jesusandmary

 

IL-BUZZIEQA S-SEWDA


Kien hemm ragel li l-ghexien tieghu kien jaghmlu billi jbiegh il-bziezaq fuq xatt il-bahar fejn kienu jingabru hafna familji bit-tfal biex jghaddu jum hdejn il-bahar u jghumu. Il-bejjiegh kien ibiegh bziezaq ta’ kull kulur ghax kien jaf li t-tfal jattirawhom il-kuluri differenti. Naturalment  kien l-attrazzjoni taz-zghar li kienu jitlobu lill-genituri taghhom biex jixtrulhom buzzieqa.

Meta n-negozju kien ikun baxx kellu pjan kif iqajjem l-interess tat-tfal. Kien jonfoh buzzieqa bil-gas helium  u jitlaqha. Meta t-tfal kienu jaraw il-buzzieqa tiela’ u tiela ‘l fuq kienu jithajru jixtru wahda u hekk il-bejgh kien jikber.

Jum wiehed meta l-bejgh tal-bziezaq kien baxx, addotta l-istess pjan. Xi hadd gebbidlu l-qalziet u ra naqra ta’ qrempuc   jitbissimlu. “X’kulur tixtieq?” staqsieh il-bejjiegh ghax fehem li ried jixtri l-buzzieqa.

Imma t-tifel staqsieh: “Jekk titlaq buzzieqa sewda din titla’ ‘l fuq bhal l-ohra.?"  Il-bejjiegh wiegbu gentilment: “ Ghaziz tfajjel, mhux il-kulur li jitla’ ‘l fuq, imma ta’ go fiha jtellaghha ‘l fuq’ ‘ l fuq sa ma tibqghax tidher aktar.”


Analizza din l-istorja qasira:  l-istess principju japplika ghal hajjitna: Huwa dak li hemm fina li jghodd. It-twemmin ta go fik, il-valuri u l-principji ewlenin, il-personalità, il-karattru u l-attitudni jiddefinixxu s-success tieghek fil-ħajja.


Make a free website with Yola