jesusandmary

MIN JIDHAQ L-AHHAR JIDHAQ L-AHJAR

Il-grupp ta' abbatini tal-kunvent tal-frangiskani kien wiehed numeruz taht il-kura dixxiplinata ta' Patri Lorenzo, li ghalkemm  kien bniedem riesaq lejn il-hamsa u sittin sena, kien jahli l-energija li kien fadallu biex iferrah it-tfal u jorganizzalhom loghob, xalati, divertiment, flimkien mal-genituri taghhom biex jaqsmu mieghu t-tahbit, imma fuq kollox ilaqqahhom  biex jiffurmhom fir ruh.
 
Imma ghalkemm kien jikkontrolla it-tim kollu ta' l-abbattini, tnejn minnhom kienu jinkwetawh. L-energija li kellhom kienu juzawha biex ifittxu l-avventuri, jew biex jittantaw lil xi patri b'xi cajta. Patri Lorenzo ma kienx jista' ghaliha din il-haga u kemm-il darba nforma lill-Pirjol li xtaq ikeccihom. Imma Patri Gwann kien izommu ghax kien jghidlu: " U jekk tkeccihom, fejn jistghu jmorru, mhux id-dinja tiblaghhom. Ftit pacenzja Patri Lorenzo u daqs xahar iehor ser ikollna maghna zewg patrijiet ohra, wiehed minnhom Patri Marjanu, zaghzugh u jkun jiflah jikkumbatti mal-grupp ta' l-abbatini. Ta' l-anqas hekk weghdni l-Provincjal."
 
Tant kienu jfittxu l-avventura li Patri Lorenzo laqqamhom l-iskumnikati.  "Nittama li jkun hekk ghaliex issa kbirt u nhossni ghejjejt. Qliel wisq dawk it-tnejn. Ma nistax insib tarf taghhom. Ma tarax x'ghamlulu lil Fra Mikiel, ix-xahra li ghadda. Hallew l-irbit tal-hbula mill-ilsien tal-qniepen u meta mar jigbidhom biex idoqq il-mota ghar-ruzarju waqa' kollox fuqu. U lili x'ghamluli l-gimgha li ghaddiet? Meta kont qed immexxi is-servizz f'gieh San Tarcisju, il-patrun ta' l-abbattini, jafu li naghtas b'hafna riha ta' incens u madankollu tefghu kuccarina mimlija incens biex harget dahna hoxna li ghoddha fgatni."
 
"Ara Patri Lorenzo tinkwieta xejn ghax illum stess nerga' incempel lill-Provincjal."
 
"Nizzikhajr Pirjol u malli naghti handover lill-Patri Marjanu, nghid lil Fra Mikiel biex idoqqli l-mota tal-Laudi."
 
Il-Pirjol dahaq u t-tnejn marru fuq xoghlhom.
 
"Min jaf x'hobz jiekol dan Patri Marjanu?" staqsa Anton li habibu Tarcisju.
 
"Min kif tkellem fl-ewwel laqgha, jidher li huwa minn taghna, bahbuh jidher," wiegbu Tarcisju. "Issa naraw. Bilhaqq irrid nghidlek li meta kont fis-sagristija ta' gewwa, l-armarju ta' Fra Mikiel kien miftuh u fih kellu flixkun imbid.  Nahseb jien li qabel jinzel fil-bottegin tieghu jnaddaf il-kandlieri, jiehu xi qatra. Hu ma jafx li xrobt f'hakka t'ghajn dak li kellu mohbi fl-armarju."
 
"Mur ara kieku xi frattarija kien jaghmel. Imma la qed tghidli hekk nippruvaw u naraw kif naghmlu biex nixorbuhulu", qallu Tarcisju li dejjem kien jahseb kif ser jilghab xi cajta.
 
"Mela inti thobbu l-imbid?" staqsieh Anton.
 
"Zgur li nhobbu. Kull nhar ta' Hadd biss, pero', missieri jhallini nixrob dik il-hxuna ta' seba' imbid go tazza u jhallatuli bil-luminata bajda. Pero' nahseb li ta' Fra Mikiel itjeb milli jixtri missieri minghand Kalcidon tal-Bar. Darba smajt lil Mikiel jghid li huwa jaghmlu l-imbid ghall-patrijiet." qallu Tarcisju. "Qed ingibu quddiem ghajnejja b'dik iz-zaqq hoxna li ghandu timxi qablu, jigri warajna, jaghtina xebgha ilsien."  Iz-zewg abbatini dahqu bil-qalb.
 
Dak il-hin  dahal Fra Mikiel u qahqah tnejn biex bhallikieku gej xi nkwiet. "X'qed tahmu bejnitkom? Qalilhom Fra Mikiel. 
 
Tarcisju, li kien jaf jaghti risposti fil-hin wiegb: "Taf x'jghidli n-nannu Fred: Kelma bejn tnejn bejn tlieta mnejn sa fejn."
 
"Iva hekk jghidlek in-nannu. Ghax ma tghidlux biex jghallmek tkun aktar ta' nies man-nies," widdbu l-Fra.
 
 "Mela hadt ghalik Fra! Tiehu ghalik fuq naqra ta' kelma li ghidtlek b'cajta. Ara Fra Mikiel indawru d-diskors la ma ghogbikx. Xtaqt nistaqsik pjacir?"
 
"Minghandek, nghidlek il-pura verita' niehu qatgha meta tghidli hekk, pero' biex nurik li ma hadtx ghalija, ghidli xi trid?" staqsieh Fra Mikiel.
 
"Jinghad li inti taghsar l-gheneb biex taghmel l-imbid ghall-patrijiet. Veru dan?"
 
Fra Mikiel tah harsa li tfisser hafna, imma Tarcisju baqghalu b'wicc ta' innocenti.
 
"Iva jew le?," rega' mill-gdid staqsa Tarcisju meta rah li dam ma wiegeb.
 
"U ghaliex trid tkun taf?"
 
"Biex nitolbuk  turina kif taghmel dan? Niehdu pjacir nitghallmu?"
 
U kif Fra Mikiel qabad ser jghidilhom, Tarcisju qallu, "Le, le. Jekk trid verament tghallimna hudna fuq il-post, urina l-makkinarju u kif dan jahdem u x'rizultati jkollok."
 
"Fhimtek, ja xitan imlibbes il-laham. Tridni niehdok fil-kantina hux hekk. Ma tarax, fittex ahrab 'l hemm qabel ma nigri bik jien," qallu bid-dahqa.
 
"Grazzi" wiegbu Tarcisju xott xott.
 
"U ara ma tigix ghal xi pjacir Fra Mikiel bhal meta tghidilna biex intellghu l-kandlieri mill-bottegin," qallu Anton. U t-tnejn telqu 'l barra.
 
Ghaddew xi hmistax u Anton u Tarcisju giethom ix-xoqqa f'moxtha biex jahdmu pjan halli jixorbulu dak il-flixkun imbid. "Rajt lil Fra Mikiel tiela mill-kantina, resaq lejn l-armarju tas-sagristija z-zghira u minn taht ic-coqqa hareg flixkun imbid u qaflu malajr fl-armarju," fesfes Tarcisju f'widint Anton. "Dak juri li l-Pirjol mhux fil-kunvent, ghax kieku mhux ser jaghmel haga bhal din. Jista' jinqabad. Patri Lorenzo qieghed fic-cella jikteb u Patri Marjanu  qieghed fil-gnien ma' xi abbatini jaghzqu l-hamrija."
 
"Imma irridu naraw fejn huwa l-Fra," qallu Anton filwaqt li dahhal rasu fis-sagristija z-zghira biex jara hemmx xi hadd. Nista'nghidlek li bi zball il-Fra halla ic-cwievet imdendla mas-serratura, pero' mhux hawn."
 
Tarcisju warrab li Anton u dahal huwa fis-sagristija. Kien kollox kif qallu Anton, izda l-bieb li jaghti ghall-kampnar kien miftuh. Tarcisju mar pront jaghlqu u fetah l-armarju. Hemm quddiemu jara l-flixkun imbid.  U f'kemm ili nghidlek bdew jixorbu bela bela, daqqa hu u daqqa Anton biex ma jixirqux fix-xorb. L-imbid ma kienx bhal tad-dar, imma imbid helu, u aktar nizlilhom ghasel. Meta ma felhux jixorbu aktar hallew kollox kif kien u telqu jigru 'l barra. L-imbid nizel f'saqajhom u ma felhux johorgu mill-gnien. Fit-triq qabadhom Patri Marjanu u mir-riha ta' imbid li kellhom induna x'ghamlu. Minghajr ma kellimhom ghamillhom il-kuragg biex imorru d-dar ghax kien wasal il-hin ta' l-ikel. Patri Marjanu tbissem u meta hallewh beda' jidhaq wahdu.
 
"Biex qed tidhaq?" staqsieh Fra Mikiel.
 
"Ara ftit kemm hallew imbid fil-flixkun."
 
"Il-mnieghel johduhom, xorbuli l-imbid. Inqieghdhom jiena la narahom. Ghalhekk mela hmistax ilu gew izghelu bija biex nurihom il-kantina ta' l-imbid," qal imdaghdah Fra Mikiel.
 
Patri Marjanu ghamillu sinjal biex ma jitkellem xejn. "Zomm kollox fis-skiet ghaliex ser intihom taghlima jibqghu jiftakruha. U inti trid tkun parti minnha."
 
Meta Anton u Tarcisju marru biex joffru s-servizz taghhom waqt il-quddiesa, hadd ma semmilhom xejn, li ghalihom fisser li ma inqabdux. "Min jaf kemm indanna l-Fra x'hin ra l-imbid nieqes. Dak ma jistax jitkellem ghaliex kieku min jaf kemm jaqla' canfir minghand il-pirjol. Ha ha ha."
 
Is-Sibt ta' wara kien imiss li l-abbatini tal-kunvent jilghabu loghba football kontra dawk tal-parrocca. 
 
Patri Marjanu gabar lil abbatini kollha u filwaqt li nkoraggihom biex jilghabu sewwa bhas-soltu biex johorgu rebbieha, baghat lil kullhadd fil-ground tal-kunvent. "Bilhaqq" ghajjat Patri Marju, "Anton u Tarcisju jibqghu hawn ghax irrid inkellimhom."
 
Fis-sagristija dahal Fra Mikiel bil-bramel u l-bicciet ta' l-art biex jahsel is-sagristija.
"Illum Fra Mikiel huda off. Ghandek l-ghajnuna u oqghod ghassa sew taghhom."
Iz-zewg abbattini habtu ser jipprotestaw, izda Patri Marjanu pogga subghajh quddiem halqu u qalilhom biex jisktu.  "Fra Mikiel ara li jahslu sew. Fejn ma jaghmlux kif suppost, erga' ghagalhom jaghmluh mill-gdid u fuq kollox...." ghajjat aktar mis-soltu," Fra Mikiel ara li l-armarju jkun maghluq sew ma nhallux sakranazzi jixorbu l-imbid tal-kunvent."
 
U mar ikompli mal-bqija ta' l-abbatini.
 
"X'lezzjoni tana, hej, Patri Marjanu," qal b'lehen baxx Anton lil Tarcisju.
 
"Patri Lorenzo kien ahjar minnu. Qatt ma kkastigana. Konna nehilsuha biss b'korrezzjoni. Sewwa jghidu li ahjar ix-xitan li taf milli dak li ma tafx," wiegbu  Anton
 
 Fra Mikiel x'hin rahom jitkellmu, ghajjat :"Xejn kliem u aktar xoghol" Dik is-siegha Fra Mikiel kien fis-sebgha sema, jkanta vittorja.
 
L-ordni ta' Fra Mikiel kien jonqoshom biex ikomplu jinharqu.
 

Make a free website with Yola