NIKOLA L-GHANNEJ
Id-dar ta' Nikola kienet biswit id-dar tad-duttrina tar-rahal. Min jaf kemm sema’ il-katekisti jghallmu bil-kantaliena lit-tfal zghar li kienu jhejju ghal l-ewwel tqarbina. Hu kien wiehed minnhom. U ghalkemm kiber baqa' grat hafna lejn l-ghalliema tieghu li bnewlu l-karattru tieghu fuq il-fidi f'Alla. Ma kienitx tghaddi sena wahda minghajr ma jkanta wahda spirtu pront lill-Bambin Gesu' qabel jidhol mill-gdid fil-Muzew wara l-purcissjoni fit-toroq tar-rahal.
Kien mahbub hafna fost shabu tax-xoghol ghax bil-ghana u t-tqabbil tieghu kien jigbed l-attenzjoni ta’ min ma’ jkunx miexi sewwa minghajr ma jumiljah quddiem l-ohrajn.
Kienu laqqmuh l-ghannej ghaliex wara l-hin tax-xoghol kien imur jghanni fi tmiem il-gimgha ghand Sidor, li kellu hanut tax-xorb fit-tarf tar-rahal. Nikola kien jinqala' ghal ghana spirtu pront. Hekk kien missieru u Nikola wiret dan id-don. U wara li missieru waqaf mill-ghana, Nikola kompla jdoqq hu bil-mandolina li hallielu missieru. Lil dawk prezenti ghand Sidor kien ipaxxihom meta kienu jghidulu biex jaghnnilhom fuq xi suggett partikolari.
Imma meta Sidor sab ghannej iehor minn barra r-rahal li kien jithallas inqas, u lil Nikola llicenzjah. Kif nghidu bil-Malti musmar gdid jaqla' il-qadim. Huwa dendel il-mandolina fis-salott biex tkun ta' tifkira ta' missieru. Nikola kien hassu ferut fis-sentimenti tieghu li ma kienx apprezzat minn Sidor li quddiem ghajnejh ma kienx jara hlief flus. Minn dak inhar tilef kull direzzjoni f'hajtu. Sar vjolenti u jiggieled ghal kull haga ta' xejn. Tmerihx, ghax zgur li kien ikollok xi tghid mieghu. Il-kljientiela ta' Sidor bdiet tonqos ghax l-ghannej il-gdid ma kienx ta' klassi bhal Nikola. U minkejja li Sidor baghat jghidlu biex jirritorna lura, Nikola ma riedx.
Hajtu mbidlet minn lejl ghan-nhar. Ommu kienet indunat bil-bidla u wissietu kemm-il darba li hajja mghoddija fix-xalar u tberbiq ta' flus bla razan kienet ser tkun hsara kbira ghalih. Kuljum kien jidhol tard id-dar u fi tmiem il-gimgha kien jidhol meta ix-xemx tkun waslet biex titla' u jisbah jum gdid. Fuqu kien ikollu riha ta' xorb u sigarretti taqsam. Ommu ma kienitx xi mara zghira u din il-hajja kienet qed taraha tkisser ftit ftit lil binha. Kull kedda li kienet tiehu, kienet thossha li qed tmur lura f’sahhitha. Dan l-inkwiet fena’ lil ommu u din mietet. Kien wara l-mewt taghha li nduna li hu kien il-kawza, imma issa kien tard wisq. Halla xi ftit l-hajja mharbta warajh, imma qatt ma gie f'tieghu. Il-kumpannija fejn kien jahdem illicenzjatu billi kien juri nuqqas kbir ta' interess u ghazz waqt il-qadi ta' dmirijietu. U dan wara li kienet tatu bosta twissijiet. Meta sab ruhu fl-istat li anqas flus ma kellu biex jixtri x'jiekol kien imur jittallab xi bicca hobz minghand tal-forn. Sid il-forn ma kellux qablu xierfa u kien ihenn ghalih kull darba li jmur jitolbu karita'.
Dun Frangisk, il-kappillan tar-rahal meta sema' bl-istat ta' hajja ta' faqar li kien ghaddej minnha Nikola baghat jghidlu li xtaq ikellmu. Il-qassis kien jaf x'jigifieri faqar u guh ghax ra b'ghajnejh stess u garrabhom personalment meta qeda' il-missjoni tieghu fil-Kenja. Stiednu biex jaqsam mieghu l-ikla ta 'nofs in-nhar. Nikola staha, imma Dun Frangisk ma riedx jaccetta l-kelma le. Waqt il-pranzu qallu:" Ara Nikola ser nifthu dar ghal anzjani taghna, ghal l-ewwel biex jingabru u jaqsmu hinhom ma' xulxin matul il-jum. Aktar tard hemm il-hsieb li ftit ftit naqiblu biex min irid jibda’ jghix hemm. Min jaf li kieku tatina daqqa t'id u tigi tara x'jehtieg ghal manutenzjoni taghha? Ma tithajjarx? Xejn xejn b'dak li taqla tkun tista' tghix ta' bniedem."
"Jekk taccettani jiena lest nibda' meta trid?"
"Minn ghada tajjeb, Nikola?"
"Iva."
U hekk Nikola sab xoghol li rega' tah id-dinjita' ta' bniedem. Id-dar infethet u l-anzjani bdew jattendu bi hgarhom. Nikola kien jaghmel dak li kien hemm bzonn, daqqa jqassam it-te jew kafe, daqqa jghinhom jilghabu t-tombla, ohra jirrakonta xi cajta mqabbla; l-anzjani kienu jsewdu qalbhom meta Nikola ma jidhirx ghax kien ikollu xoghol iehor x'jaghmel.
Meta wasal zmien il-Milied il-kappillan organizza festin ta' l-okazzjoni u gabilhom xi artisti biex jallegrawhom. Kien hemm wiehed jaghmel il-magija, iehor jirrakonta c-cajt, farsa mahduma mill-volontiera tal-parrocca, etc. Imma ma qalilhomx bis-sorpriza li kellu mhejjija ghalihom. Fi tmiem il-festin, tinfetah il-purtiera tal-palk ghal l-ahhar att. Quddiemhom jaraw lil Nikola liebes ta' Christmas Father bilqieghda fuq siggu ma' gemb mejda armata b'Bambin imdawwar bil-gilbiena u xema tixghel quddiemu. Nikola qam minn bilqieghda u gab minn wara l-mejda l-mandolina ta' missieru. Sejjah isem Marta, mara anzjana li kienet toqghod qrib id-dar tieghu u talaba tghidlu fuq hiex xtaqet tisma' l-ghana tieghu. U beda' jghannilha fuq il-grajja ta' zewg mahbubin. L-istorja kienet sabieha hafna u anke kommoventi hekk li xi whud mill-anzjani qabzitilhom xi demgha jew tnejn.
Wara li temm il-grajja, nizel minn fuq il-palk u resaq lejn anzjana ohra jisimha Marija li kienet taf tghanni wkoll u maghha ghamel dwett pjuttost twil. Hadd minnhom ma ried icedi ghax l-musa ta' l-ghana ma ghejjitx. Sahansitra anke l-haddiema l-ohra telghu jaraw dak li kien qed isehh. U Nikola fl-ahhar kellu jcedi ghax ghejja jghanni. Ic-capcip ta’ radd il-hajr ma waqafx u dam sejjer ghal hin twil.
Hekk Nikola rega’ sab in-namra tieghu ghax meta c-centru qaleb ghal dar residenti ghal l-anzjani kull filghaxija kien imur u jferrahom bil-ghana tieghu. U meta kien jirritorna d-dar biex jistrieh wara jum xoghol, kien irid itir bil-ferh li gab ftit tal-kuntentizza u tbissima fuq dawk il-povri kreaturi.
"Ahjar nghanni lil dawn in-nies b'xejn, milli nghanni fil-hanut ta' Sidor ghal mizerja ta’ hlas li kien jaghtini! Sidor ma kienx jafuli, imma hawn il-ferh u t-tbissima ta' dawn ix-xjuh huma aktar minn hlas bizzejjed ghalija," kienu l-ahhar l-hsibijiet tieghu.