jesusandmary

IL-FERH JINSAB FIK 


Ragel li kien joqghod fil-belt u li n-negozju tieghu ghenu biex ikollu hafna flus u gid, fettillu li izur wiehed gharef fl-eremitagg tieghu, ghax minkejja li kien sinjur dejjem kien ihoss li jonqsu xi haga.

L-gharef sema’ bil-kwiet il-problema tieghu u wara li qaghad jahseb ftit stiednu biex ghar-risposta jmur l-ghada.

L-ghada r-ragel wasal ghand l-gharef fl-istess hin u rah li kien qed ifittex xi haga barra l-gharix tieghu.

Is-sinjur staqsieh x’kien qed ifittex u l-gharef wiegbu li kien qed ifittex curkett.

“Nista’ nghinek?” qallu s-sinjur.

Wara li t-tnejn damu jfittxu dan ic-curkett, is-sinjur staqsa lil gharef “ Imma inti fejn tliftu c-curkett?”

Is-sinjur baqa’ mistghageb bir-risposta ta’ l-gharef u qallu: “ Imma jekk ic-curkett waqghalek fl-gharix kif qed tfittxu barra l-gharix? Kif tista’ issib xi haga hawn barra meta l-oggett qed gewwa.”

“U dik hija r-risposta ghall-problema tieghek, ghaziz sinjur,” qallu l-gharef. “ Gejt hawn bi problema li ma jonqsok xejn imma ma intix ferhan u kuntent b’hajtek.  Il-ferh huwa go fik, imma inti qed tfittxu barra minnek innifsek, fid-dinja materjali, jigifieri fil-flus, unuri u divertiment.”

U kompla jghidlu l-gharef: “ Fik hemm bahar kbir ta’ ilma, anzi ocean, u inti qed tfittex l-ilma barra minnek innifsek b’imgharfa. Il-flus u l-propjeta’ huma mportanti fil-hajja imma il-Ferh qatt ma jista’ jinxtara bil-flus. Fittex il-Ferh go fik, hemm qieghed il-Ferh u ma hemmx bzonn li tfittxu fid-dinja ta’ barra.”

Is-sinjur induna kemm kellu ragun l-gharef u mexa’ fuq il-parir tieghu u tassew sab il-Ferh.

Il-veru Ferh hafna drabi jidher li huwa rizultat ta’ fatturi esterni, imma fil-fatt is-sors veru tal-Ferh jigi minn go Fik.

Kulhadd ghandu l-Ferh go fih, imma dan il-ferh huwa mtappan b’hafna saffi ta’ hsibijiet negattivi, bizghat u ansjeta’. Il-Ferh intern huwa parti minna, imma hafna drabi nhallu diversi fatturi jahbuhulna.


Make a free website with Yola