KIENET MITLUFA U NSTABET
Amelia romlot meta kellha 60 sena. Issa li ghalqet is-70 sena, xaghra kien ghoddu abjad silg u idejha bdew jirtghodu ftit aktar milli kienu jaghmlu. Uliedha, iz-zewg subien kienu jhobbuha hafna u wara l-mewt ta' missierhom, il-kbir riedha tigi toqghod fid-dar tieghu fil-kampanja biex ma tkunx wahedha u taqa' fis-solitudni.
Ghalkemm ghal l-ewwel ma rieditx billi bezghet li tkun ta' piz ghall-familja tieghu. "Ibni," qaltlu, " Inti diga' ghandek it-tahbit tieghek, u bija fid-dar tieghek inkunlek ta' ingombru. Ahjar li nibqa' hawn." Izda binha Roger baqa' jinsisti sa ma accettat.
"Ma, mad-dar ghandi zewgt ikmamar, naddotahomlok ghalik biex tghix fil-privatezza tieghek, imma ghalinqas tkun taht ghajnejna u f'kaz ta' bzonn issibna fil-pront mieghek." Fid-dar il-gdida ckejkna taghha kienet kuntenta taghmel dawk l-istess hwejjeg li kienet taghmel fid-dar taghha tal-belt. Dejjem kienet izzomm quddiem ghajnejha li tinsab grata li ghandha saqaf fuq rasha u qrib kull ghajnuna jekk ikollha bzonn.
Binha iz-zghir Thomas kien jahdem barra l-pajjiz u ma setghax jaqsam il-kura ta' ommu ma' huh. Kien emigra biex isib hajja ahjar snin hafna qabel, imma lil ommu qatt ma insieha. Kull gimha kien icemplilha biex jara kif inhi u kull xahar kien jibghatilha xi flus ghall-htigijiet ta' kuljum. Din l-imgieba ta' binha z-zghir kienet ta' konfort kbir ghaliha, ghax il-hsieb li kien jiftakar fiha, ghenha biex tghix minghajr ma tithasseb u tinkwieta.
Imma minn sena 'l hawn bdiet thoss li mhux kollox kien sew. Xahar wara l-iehor u qatt ma rat dollaru iehor minghand binha Thomas.
Fil-bidu hasbet li l-bank kien jahdem bil-mod biex iwasslilha l-flus ta' binha. Bla ma titkellem kienet tghix bil-pensjoni zghir tar-romol, iggebbed kif tista' biex tghix; kien hemm mumenti li fihom twarrab certi kapprici li kienet taghmel u anke thalli barra l-medicina.
Meta kienet tkun ghand Anna, il-mara ta' zewgha ghal l-ikla tal-Hadd, Amelia kienet iggib id-diskors fuq il-flus. Anna kienet dlonk twegiba bil-hlewwa, " Ma, issa inti anzjana, Bilkemm tonfoq xi haga. Mhux ahna niehdu hsiebek. Tinkwieta' xejn."
Imma f'qalbha Amelia ma rieditx taccetta l-argument ta' Anna.
Lejla wahda wara hafna iljieli bla rqad, rabbiet il-kuragg u cemplet lil binha Thomas.
"Ibni gara xi haga?" staqsietu b'vuci baxxa, "Ghax biex nghidlek il-verita' ili xhur ma nircievi l-flus."
Fuq in-naha l-ohra tal-linja kien hemm silenzju.
"X'jigifieri, ma," qalilha Thomas, "jiena kull xahar nibghatlek il-flus. U l-bank dejjem jikkonferma mieghi li rceviehom. Mur u ara x'qed jigri."
Qalbha ghamlet tikk. Jekk il-flus kienu qed jintbaghtu fejn kienu qed imorru?
L-ghada filghodu Amelia tefghet fuqha il-kowt qadim taghha u hadet il-karrozza tal-linja lejn il-bank. Marret wahedha. Ma qalet lil hadd fejn kienet sejra.
Meta dahlet il-bank resqet fuq l-iskrivan tal-Customer Care u talbitu ghar-rendikont ipprintjat wara li qaltlu l-problema taghha. L-iskrivan zaghzugh nizzel xi informazzjoni fuq il-kompjuter u hekk hu fl-iscreen tieghu tela' ir-rendikont kollu. "Sinjura," qalilha, "il-flus huma depozitati kull xahar, imma jkunu migbuda ftit wara."
"Imma kif jista' jkun, qatt ma ersaqt lejn il-bank u f'hajti qatt ma uzajt il-magna li biha tigbed il-flus."
"Imma dak li ghandi quddiemi ma jigdibx. Hu l-verita' u xejn inqas mill-verita' Trid tara l-filmati tas-sigurta'?"
U minn dak li rat Amelia, gabet ghajnejha wara widnejha. Minn kien qed jigbed il-flus kienet Anna, mart binha Roger. Bil-kalma kollha Anna kienet bilwieqfa tigbed il-flus, xahar wara xahar, qishom kienu taghha. Il-Bank taha kopja ta' kollox, rapporti, ritratti minn filmati etc. B'kollox migbur go envelope Amelia erhitilha lejn id-dar.
Dak in-nhar filghaxija Amelia talbet lil binha u lil martu biex jingabru ilkoll madwar mejda. Roger u Anna qaghdu faccata ta' Amelia. L-anzjana poggiet l-envelope tad-dokumenti fin-nofs tal-mejda, bejnithom.
"Dawn huma l-flus kollha li ibni Thomas baghatli ghal sena shiha," qalet bil-kalma kollha. "U minn dawn ma ircevejt l-ebda dollaru, anqas wiehed li hu wiehed,"
L-iben fetah l-envelope u meta ra lil martu Anna tigbed il-flus mill-ATM iccassa u ma kellux kliem biex jiddefendi lil Anna. Imbaghad dar lejn martu u qalilha," Dan veru? Dik tar-ritratt hija inti?"
Anna keshet. Ma setghet tlissent ebda kelma biex tiddefendi lilha nnifsha u kull ma setghet taghmel dak il-hin, kien li tikbi. "Hsibt li ma kien jimporta xejn li naghmel hekk. Kellna bzonn tal-flus. Kollox gholi infern. Ommok anqas biss tuzhom il-flus."
Roger sahan wahda sew u sabbat idu fuq il-mejda. "Dawk kienu flus omm, mibghuta minn hija. Kif kellek il-hila tisraqhomlha."
Quddiem din is-sitwazzjoni Amelia baqghet siekta u ma qalet ebda kelma, pero kellha qalbha maqsuma mhux minhabba l-flus, izda minhabba t-tradiment. Imbaghad qalet lil Anna, "Fdajtek u ttradejtni. Emmint t-tjubija tieghek."
Anna rat li ghamlet hazin hafna u nizlet gharkubtejha biex titlob mahfra ta li ghamlet u weghidtha li trodd kollox lura. Amelia ma lissnet ebda kelma. Anna, ghalhekk qalet, "Nifhem li ghamilt hazin hafna. U la darba ma hemmx mahfra ghalija, ghada nippakkja u nitlaq."
Kien hawn li Amelia tkellmet. "Ma tarax li mhux ser inhallik tasal ghal dan il-pass. Tahseb inti li ghalkemm hadtli flusi, ser inhallik tkisser il-familja li bnejt ma' ibni. Le, le. Jiena nahfirlek u l-flus ma rridhomx lura. Zommuhom ta' kemm hadtu pacenzja bija u forsi ghad trid tiehdu. " Amelia qamet minn postha, resqet lejn Anna u haddnitha maghha biex turiha li hafritilha. "Isa, isa, ieqaf mill-biki u qisu ma gara xejn. Irrid li dan l-episodju ma jissemma qatt aktar."
Meta zewgha Roger hareg ghax-xoghol, Anna fasslet pjan biex titlaq mid-dar. Dahhlitha f'rasha li ma kienitx aktar milqugha fid-dar. Roger kienu ghadu ma biridx mill-fastidju u ma qalilhiex kelma wahda, it-tghannieqa li tatha Amelia filghaxija hassitha falza. Meta sabet ruhha wahedha telghet fil-kamra taghhom, sarret xi hwejjeg f'bagalja u telqet 'l barra mid-dar. Qabel harget, tat l-ahhar harsa madwarha u ghalqet il-bieb ta' barra bil-mod. Izda ma ndunatx li Anna kienet qed tara kollox minn wara purtiera fejn kienet bilqieghda tara n-nies ghaddejja mghaggla fit-triq. X'hin ratha bil-bagalja, qalbha hebritha li Amelia kienet harbet mid-dar. Cemplet malajr lil binha u qaltlu b'kollox.
Roger halla mill-ewwel x-xoghol. Basar li martu ser taqbad it-trejn u titlaq min jaf fejn, forsi ghand xi hadd tal-familja. Sejjah taxi li kienet ghaddejja mit-triq u talab lis-sewwieq jiehdu l-istazzjon. Serrep qalb il-folla tal-vjaggaturi, sa tela' fir-restaurant ta' fuq billi t-tluq ta' l-ewwel trejn kellu jkun fi zmien siegha, hin bizzejjed biex idur l-istazzjon. Ra mara b'xaghra isfar, jibqa' niezel sa fuq spallejha "Dik hi," qal bejnu u bejn ruhu," jew ghal l-anqas hekk haseb li kienet Amelia, izda mar zmerg. "Skuzani, sinjura, hsibtek marti, tlifna lil xulxin u qed infittixha," skuza ruhu Roger ma' din il-mara.
Hejja ruhu biex jinzel isfel bit-tarag flok bl-escalator, u hemm tiela' bl-escalator quddiemu kien hemm Emilja li ma ratux ghax kienet mitlufa u ma kienitx taf x'inhi taghmel. Ghajtilha, izda anqas semghitu. Dawwar dembu u tela' jigri t-tarag tnejn tnejn. Laqat lil wiehed ragel anzjan u kien ghoddu waqqghu u minghajr ma skuza ruhu baqa' tiela sparat. Lahaq qabilha u meta gew wiccimbwicc qabadha minn dirghajha, hadilha l-bagalja minn idejha u mexxiha lejn wahda mill-imwejjed tar-restaurant.
Ordna kafe ghalih u te ghaliha u ma qalux kelma wahda sakemm il-waiter servihom. Imbaghad Roger urieha li ma kienx ser ihalliha tinfired minnu. "Jekk jiena ma nahfirlikx l-imhabba tieghi ghalik hija falza. U jiena nhobbok tassew."
"Imma jiena ma jisthoqqlix is-saqaf ta' dik id-dar fuq rasi. Kont belgha tassew li hallejt il-gibda ghall-flus taghmini. Kif nista' nibqa' nara wicc ommok? Inhossu jcanfarni kull darba."
"Imma ommi hafritlek u ghadha thobbok daqs li kieku kont bintha. Kienet hi li ratek tahrab mid-dar u cemplitli. Tahseb li kieku kellha xi haga kontrik kienet taghmel hekk? Tridek hdejha ghax inti wkoll parti minnha. Ejja mmorru lura u naghlqu dan l-episodju ikrah ta' hajjitna."
Dak il-hin li hargu barra mill-istazzjon Roger jircievi telefonata. Kienet ommu. "Kif bqajt? Sibtha? Kif inhi?"
"Iva ma. Tinkwieta xejn. mhux ser nigu ghal l-ikel ghax ser nippranzaw barra. Ingiblek xi haga take away?"
" Le ibni. Iddumux. Ghax irrid nerga' inhaddanha mieghi ghax sibniha mill-gdid."