jesusandmary

IS-SAHHA FIL-GHAQDA


Ragel kellu tlett ulied u ghalkemm kienu haddiema biezla, spiss kienu jiggieldu ma' xulxin. Kemm-il darba x-xwejjah ipprova jghaqqadhom imma qatt ma rnexxilu.  

Missierhom marad u kien inkwetat hafna li uliedu baqghu l-istess minkejja li spiss kien iwissihom biex ikunu ghaqda wahda. Ried jaghtihom lezzjoni biex forsi jitghallmu u jghixu f’ghaqda' u paci.  Sejhilhom hdejh u qalilhom: “Ara ser naghtikom faxx stikki ta' l-inja. Huduhom wahda wahda u ippruvaw aqsmuhom. L-ewwel wiehed li jispicca l-ewwel jiehu premju aktar mill-ohrajn.”

L-ahwa qablu u missierhom tahom faxx ta' ghaxar stikkek ta' l-injam. Minghajr ebda diffikulta' l-ahwa kissruhom fi ftit minuti. Imma wara li temmew din il-bicca xoghol qabdu jilletikaw bejnithom.

"Stennew, stennew," qalilhom ix-xwejjah," il-loghba ghadha ma spiccatx. Issa ser naghtikom faxx iehor ta' ghaxar stikkek ta' l-injam, imma din id-darba marbuta ma’ xulxin. U tridu taqsmuhom flimkien bhala faxx u mhux separatament."

L-ahwa bl-imhatra bejnithom minn minhom ser jaqsam il-faxx ilkoll bdew jithabtu. Sakemm fl-ahhar qalu lil missierhom li fallew ilkoll.

Missierhom imbaghad qalilhom: " Qed taraw gheziez uliedi li kienet haga hafifa li tkisser l-istikkek wahda wahda u flimkien bhala faxx maqghdud ma stajtux. Tghallmu minn dak li rajtu b'ghajnejkom li meta tkun maghqudin hadd ma jista' ghalikom."

Uliedu fehmu dak li ried jghidilhom missierhom u qablu li meta jkunu maqghuda  ebda deni ma jigi fuqhom.

 Tghallem li fl-ghaqda hemm is-sahha. Itla' targa 'l fuq u ifhem li maqghud ma' Alla bil-grazzja tieghu hadd u xejn ma jista' ghalik anqas ix-xitan li jara kif jaghmel biex xi mument jew iehor ikissrek.


Make a free website with Yola