jesusandmary

DAK LI MHUX TAJJEB WARRBU

Negozjant sinjur kien inkwetat fuq ibnu li kellu hafna vizzijiet hziena. U mar ghand wiehed ragel gharef u talbu parir .

L-gharef iltaqa' ma' iben in-negozjant u t-tnejn flimkien marru jaghmlu passiggata fil-foresta. Ir-ragel xwejjah qal lit-tfajjel: "Isa halli nara kemm ghandek sahha. Aqla' din il-haxixa." U t-tifel ghamel dan minghajr ebda problema.

Imxew aktar 'l gewwa u mill-gdid ix-xwejjah talab lit-tifel biex din id-darba jaqla minn gheruqha xitla aktar kbira. It-tifel li kien b'sahhtu qala' x-xitla minghajr tbatija.

Komplew triqthom fil-foresta u waslu hdejn arbuxell. U fuq talba tax-xwejjah it-tifel qalghu minn gheruqu. Imma biex ghamel hekk thabat u ried sahha kbira. Imma rnexxilu.

Fl-ahhar mhux boghod wisq minn fejn kienu x-xwejjah sfidah biex jaqla' sigar zghira, imma ghalkemm it-tifel thabat u sforza u pprova kemm-il darba ma rnexxilux.

Ix-xwejjah dar lejn it-tifel u qallu: "Ghaziz, tghallem dan li aktar ma thalli l-vizzju jikber, inqas ikollok cans li tqacctu. Meta tinduna li xi difett jirkbek, ahsdu mill-ewwel. Ikun aktar facli li taghmel hekk meta ghadu fil-bidu milli meta jkun dahal gmielu."


Make a free website with Yola