jesusandmary

 

IL-PREMJU JEW KASTIG F’IDEJK

Wara hajja twila u mfassla fuq il-ligi ta’ Alla, wiehed ragel deher fit-tribunal tal-gudizzju u nstab li kien haqqu l-premju tal-genna. Imma billi gietu kurzita’ dwar l-infern talab lil anglu biex jaghti daqqa t’ghajn hemm isfel. L-anglu cedhielu.

Meta wasal gewwa  ra haga li ma kien jistenna qatt. Imwejjed twal kollha b’ikel bnin, imma dawk li kienu quddiem il-mejda kollha kienu nies, irqaq, pallidi u ma taghrafhomx minn skeletri.

“Kif jista’ jkun dan?” staqsa ir-ragel lil anglu, “Ghandhom daqshekk ikel u jinsabu f’dan l-istat?”

“Eh,” wiegbu l-anglu,” ghandhom il-frieket twal hafna, aktar minn metru, li jehtiegu li jzommu mit-tarf, u minhabba f’hekk ma jistghux ipoggu l-ikel f’halqhom.”

Ir-ragel twajjeb kesah ghal din ix-xena.

Imbaghad telghu l-genna u hemm ra l-istess xena. Ikel bnin u tajjeb bhal ta’ l-infern u frieket twal aktar minn metru. Izda n-nies ta’ hemm kienu ferhana jieklu u jiddevertu. 

“Imma kif jista’ jkun dan?,” rega’ staqsa r-ragel.

U l-anglu spjegalu: “ Fl-infern kulhadd jipprova jaqbad l-ikel bil-furketta twila u jpoggih ma’ halqu u ma jirnexxilux ghax hekk kienu jgibu ruhhom fid-dinja. Huma biss u ma jimpurthom minn hadd. Hawn bil-maqlub, kulhadd jaqbad l-ikel bil-furketta twila, imma jpoggi l-ikel ma’ halq ta’ ma’ gembu, ghax hekk kien jahsbu dawn fid-dinja. Ma jezistux biss huma, izda hemm ohrajn li huma fil-bzonn.”

L-Infern jew il-Genna jiddependu minnek. Il-Premju jew Kastig huma f’idejk. Aghzel inti.


Make a free website with Yola