehom.

 

U ghageb ta' l-ghegubijiet ma tirbahx Rozamari' !!!!!!!!!! "Tista' tgerger," qalulha ta' hdejha. U minn taht ghamlithom il-qrun.

 

Xi tlett ijiem wara din il-harga mal-kappillan, Rozamari' kienet ghaddejja mill-pjazza tar-rahal, waqfitha mara u kollha rabja qaltilha: " Lil ragel t'ohti hallieh fil-kwiet u taqlax qlajjiet fuqu. Lilek ma ghamillek xejn. U b'rasek idur jekk nisma' xi qlajja ohra."

 

Rozamari' wegbitha: " Mela r-ragel t'ohtok sar tieghek issa. Tridx titlaq 'l hemm u thallina fil-kwiet. Jekk irid dan ir-ragel ta' ohtok ifittixni hu u mhux inti."

 

Ma' dan il-kliem il-mara resqet lejha u kienet ser tigbdilha xagharha li kieku Rozamari ma kienitx hafifa u mbuttata b'kemm kellha sahha.  Il-mara l-ohra mahsuda u mbuttata ghal gharrieda, sbilancjat ruhha u waqghet ma' l-art, imma ma qamitx. Dehret li kienet stordiet. Rozamari' ma kienitx taf x'taqbad taghmel u bdiet tghajjat. Xi irgiel u nisa resqu biex jaghtu l-ghajnuna u hekk ghamel pulizija li kien fil-ghassa.

 

Dan cempel ghal ambulanza li haditha l-isptar. Meta l-pulizija staqsa x'kien gara, Rozamari qaltlu li dik il-mara taha xi sturdament. Imma mara li kienet rat kollox qabzet fil-pront u qaltilha li kienet Rozamari' li mbuttata.

 

Hawn il-pulizija ha nota ta' kollox. B'fortuna dik il-mara damet jum l-isptar ghal osservazzjoni u baghtuha d-dar. 

 

Ftit granet wara Rozamari' giet imtella' il-qorti u biex ma ittawwalx il-kawza stqarret il-htija taghha. Il-magistrat fis-sentenza tieghu taha sitt xhur habs sospizi ghal sena flimkien ma’ xi spejjes li saru biex dik il-mara tikkura ruhha. Meta Rozamari' irriturnata lura  fir-rahal ma setghetx toqghod bil-hars ikrah li kienu jtuha n-nies. Anke shabha abbandunawha u biex tevita l-hars ikrah u l-kliem minn tah gabret sorra hwejjeg u marret toqghod ghand ohtha f'rahal iehor. U hekk baqghet sal-lum.

 

Minn dik inhar 'l hawn qatghet bicca sew minn ilsienha.

 

Make a free website with Yola