jesusandmary

IL-PJANTI TA’ GORG U FREDU


Zewgt irgiel ta' familja, Gorg u Fredu kienu jghixu bieb ma' bieb. Kienu girien ta' qalb tajba wiehed ma' l-iehor u jghinu lil xulxin fil-bzonn.

It-tnejn zerghu pjanti fil-gnien ta’ quddiem id-djar taghhom biex isebbhu d-dahla. Gorg kien isaqqihom ftit u ma tantx kien jaghti kashom, filwaqt li Fredu kien isaqqihom kuljum u jaghtihom hafna ilma u jiehu hsiebhom hafna. Ikellimhom kien jonqsu.

 Il-pjanti ta' Gorg kien jidhru semplici imma  abbastanza sbieh. Ta' Fredu kienu isbah, aktar mimlija u aktar hodor. Gara li jum wiehed matul il-lejl nizlet hafna xita qawwija u nefhu l-irwiefen minhabba tempesta zghira.

Kemm Gorg kif ukoll Fredu hargu jaraw xi hsara gabitilhom il-maltempata. Gorg ra li l-pjanti tieghu ma garbux hsarat kbar, izda Fredu lemah quddiemu hsarat kbar kwazi totali. Il-pjanti tieghu kienu maqlugha minn gheruqhom.

"Mela ahna mhux flimkien zrajnihom il-pjanti!" esklama Fredu. "Tieghek baqghu shah u tieghi nqalghu minn gheruqhom. Tghid x’kien hemm hazin?"

U Gorg wiegbu: " Inti kont issaqqihom hafna u allura l-gheruq taghhom ma nizlux fil-fond fil-hamrija biex ifittxu l-ilma.  Nghidulhom li l-gheruq tghazznu u baqghu fil-wicc tal-hamrija. Jiena kont insaqqihom ftit u kont naghti lil gheruq tal-pjanti tieghi x-xoghol biex ifittxu l-ilma billi jkabbru l-gheruq taghhom u jnizzluhom fil-fond. U hekk meta qam ir-rih il-pjanti tieghi baqghu sodi u tieghek ma kellhomx sahha. Issa fhimt x'inhija l-istorja?"

 

Gheziez genituri u kull min hu responsabbli mit-tfal,  tghallmu li jekk jinghata kollox kull ma jitolbu t-tfal, huma qatt ma sejrin jifhmu kemm trid tahdem iebes biex takkwista dawk il-hwejjeg. Qatt ma hu ser jitghallmu jahdmu ghalihom. L-ahjar huwa li kultant tiggwidhom minflok li taghtihom dak li jridu. Ghallimhom jimxu, imma segwihom fil-mixja taghhom.


Make a free website with Yola