jesusandmary

 

IL-HAJJA TIXBAH LILL-KIKKRI TAL-KAFE


Grupp ta’ ex-studenti universitarji xtaqu jiltaqu flimkien fid-dar ta’ wiehed mill-professuri li kien jghallimhom. Dan il-professur kien popolari fost l-istudenti. Irnexxilhom jiffinalizzaw pjan biex jaghmlu zjara sorpriza lill-Professur.

U tassew kienet sorpriza ghall-professur ghax qatt ma stenniha u fil-fatt ha pjacir hafna biha. Migbura madwar mejda kbira fis-salott, kulhadd beda’ jghid tieghu. Min qal li ghandu posizzjoni gholja fit-tmexxija ta’ kumpannij kbar, min lahaq avukat u ghamel isem fil-qrati u min kellu success kbir fin-negozju. Kollha kienu mizzewgin u b’familja sabieha.

Imma ftit hin wara li kulhadd qal tieghu, bdew hergin il-problemi fuq ix-xoghol, relazzjonijiet, stress u tensjoni fil-hajja.

Il-professur offrilhom kafe u mar fil-kcina biex jghid lil martu halli thejji kafe ghal dawk l-ex studenti kollha. Wara ftit il-mara tieghu dahlet bil-kafe  bit-tbissima fuq wiccha. Imma l-ex student innutaw haga wahda li l-kafe kien servut f’kikkri differenti, tal-hgieg komuni, tac-caqquf, kikkri tal-kulur, tal-kristal etc. 

Ghal l-ewwel hasbu li dan sar ghax il-mara tal-professur ma kelliex kikkri bizzejjed ta’ l-istess stil ghal dak in-numru li kienu. Meta kulhadd ha l-kikkra f’idu l-professur qalilhom: “ Jekk innutajtu sew il-kikkri sbieh u li jolqtu l-ghajn kollha ittiehdu u baqa’ biss dawk ordinarji.”

U kompla l-professur: “Kull wiehed minkom ried li jiehu l-ahjar kikkra u warrab dawk komuni. Filwaqt li hija haga normali ghalikom li tahdmu u jkollkom l-ahjar, dan jista’ jkun sors ta’ hafna nuqqas ta’ sudisfazzjon, problemi, stress u tensjoni fil-hajja taghkom.”

X’inhija l-hajja?

Jghidu li hija mit-T sa’ l-M … imma x’hemm bejn it-TWELID u l-MEWT.

Hemm l-ittra GH….Ghazla.

Hajjitna hija sensiela ta’ Ghazliet.

Ghex bil-ghalaq u  ma taghli qatt.


Make a free website with Yola