jesusandmary

IL-MANNARA MITLUFA

Zmien zmien ilu, go villagg zghir kien joqghod ragel li kien jghix billi jaqta' il-frieghi tas-sigar u jbieghhom lil wiehed negozjant u b'hekk ikun jista' jaqla' x'jiekol. Kien ragel tassew onest. Ma tantx kien jaqla' flus, izda kien kuntent li b'dak li jdahhal minghand in-negozjant iservih biex jghaddi l-hajja.

Imma jum wiehed waqt li kien fuq sigra jqaccat il-ferghat il-mannara tizloq minn idejh u taqa' gox-xmara li kienet ghaddejja minn taht il-frieghi kbar tas-sigra.

Ma kienx jaf jghum u anqas li kieku kien jaf, il-post fejn waqghet il-mannara kien fond hafna.

Talab bil-qalb lil Anglu Kustodju tieghu. L-anglu deher quddiemu u talbu jghidlu x'kienet il-problema.

L-anglu mar fuq wicc l-ilma u nizzel idu fejn urieh li waqghetlu l mannara u minn hemm tella'  mannara tal-fidda. “Din hija l-mannara tieghek”, staqsieh l-anglu.

"Le" wiegbu r-ragel. Ghal darb'ohra l-anglu nizzel idejh u tella’ mannara tad-deheb. 

"Anqas dik ma hija tieghi."

"Zgur li ma hiex tieghek?"

"Cert. Biha ma nistghax naqta frieghi. Tieghi kien wahda tal-hadid."

Ghat tielet dara l-anglu nizzel idu u tella wahda tal-hadid. "Forsi din hija tieghek?"

"Iva” wiegbu r-ragel.

U filwaqt li medd idu biex johodha minghand l-anglu, irringrazzjah.

L-anglu kustodju kien kuntent li dak ir-ragel kien bniedem onest  u ghaldaqstant irregalalhu anke dik tal-fidda u tad-deheb.


Tghallem li dejjem ghandna nkunu onesti. Ftakar ukoll li l-onesta dejjem tkun ippremjata.


Make a free website with Yola