jesusandmary

QATT TIGGUDIKA LIL HADDIEHOR MILL-MOD KIF TIDHER INTI

 

Darba wahda f'dezert 'l boghod kien hemm xitla tal-ward li d-dehra taghha kienet sabiha hafna.  Mimlija fjuri homor nar, ix-xitla kienet tiftahar kemm kellha dehra attraenti. L-uniku ilment li kellha kien li hija kienet tikber u tghix hdejn kaktus ikrah hafna.

Ma kienitx tghaddi gurnata li l-warda ma tinsultax u ddejjaq lil kaktus bil-kliem iebes taghha; imma l-kaktus kien dejjem fommu sieket.

Il-pjanti l-ohra li kienu jikbru fil-vicin ippruvaw juru lil warda ftit tas-sens komun, izda l-warda kienet wisq mimlija biha nnifsha.

Jum wara l-iehor u wasal is-sajf. Id-dezert sar niexef minhabba n-nuqqas ta' xita. Ma kienx ghad fadal ilma ghall-pjanti. L-ewwel ma sofriet kienet il-warda. Il-petali sbieh taghha nixfu u l-warda tbielet.

Waqt li kollha misthija kienet qed thares lejn il-kaktus, ghasfur nizel fuq il-kaktus, ghaddas munqaru u beda' jixrob xi qtar ta' l-ilma. Kollha umiljata l-warda staqsiet lill-kaktus jekk tistax hi wkoll tixrob ftit ta' l-ilma. Il-kaktus ma sabx diffikulta u hallieha tixrob u hekk saru u  baqghu hbieb.

Il-warda tghallmet li qatt ma kellha u anqas ghandha tiggudika lil haddiehor bid-dehra taghha. Qatt u qatt ma ghandna numiljaw lil haddiehor ghax ahna nahsbu li ahna ahjar minnhom, ghax jasal mument li jkollna bzonnhom.

 

Make a free website with Yola