jesusandmary

 MUR OBSOR LI......

Kieku kellek tistaqsi lil Taddew x'jixtieq jibdel minn hajtu zgur li jwiegbek: "Ismi." Ghalkemm kien jismu Guda Taddew u lejh kellu rispett kbir u lilu kien jitlob meta jiltaqa' ma xi saram, li jghattulhu Guda l-ewwel hsieb li kien jghaddilhu minn mohhu kien dwar Guda t-traditur ta' Kristu. Kien ihares lejn is-sema i jghid f'qalbu, "Imma ma, x'fettilek li ssemmini hekk." Fuq hekk biss ried li jibdel ismu. Kull min kien isejjahlu bl-isem ta' Guda kien jghidlu li ismu huwa Taddew u jwiegeb biss ghal dan l-isem. Bata xi ftit sa ma irnexxilu jipperswadi lin-nies tar-rahal biex isejhulhu Taddew imma l-perseveranza tati rizultati posittivi. Anke l-hanut tal-merca li fih kien jahdem semmieh Taddew Grocery u fuq id-dar tieghu wahhal plakka bl-isem ta' Taddew Brincat.

 Kulhadd kien jafu bhala l-bniedem ta' qalbu tad-deheb. Ma kontx titolbu sold karita' ghax kien itik tnejn u malli l-kappillan kien jitlob xi ghajnuna, arah ikun minn ta' l-ewwel li joffrielhu. U ma kienx idoqq trombi meta xi mara li zewgha kien ikun bla xoghol, tidhol fil-hanut u titolbu jaghtiha xi ikel, imbaghad thallsu. Kien iwegibha: "Mur bis-sliem ma irrid xejn jekk ikollok bzonn xi haga, kellimni."

 Meta kien ghadu daqsxejn ta' zaghzugh Taddew tarraf lil missieru li xtaq jidhol mal-patrijiet kappuccini. Missieru ngibed lura u ghalkemm ma hassarlux inkoraggih biex jizzewweg. Mexa' fuq il-parir ta' missieru u zzewweg lil Miriam li minnha kellu tifla. Semmewha Geraldine. Kienet il-mimmi ta' ghajnejhom u kienu jiehdu hsiebha daqs ruhhom. Meta Geraldine kienet tfarfret u saret xebba ta' xi sittax-il sena qalet lill-genituri taghha: "Nixtieq inkellimkom."

 "Ghidli Geraldine, x'trid? Xi haga ohra tal-flus?," staqsieha misssierha.

 "Jekk ikollha bzonn naghtuha," qabzet Miriam fin-nofs b'lehen uratat. "Mhux lil din ghandna? Nistghu nonqsuha f'xi haga?

 "Le pa, ma ghandix bzonn ta' flus. Izda nixtieq nidhol mas-sorijiet Karmelitani tar-rahal."

 Dak il-hin kieku faqqet bomba zgur li ma kienitx tahsdu daqshekk. Ftakar fl-istess sitwazzjoni meta kien qal lil missieru li xtaq jidhol mal-Kappucccini. Imma zgur li ma kienx ser ihassrilha, anzi kien ser jinkorragiha. "Ghaliex le, Geraldine? Ghandek il-barka tieghi. U Nahseb ommok l-istess idea tieghi ghandha. Mhux hekk Miram?"

 "Iva. U ferhana li ghazilt din it-triq." U marret tghannaqha.

 "Pero binti jiena naghtik dan il-parir. Spicca l-istudji tieghek u wara mur maghhom."

 "Hekk qaltli l-madre u hekk ser naghmel."

 Wara li temmet l-istudji taghha, Geraldine flimkien ma' tnejn ohra bdew bhala postulanti, imbaghad novizzi u fl-ahhar ipprofessaw sorijiet.

 Missierha ried jaghmillha festa kbira. Geraldine riedt izzomm kollox kwiet. "Ma tarax Geraldine. Li kieku zzewwigt ma kontx naghmillek tieg. U allura issa li ser issir gharusa ta' Kristu ma niffesttegjawx? Min jaf kemm is-sorijiet huma ferhana li ser ikollhom membri godda fil-kongregazzjoni taghhom, Geraldine!", ghamillha l-kuragg missierha.

 Ic-ceremonja tal-professjoni marret tajjeb hafna hlief ghal dak il-mument meta lil Geraldine qatghulha x-xaghar dehbi u twil taghha. Qalb ommha ghamlet tikk u qabzulha xi zewgt demghat ukoll filwaqt li bdiet tolfoq. Zewgha Taddew taha daqqa bil-mohbi b'minkbejh. Geraldine li issa sar jisimha Swor Fawstina talbet lil missierha biex bil-permess tal-madre jiehu xagharha u jbieghu lil dawk li jahdmu l-parrokki u bid-dhul jaghmel karita' mal-missjoni.

 Waqt il-festin Swor Fawstina rat li ommha kien xi ftit qalbha sewda u ghamlitilha kuragg: "Wara kollox hawn ser nibqa' ma u kull xahar nista' nghaddi gurnata maghkom." 

 "Iva, iva, binti," wegbitha ommha u ppruvat tbiddel id-dehra ta' wiccha.

 Kollox deher li l-hajja kienet miexa ward u zaghar ghal Taddew meta jum wiehed wara vizta ghand it-tabib kellu ahbar li martu kienet marida b'marda terminali. Il-marda kienet dahlet wisq 'l gewwa u hajja twila ma kienx fadallha.

 Bintha Swor Fawstina daret biha sa l-ahhar u dan kien ta' konfort ghal Miriam. F'qalbha kienet spiss tirringrazzja lil Qalb ta' Gesu' u ta' Marija ta' dan il-konfort. Hija offrietha lil Gesu' meta ghamlitilha kuragg biex tidhol soru u Gesu' pattihielha lura billi kellha l-attenzjoni ta' bintha fil-hin ta' l-aktar htiega.

 Wara l-mewt ta' Miriam, Taddew dam xi ftit ma gie f'tieghu. Mill-marda ta' martu hajtu tbiddlet minn lejl ghan-nhar. Il-hbieb halliehom, il-hanut willieh u hlief biex imur ghall-knisja ma kontx tarah barra. 

 Il-kappillan kien fis-sagristija meta Dun Gwann dahal biex iqaddes. "Smajtha din ta' l-ahhar Dun Gwann? Insomma ma stajtx smajtha ghax jien biss ghadni nafha u wara kollox ma hiex xi haga li wiehed jahbi ghax kulhadd il-lum jew ghada ser jintebah."

 "Jaqaw?" wiegbu kollu kurjuz Dun Gwann wara dak il-kliem kollu.

 "Halliena Taddew."

 "Miet?" staqsieh mghaggeb Dun Gwann.

 "Le, x'miet miet. Sabni l-bierah u qalli li ser jidhol jaghmel parti mill-kommunita' tal-Kappaccini fir-rahal ta' biswitna. Bqajt mistaghgeb ma ridtx nemmen lil widnejja."

 "Hekk malajr?"

 "Le, le kien ilu jahsibha. Qalli li dak li ma ghamilx meta kien ghadu zaghzugh minhabba missieru, ser jaghmlu issa. Ahjar tard milli qatt qalli."

 "Kif jahdem il-pjan t'Alla! Ta religjuza lill-knisja, issa ser jidhol hu Fra Kappuccin. Mur obsor kif timxi l-providenza ta' Alla." qallu Dun Gwann.


Make a free website with Yola