jesusandmary

GHEX B'SAQAJK FUQ L-ART

Molly kienet ta' kuljum tiehu zewgt ibramel halib tal-baqar taghhom fis-suq biex tbieghu. Fi triqtha  kienet tintilef tahseb fuq xhiex ser tonfoq il-flus li ddahhal.  U waqt li tkun sejra bil-karrettun, issuq iz-zmienel, kienet iggib quddiem ghajnejha li bil-flus li ser idahhal, tixtri kejk u jibqaghlha bizzejjed biex takkwista wkoll basket mimli frawli.

Fit-triq rat it-tigieg u hasbet li jekk takkwista wkoll xi tigiega jew tnejn, “indahhal aktar flus mill-bajd li jbidu u b'hekk nista' nixtri libsa sabieha u nkun l-ghira ta' shabi" .

Mitlufa f'dawn il-hsibijiet ftit tat kaz fejn kien qed jigbidha z-ziemel u f'hin  bla mistenni wahda mir-roti tal-karrettun titla’ fuq gebla u bl-iskoss il-bramel tal-halib jinqalbu u l-halib kollu jinxtered fil-karrettun.

Id-dar marret inkwetata ghax tilfet mhux biss il-halib, imma  l-flus u l-holma kollu taghha.

"Xi gralek Molly?" staqsietha ommha.

U wara li rrakontatilha dak kollu li ghaddiet minnu, ommha qaltilha: " Molly ghaziza tieghi, kemm-il darba wissejtek biex toqghod attenta waqt li ssuq iz-ziemel. Tghoddx il-flieles qabel ifaqsu. Issa ma hemmx x’taghmel. Oqghod attenta ghal darb’ohra.”

Fi fti kliem ommha wrietha li Molly  kellha tghix b'saqajha fuq l-art u tixtri biss bil-flus li taqla' mill- bejgh u mhux bil-flus tal-holm taghha.  Kemm spiss anke ahna, bhal Molly, noholmu bi progetti kbar li wara, jintemmu fix-xejn!

Ghex b'saqajk fuq l-art.

dicembru 2021 @

Make a free website with Yola