jesusandmary

GID LIL KULHADD, DENI LIL HADD


Iljunfant hassu wahdu fil-foresta u ried jaghmel hbieb ma' xi hadd. Iltaqa' ma’ xadin u staqsih jekk riedx ikun habib tieghu.

Ix-xadin wiegbu: " Inti kbir wisq u ma tax titbandal mas-sigar. U allura qatt ma nistghu nkunu hbieb."

Skoraggut, imma bla ma qata' qalbu, iltaqa' ma' fenek u staqsih jekk iridx ikun habibu tieghu.

Wiegbu l-fenek: "Inti kbir wisq biex tidhol fil-hofra li nghix fiha jiena. Jiddispjacini ma tistax tkun habib tieghi."

L-iljunfant ikompli triqtu sakemm iltaqa' ma' zring u staqsieh: "Trid tkun habib tieghi?"

Iz-zring wiegbu:" Inti kbir wisq u tqil; ma tistax taqbez bhali. Le. Jiddispjacini ma tistax tkun habib tieghi."

Kompla triqtu bit-tama li xi hadd jaccetta x-xewqa tieghu, imma kulhadd irrifjuta.

L-ghada l-iljunfant ra lil annimali kollha jigru bil-biza. Ors li kien fil-qrib staqsa x'kien qed jigri. U qalulhu li tigra feroci kienet qed tattakka l-annimali z-zghar. L-iljunfant sema’ ukoll u ried jaghmel xi haga ghall-gid ta’ dawn l-annimali.

L-iljunfant resaq lejn it-tigra u ordna lit-tigra biex lil annimali z-zghar thallihom bi kwiethom ghax dawk huma hbieb tieghu. It-tigra wegbitu li hija taghmel li trid u li mhux ser thallih jindahlilha.L-iljunfant ma ra ebda mod iehor u taha daqqa ta' sieq . It-tigra bezghet u harbet biex ma regghitx lura f'dak il-post.

Meta l-annimali l-ohra semghu b'dak li gara gew jirringrazzjaw lil iljunfantu ilkoll saru hbieb tieghu.


Tghallem li meta taghmel azzjoni tajba ma’ xi hadd inti tkun irbaht dik il-persuna u sirt habib taghha.

jannar2022@

Make a free website with Yola