jesusandmary

IT-TUFFIEHA TAL-MILIED

Zmien ilu hafna fil-Germanja kien jghix allogar jismu Leopold. Kien jghix wahdu go kamra ckejkna fejn f'rokna kellu bank zghir tax-xoghol u l-ghodda tieghu, armarju ghall-platti u tazzi u rokna ghal spiritiera biex isajjar xi haga, mohbija mill-istess armarju. Taht il-bank kien izomm sodda tinfetah biex fuqha jorqod matul il-lejl. U gewwa net kellu kamra zghira hafna li kienet isservih ghal l-igene personali tieghu. Mal-hitan tal-hanut  kellu imwahhla xkaffef mimlija arloggi ta' kull gens u kwalita: arloggi kbar u anke zghar, arloggi b'wicc ta' l-injam u ohrajn tal-procellana, arloggi cuckoo u tac-cmiem...kull fejn thares arloggi u arloggi.

Fil-faccata tal-hanut ta' Leopold kien hemm tieqa u hemm huwa pogga l-ahjar arloggi biex kull min jghaddi jhares lejhom u jammirhom u, min jaf, forsi jithajjar jixtri xi wiehed biex jaghtih rigal jew ghalih innifsu biex izejjen bih xi rokna fid-dar tieghu. Kull min fil-belt kellu htiega ta' arlogg kien jigi ghand Leopold. Kien l-ahjar allogar li jaghmel l-arloggi u jsewwihom f'kaz li tinqala xi hsara.

Ghalkemm jekk kont thares lejn Leopold kont thoss li ghandek titbissem ghax kien mghawweg ganc minhabba li l-jum kollu kien mitfugh fuq l-arloggi, ma kien hemm ebda wicc gentili fil-belt bhal tieghu. It-tfal kienu jhobbuh hafna. Kull meta kien jinkisrilhom xi gugarell jew pupa tinqalalha driegh, rigel jew ghajn, arahom jidhlu fil-hanut ta' Leopold u Leopold kien jieqaf mix-xoghol tieghu u jferrahom mill-gdid ghax wara ftit kien jaghtihomlhom  fi stat tajjeb biex jilghabu bihom. U dan kollu kien jaghmlu b'xejn.

F'dawk iz-zminijiet kien hemm drawwa li f'lejlet il-Milied, l-abitanti tal-belt kienu jgibu d-donazzjonijiet taghhom fil-Katidral u jpogguhom quddiem l-istatwa ta' Marija u Gesu' Bambin. Il-bicca l-kbira tal-belt  ma kienitx  tonqos li thares din it-tradizzjoni. Anke dawk li ma tantx kien jistghu finanzjarjament, kienu jgemmghu is-sena kollha biex ikunu bhal haddiehor. Kien hemm leggenda li kienet tqawwi qalb in-nies biex dawn ma jfallux mid-donazzjoni taghhom.  Din kienet  tghid li meta Gesu' Bambin jara rigal li joghgbu aktar mill-ohrajn, jinzel minn id ommu u jiehdu.

Naturalment dik kienet biss leggenda. Ix-xwejjah Fritz, l-aktar persuna mghobbija bis-snin fil-belt ma seta' jiftakar qatt li sar dan il-miraklu. Kien hemm ohrajn li kienu jiddiehqu b'din l-idea, imma t-tfal kienet tghogobhom din l-ahbar. Jitkellmu dwarha u kitbu fuqha kien hemm l-poeti, li b'hafna vrus sbieh  u immaginattivi  f'poeziji baqghu jissemmew fil-letteratura germaniza.

Biss l-uniku wiehed li fil-belt kollha ma kienx igib ir-rigal tieghu kien Leopold. Xi whud kienu jinnotaw l-agir tieghu u jistaqsuh. Darba anke l-isqof ghamillu l-istess mistoqsija u Leopold kien iwiegbu: "Jistenna jrid, imma jum wiehed ingiblu rigal li qatt ma jidhol f'mohh xi hadd x'jista' jkun".

Il-verita' kienet li matul is-sena tant kien jaghmel karita' ma' min kien fil-bzonn li kollox ikun nefaq meta jasal il-Milied. Imma kellu idea mill-aqwa li fuqha kien ilu snin jahseb u jahdem fuqha; issa wasal iz-zmien li jtemmha. Hadd ma kien jaf biha hlief Trude, bint il-gar. Huwa beda jahdem dan ir-rigal meta Trude kienet ghadha tarbija u issa kienet kibret....imma r-rigal kien ghadu ma spiccahx.

Ir-rigal ta' Leopold ghall-Bambin Gesu' ghal dik is-sena kellu jkun arlogg. U naturalment kellu jkun l-aktar arlogg sabih fid-dinja. Kull bicca minnu kellha l-imhabba u l-attenzjoni kollha tieghu. U ghalhekk kull bicca tieghu kienet biss perfetta.

Biex ir-rigal tieghu ikun lest sa lejlet il-Milied kien jehtieglu li jieqaf mix-xoghol tieghu ta' kuljum u jkompli jahdem fuqu. B'rizultat ta' hekk kellu hafna inqas arloggi x'jbiegh u allura inqas dhul. Hafna mill-iljieli kien ikollu jorqod fi ftit ikel u fuq stonku vojt. Madanakollu kien ferhan ghax kull jum li jghaddi r-rigal tieghu kien jisbieh.

Il-faccata ta' l-arlogg hadmu qisu presepju. Gesu' Bambin kien qieghed fil-maxtura, b'ommu Marija u San Guzepp gharkobbtejhom hdejh. U kull meta tasal biex idoqq is-siegha kienu jinfethu zewg bibien, wiehed kull naha u johorgu minn wiehed il-vizitaturi u jidhlu lura mill-iehor. Il-vizitaturi kienu tlett rghajja, it-tlett reijiet u tlett suldati. U waqt li dawn jigu quddiem il-Bambin jinzlu jadurawh waqt id-daqq tal-magnifikat.

“Tara,” qal l-arloggar lil Trude, "mhux biss nhar ta’ Hadd u fil-festi li ghandna niftakru  nqimu lil Gesù, u ngibulu rigali, imma kull siegha ta’ kull gurnata! "

Fl-ahhar Leopold temm ix-xoghol tieghu fuq l-arlogg u tant kien kburi bih li poggieh fit-tieqa.  U l-gurnata kollha l-folol ingabru barra biex jammiraw l-kapolavur  tieghu. U bdew jghidu wiehed lli iehor jekk dan kienx l-offerta tieghu lil Bambin ghall-Milied.

Irranga l-hanut u lesta kollox biex jiehu l-arlogg bhala rigal lill- Bambin fil-Katidral. Dak il-hin habbat il-bieb. Kien wiehed ghama li talab il-karita'. Leopold tah il-Milied it-tajjeb u ma' l-awguri tah wkoll kull bicca flus li kellu hlief ghal xi haga zghira li biha ried jixtri xi haga ta' l-ikel ghall-Milied.

B'arlogg ippakjata go kaxxa, Leopold lesta biex imur il-Katidral meta jilmah lil Trude gejja tikbi ghandu."Missieri wegga' u l-flus kollha li gemmajna ghar-rigal tal-Bambin marru ghand it-tabib. U t-tfal kollha huma herqana ghar-rigali tal-Milied? Ghidli ftit x'ser naghmel?"

"Tinkwetax," qalilha," inbiegh arlogg u d-dhul hudu kollu inti." qalilha Leopold. "Mur id-dar u hu pjacir mat-tfal. Daqt inkun mieghek."

Leopold qabad l-ahjar arlogg li kellu  u mar ghand Fritz bit-tama li dan jixtrih. Kien jaf li Fritz ihobbhom l-arloggi u b'wiehed zejjed fid-dar, malajr kien isib fejn iqieghdu biex izejjen bih. Forsi anke tinqala xi okazzjoni u jtih rigal. Fritz qallu li xtaq jixtri arlogg imma mhux dak. Ried jixtri l-arlogg tal-Milied, li kellu fit-tieqa. Kien lest li jhallas ghalih 1000 dollaru.

Leopold ghajjat: " Imma dak l-arlogg mhux ghall-bejgh. Impossibbli."

"Xejn ma huwa impossibbli. Trid taghmel dawk it-tfal kuntenti jew le? Ara siegha ohra nibghat il-qaddej tieghi ghalih. Lestih."

Fi triqtu lura lejn id-dar Leopold ghadda minn quddiem id-dar u Trude u sema' lit-tfal ikantaw.  Resaq lejn il-persjana tad-dar taghha, ghola fuq ponot subghajh ta' saqajh u lemah lit-tfal iduru ferhana madwar is-sigra tal-Milied. Dahal id-dar u kontra qalbu ippakkja l-arlogg u stenna l-qaddejj. Il-qaddejj wasal fil-hin u filwaqt li tah 1000 dollaru, huwa refghu b'kura kbira biex ma jaghmillu ebda hsara. Leopold mar ghand Trude, taha 900 dollaru u zamm ghalih biss 100.

Sar il-hin u n-nies bdew imorru fil-katidral biex ipoggu r-rigali taghhom quddiem il-Bambin. Il-qniepen bdew idoqqu mota ta' ferh imma f'qalb Leopold kien hemm niket kbir. X'ser joffri issa lill-Bambin Gesu'? Jerga' ghal sena ohra imur b'idu vojta? Tefa' fuqu il-kowt u hejja ruhu biex johrog meta f'daqqa wahda jilmah tuffieha li kien lesta ghal l-ghada biex jiekolha ma' bicca hobz. "Dak kollu li ghandi Gesu' Bambin u jiena ser noffrihulek," qal b'lehen ftit gholi Leopold qisu xi hadd kien qed jisimghu fil-hanut. Huwa ahjar milli tmur b'idejk vojta, haseb bejnu u bejn ruhu.

Iz-zona fejn kien hemm Gesu' kienet diga' mimlija bir-rigali. Kien hemm rigali tad-deheb, harir, fidda u pitturi. Leopold kien miexi mal-folla, izomm sewwa t-tuffieha. Dawk li rawh kollha tkazaw bih."Ghandu tant arloggi sbieh fil-hanut u ma jgibx wiehed lill-Bambin Gesu'. Kif ma jisthix?" ragel qal lil martu.

Leopold rasu baxxa u misthija tela' it-tarag ta' l-artal, nizel gharkubtejh u offra lill-Bambin it-tuffieha. F'daqqa wahda l-gemgha qamet bilwieqfa u bdiet tghajjat:   Miraklu, Miraklu. Leopold b'ghajnejh mimlijin dmugh ra lill-Bambin Gesu'  jnewwilhu idejh biex jigbor ir-rigal tat-tuffieha.


Make a free website with Yola