META TIXXELLEF IR-RELAZZJONI
I
Father Ignatius hares lejn il-karta li hareg mill-but biex ikun zgur minn numru tal-bieb. Kien qed jaghmel zjajjar fid-djar u dan il-bieb kellu jkun l-ahhar zjara tieghu ghal dak il-jum. Kien jemmen hafna biz-zjajjar fid-dar ghax dawn kienu jlaqquh mal-fidili wicc imbwicc. Spicca dak iz-zmien li l-fidili jersqu lejh jew il-qassisin l-ohra tal-parrocca. Lil shabu s-sacerdoti kien jghidilhom li "jekk il-missjoni taghna trid tkun ta' glorja lill-Mulej jehtieg li mmorru ahna ghand il-fidili u mhux bil-maqlub."
Il-kappillan qaghad bil-qieghda fuq stedina ta' Emily Coppa. Maghha kellha lil bintha Sofie. "Il-Paci maghkom, gheziez" u "Mieghek ukoll", irrispondewh iz-zewg nisa.
"Kif thossukom?" staqsa Fr. Ignatius liz-zewg nisa filwaqt li dawwar wiccu lejn Emily billi xtaq jibda' il-konversazzjoni l-ewwel maghha.
"Talli ahna, kappillan, taf inti llum ghandi 75 sena u daqqa ajma hawn u ohra ajma hemm. Jiena ghalija l-aqwa li nista' nohrog biex nisma' dik il-quddiesa. Kemm inhossha ta' farag ghalija."
"Iva, sew qed tghid. Kull filghodu narak fuq quddiem. Kompli hekk Emily, waqt li ttik sahhtek, ghax dak li nsibu quddiem il-Mulej. U jekk xi darba ma tkunx tista tattendi, cempilli, ghax jew jiena jew Fr. Jimmy jew Fr. Joseph nigu biex inqarbnuk u anke jekk tkun trid tqerr, " wegibha l-kappillan filwaqt li mill-but tal-gakketta hareg biljett kien fih in-numru tat-telephone tieghu, u tahulha.
"Nahseb li intom ghandkom xi parentela taljana billi kunjomkom jidher li hu Taljan, imbaghad isimkom joqrob lejn il-lingwa ingliza. Mhux soltu li t-taljani jaghmlu dan it-tibdil. Jiena ghalija l-ismijiet taljani huma fost l-isbah fid-dinja," qalilha l-kappillan.
"Ghandek ragun. Imma ftit wara li zzewwigna, jiena u zewgi emigrajna l-Amerka. Zewgi Natan qalli li jkun ghaqli li nintegraw mal-kultura amerikana filwaqt li fid-dar inzomm dik taljana. It-tfal kollha twieldu hawn, tnejn minnhom izzewgu u marru joqghodu Ohio, billi zwieghom, xogholhom kien hemmhekk."
"Allura il-mizzewwgin ma jigux jarawk xi ftit, kultant?" staqsa l-kappillan.
"Iva jigu. Darba fix-xahar jigu jqattghu weekend maghna bit-tfal. U nkun qisna fis-sebgha sema bin-neputijiet jigru ma’saqajna. U fi zmien il-Milied immorru gimgha ghand wiehed u fl-ewwel tas-sena gimgha nittrasferixxu ruhna ghand l-iehor."
"Sewwa, sewwa u hekk l-ghaqda fil-familja tibqa' issaltan."
Emily imbaghad kompliet tghidlu, " Zewgi Natan halliena xi tlett snin ilu fi zmien il-kappillan ta' qablek. U z-zghira, Sofie baqghet mieghi."
Malli semmietlu lil Sofie, il-kappillan dar lejn ix-xebba li sa dak il-hin baqghet siekta u tisma' biss u staqsieha, "Inti gie li rajtek ghall-quddiesa ta' filghaxija."
"Jiena dak il-hin biss nista' nisma' ghax ikolli nohrog kmieni ghax-xoghol. Ghandi madwar siegha trejn biex nasal il-fabbrika."
U minghajr ma hallieha tispicca qalilha, " Filghodu jew filghaxija l-quddiesa xorta wahda tghodd. Jekk nista’ nistaqsik xi haga...Li kieku kelli nghidlek biex toffri xi sighat mill-hin liberu tieghek f'xi hidma fil-parrocca ghall-gid tal-komunita' x'tghidli?"
"Biex nistqarr mieghek il-verita' dan il-hsieb ta' volontarjat spiss jghaddi minn quddiem il-menti tieghi, izda xi haga zzommni lura," wegibtu Sofie.
Emily staqsiet il-kappillan x'jixtieq jixrob, u talabha kikkra kafe iswed u bla zokkor.
"Forsi l-misthija? U le, le. Jiena ghandi grupp ta' volontarjat fil-parrocca ta' madwar 60 ruh, li jsejhulu Ladies Circle; kulhadd jaghmel il-bicca xoghol tieghu fis-sighat li joffri."
"U x'ghandek li nista naghmel?" staqsiet Sofie meta rat li gietha l-opportunita' li toffri xi haga lill-parrocca.
"Ix-xoghol huwa vast. Hemm min jghid ir-Ruzarju ta' filghaxija u xi talb iehor qabel il-quddiesa, hemm min jghallem il-katekizmu bit thejjija lit-tfal ghal l-ewwel tqarbina jew lil addolixxenti bi thejjija ghal Grizma ta' l-Isqof, hemm min imexxi korsijiet ghal l-gharajjes, ohrajn izuru lill-morda jew anzjani li jghixu wahedhom, hemm min jahdem fl-ufficju parrokjali bhala segretarji u hafna xoghol iehor. Anke hemm min jaghmel xoghol parttime ta' sagristan."
"Tassew vast ix-xoghol. Li kieku kelli naghzel, niehu dak ta' sagristan. Nista' noffrilek saghtejn fil-gimgha, is-Sibt u l-Hadd bhala sagristan parttime."
Emily harget mill-kcina u gabet maghha tlett kikkri kafe u platt helu tal-mandorle kif jafu jaghmlu t-taljani.
Ghajnejn il-kappillan waqghu fuq il-platt tal-helu u qal lil Emily, " Hawn hi t-tradizzjoni taljana." U filwaqt li ha wahda fahharha fuq it-tjubija tal-helu. "Jiena ghalija ma hawnx helu aktar tajjeb minn dak taljan u meta nixtri xi pasti nfittex hwienet taljani."
Fr Ignatius hares lejn l-arlogg u stghageb kif tar il-hin. U wara li xorob il-kafe, qam biex jitlaq, izda mhux qabel ma qal lil Sofie li jistennieha biex jintroduciha mal-grupp tal-volontarjat parrokkjali. Emily qaltu,"Hadna pjacir hafna bil-presenza tieghek u biebna dejjem miftuh ghalik." Imbaghad offrietlu kaxxa zghira minn dak il-helu, li ghalkemm ghal l-ewwel il-kappillan ma riedux, imma billi kien ihobb il-helu accettah meta Emily insistiet ghat-tieni darba.
II
Sofie integrat sew fix-xoghol tal-volontarjat. Xogholha kienet taghmlu bl-akbar ezattezza.
"Father ghandi problema biex nahfer," qalet Sofie hekk kif kienet qed titwi l-ahhar bicca ta' l-ilbies sagru biex tpoggihom fil-gwardarobba tas-Sagristija.
Father Ignatius gibed lil Sofie ghal l-ufficju tieghu , kamra zghira fis-sagristija. Qaghad wara l-iskrivanija u offra siggu lil Sofie. Quddiemu kien hemm tray mimli karti li kien jircievi minghand il-parruccani tieghu mahsuba biex jistamphom fil-harga tal-gazzetta parrokkjali li kien imiss.
"Xi trid tfisser? Problema biex tahfer...?"
Sofie waqfet ghal ftit. “Naf li dejjem ghedt li ghandna nahfru b’qalbna kollha ... bla riservi ... jekk irridu li Alla jahfrilna dnubietna. Nifhem li... u nipprova mill-ahjar li nista' biex nahfer b'qalbi kollha...”
"Ghidli x'inhu li qed itaqqalek qalbek....." qalilha l-qassis.
Sofie tbissment lura.
"Imma dan il-kaz huwa differenti....." kompliet Sofie. “Hemm mara fuq ix-xoghol li weggghatni sew. Gidbet fuqi. Rizultat ta' din il-gidba il-manager canfarni severament. Sahansitra heddidni u jekk nerga’ nitlef jum paga. Konna hbieb ftit taz-zmien ilu u f'daqqa wahda kollox spicca. Gidbet fuqi biex tahbi l-izball taghha u minhabba fiha sfajt ikkastigata ingustament. Dan gara xi gimghatejn ilu."
"Tassew terribbli," qalilha Fr. Ignatius filwaqt li kemmex tnejn hugbejh ghall-ingustizzja ta' dak li kien ghadu kemm sema'. “M'hemmx xi tip ta' procedura ta' appell fuq il-post tax-xoghol tieghek biex issir gustizzja mieghek, forsi xi hadd li tista' titkellimha mieghu?"
"Mhux dik il-problema, Father," qalet Sofie."“Il-haġa hi li din il-mara giet tarani l-bieraħ u skuzat ruhha b’mod abbundanti ghal dak li kienet ghamlet. Bkiet b'indema u qalet li ma setgħetx tinstab li għamlet zball iehor. Kienet fuq l-aħħar twissija taghha u dak l-izball kien ikun ifisser li titlef ix-xogħol taghha. Huwa ghalhekk li gidbet u tefgħet it-tort fuqi. Talbitni biex nahfrilha ... haga li ghamilt Father, mill-ewwel. Ghidtilha biex ma tahsibx aktar dwarha u li kollox issa kien OK.”
"Kont generuza hafna u wrejtha mhabba kbira. Allura x'inhi l-problema?" saqsa il-kappillan.
"Trid li nkunu hbieb mill-gdid bhal qabel. Konna tassew hbieb, inzuru lil xulxin fid-djar taghna....immorru naghmlu shopping flimkien......fi ftit kliem trid li kollox jirritorna bhal qabel."
“Insibha li difficli hafna ... Ma nistax nafdaha aktar u rrid li nzommu d-distanza taghna. Nahfrilha, iva, kif ghedtlek; imma ma nistax inzomm il-relazzjonijiet tieghi maghha bhal qabel. Ommi taqbel u tghid li m’ghandix nibqa’ nkellimha. Nahseb li nista’ inkellimiha u nkun gentili maghha fuq ix-xoghol imma dan fejn nista' nasal; ma nistax nerga’ nkun hbieb bhal qabel. Il-hbiberija taghna ixxelfet. Allura l-mahfra tiegħi ma tiswa xejn?”
Fr. Ignatius wegibha bil-mod, “Tiswa' u ghandha valur meta nahfru lil xi ħadd li jkun naqasna; inkunu qed imissu lir-ruh taghhom bl-imhabba hanina ta’ Gesù Kristu Sidna.
“Int weggajt Sofie... weggajt u kont ikkastigata b'mod ingust u mhux misthoqq.”
“Meta nahfru lil min offendiena dan ifisser li m'ghadniex inzommu kont tal-ghemil hazin taghhom. Mahfra vera tfisser li f'qalbna ma ngorrux malizzji jew sentimenti hziena jew xi rieda hazina li meta tigi l-okkazjoni nhalsuhom bl-istess munita."
“Nirrikonoxxu li nahfrulhom u nhalluhom jghixu ’l boghod minn kull biza’ ta’ kastig jew retribuzzjoni minn naha taghna."
“Dan ma jfissirx madankollu li ninsew l-ugigh ikkawzat lilna. Kif nistghu? Il-weggha hija stampata fil-memorja taghna u nipprovaw kemm nipprovaw c-cansijiet huma li niftakruha xi darba wara l-oħra. Huwa naturali ... hija n-natura umana. Inti hfirtilha u ghidtilha li hfirtilha ...”
Sofie tat tnejn b'rasha biex turih li qablet mieghu u zammet lura d-dmugh.
"U dak kollu li kien mistenni minnek, inti ghamiltu b'qalb sinciera," kompla s-sacerdot filwaqt li nnota li kienet imhawda ghall-hsieb biss ta' dak li ghaddiet minnu.
"Ahna ghandna d-dmir ...u anke dover ... li nipprotegu lilna nfusna u lil dawk ta' madwarna....jekk inhossuna skomdi fuq certa relazzjoni jew cirkustanza, ghandna kull dritt li nitbieghdu minnha. Ghar-ragunijiet li wiehed jifhimhom thossok skomda li tkompli l-hbiberija maghha bhal qabel. Ma hemm xejn hazin. Ghidilha bl-edukazzjoni kollha li hfirtilha u li t-tnejn ghandkom tieqfu hemm. Relazzjoni amikevoli mill-boghod..."
"Imma," interrompiet Sofie, "Kif haga bhal din tista tkun mahfra. Billi inzomm id-distanza minnha tfisser li jiena ghadni nzomm xi haga kontrija. Hija din il-haga tafha, inti u jiena nafuha.....u Alla jafha wkoll li..."
Fr Ignatius tbissem.
“Da zgur... li Alla jaf .. u jaf ukoll ir-raguni wara dan wkoll..." qalilha. "Halli nghidlek storja. Gesu' darba irrakonta lid-dixxipli u lis-segwaci tieghu fuq innifsu. Qalilhom li kull min jiekol gismu u jixrob demmu jghix fih u huwa fih. Numru ta’ segwaci raw li haga bhal din hija difficli li tifhimha u aktar u aktar temminha. Anke fi zminijietna hafna isibuha difficli biex jemmnuha u allura tista' timmagina kemm izjed kienet problema ghan-nies ta' zmienu. Ir-rizultat...hafna minnhom telquh u ma regghux marru warajh. X'ghamel Gesu'? Ma sejhilhomx lura. U ma qalilhomx biex jistennew halli jispjegalhom x'ried ifisser. Ma ikkompromettix il-posizzjoni tieghu.... Hallihom jitilqu.. u sahansitra lil appostli qalilhom biex jekk iridu jitilqu huma wkoll."
Is-sacerdot stenna ghal xi mumenti biex Sofie tixtarr dak il-kliem, imbaghad kompla, " Gesu' hafrilhom in-nuqqas ta' twemmin taghhom u halliehom imorru..Ma sehithomx u anqas ma heddihom b'xi kastig, lilhom jew lilhom familji taghhom."
"Hafrilhom u halliehom imorru. Li huwa dak li ghandek taghmel... inti hfirtilha u hfirtilha mill-qalb . Inti stess ftit ilu ghadek kemm stqarret li lesta li tkompli tkellimha, li tghinha fil-problemi taghha. Mela kompli miexja hekk u itfa l-bqija wara spallejk" temm id-diskors b'serenita' kbira.
Ghal dan il-kliem Sofie tbissmet u hassitha aktar kalma.