jesusandmary

IL-BEJGH TAZ-ZRABEN


Fil-bidu ta’ l-ghoxrin seklu, kien hemm kumpannija amerikana li timmanifattura z-zraben u tbieghhom. Imma fin-negozju mhux dejjem ward u zahar. Kien hemm epoka li fiha l-kumpannija naqqsilha l-bejgh. Id-diretturi studjaw is-sitwazzjoni u hargu bl-idea li jidhlu fi swieq godda. Ghalhekk baghtet zewg ufficjali taghha gewwa l-Afrika biex tara x’potenzjal hemm.

It-tnejn ghamlu survey go postijiet differenti. L-ewwel ufficjal wara li wettaq xoghlu wasal l-Amerka u quddiem il-Bord tad-Diretturi stqarr li mill-ezami li ghamel gewwa l-Afrika ma kien hemm xejn x’ihajrek li tesporta z-zraben f’dan il-kontinent ghaliex kulhadd kien jimxi hafi u ebda bniedem ma kien jilbes zarbun. Dan l-ufficjal ta stampa li tassew kienet taqta’ qalb l-ufficjali l-ohra li jesportaw iz-zraben.

Xi jumejn wara wasal l-iehor u lid-diretturi tahom stampa ta’ kuragg biex jesportaw iz-zraben lejn dan il-pajjiz. Qalilhom: “Hawn hadd ma jilbes zraben u din hija opportunita’ kbira ghalina li nesportaw iz-zraben u nzidu fil-qligh. Hadd ma jbiegh zraben u allura ma jkollniex kompetizzjoni. Is-suq ikun kollu taghna. Kull ma ghandna naghmlu huwa li nedukaw lin-nies dwar il-htiega li jilbsu z-zarbun u l-gid li wiehed jiehu meta jimxi biz-zarbun.”


Hija l-attitudni taghna f’hajjitna li tiddeciedi jekk ikollniex success jew le. Attitudni ottimistika tghinek biex tara opportunitajiet vantaggjuzi anke f’cirkustanzi difficli, filwaqt li attitudni pessimistika turik diffikultajiet f’opportunitajiet li inti tista’ tisfrutta ghall-gid tieghek u ghaldaqstant taqtghalek qalbek.


Make a free website with Yola