jesusandmary

IL-LUPU U N-NGHAGA

Gurnata wahda lupu kellu glieda ma' ors u safa' ferut sew, hekk li ma setghax jimxi. Imma bi tbatija kbira mexa’ sakemm wasal hdejn ghar u fih stahba. Ftit tal-hn wara qabdu l-ghatx. La darba ma setghax jimxi anqas ma seta' jmur lejn in-nixxiegha li kienet ftit 'l boghod biex jixrob. 

Inzertat li kien hemm merhla nghag fil-qrib qed tirgha. Meta nghaga minnhom resqet vicin lejn l-ghar il-lupu talabha biex iggiblhu ftit ta' l-ilma ghax kellu ghatx kbir. "Hekk nixrob ftit nerga' niehu sahhti u nkun nista' nikseb ftit ikel solidu."

In-nghaga fehmet x’ried jghidilha l-lupu u bil-ghaqal kollu wegbitu:  "Ikel solidu! Nahseb li ridt tfisser li jiena inkun l-ikel solidu tieghek. Jekk ingiblek l-ilma ikun ifisser li wara li tiekolni tirrinfreska ruhek bl-ilma li ngiblek. Mhux hekk? Hallini nghix fil-paci. Hawn xi hadd li jista' jafdak lilek."

U minnufih in-nghaga harbet u wissiet lil shabha biex jitbieghdu minn dak il-post.


Tghallem li jekk toqghod attent malajr tinduna bl-iskop li bih wiehed ikellmek. Tinduna jekk tkun bil-ghaqal bizzejjed jekk dak il-kliem hux ta' gid jew deni ghalik.


Make a free website with Yola