jesusandmary

 

IL-PATRI U L-ISKORPJUN

Darba wahda patri axxetiku kien qed jivjagga qalb il-muntanji tal-Himalayas. Gie qrib ghadira baxxa ta’ l-ilma. Iddecieda li jaqsamha biex jghaddi ghan-naha l-ohra. Imma fil-mument li kien ser ipoggi saqajh fl-ilma ,innota li skorpjun kien qed jithabat biex johrog mill-ilma. Kien kollu ghalxejn. Il-patri gharef kien jaf lil-iskorpjuni ma jghumux u li biex isalvah kellu jkun hu li jaqbdu u jerfghu mill-ilma u jpoggih fuq art niexfa.

Iddecieda li jsalvah imma malli refghu f’idu u kien ser jqieghdu fuq l-art l-iskorpjun irvilla, u gidimlu l-palma ta’ idu x-xellugija filwaqt li rega’ waqa fl-ilma. Il-patri ddecieda li jerfghu bil-palm ta’ idu l-leminija, izda l-iskorpjun ghamel l-istess haga: gidmu u qabez fl-ilma.

Hawn il-patri beda joghrok idejh t-tnejn ma’ xulxin biex forsi itaffi l-ugih.

Imma l-gharef ma qatax qalbu. Ghaqqad il-palm ta’ idu t-tnejn f’forma ta’ skutella, refa’ l-iskorpjun u minghajr  ma hallih jigdmu, b’ghaggla kbira tefghu fuq l-art niexfa. L-iskorpjun telaq jigri bejn il-haxix. Il-patri gharef hassu ferhan li rnexxilu jsalva l-hajja ta’ skorpjun minkejja li kien qed ihoss l-ugigh tal-gdim.

Ftit ‘l boghod ragel kien qed jinnota kollox. Resaq lejh u staqsieh ghaliex salva l-iskorpjun meta dan ma huwa tajjeb ghalxejn hlief li jigdem u jaghmel hsara lin-nies. Kompla jghidlu “ Jekk inti hassejt li ghandek turi hniena ma’ skorpjun u ssalvah stajt taghmel dan darba u thallieh ghad-destin tieghu. Kif ma irfistux u shaqtu meta dan wera’ hekk kattivita’ mieghek?”

“Semplici ghaziz ibni. L-iskorpjun huwa kreatura li jigdem u jaghmel il-hsara li haddiehor. Maghruf li ma ghandu ebda hniena. Filwaqt li jiena patri, li suppost nuri hniena minghajr ebda kundizzjoni, mhux hekk zaghzugh?”
Ir-ragel baxxa rasu biex jurih li jaqbel mieghu.

“Mela jekk skorpjun mexa’ fuq l-istint naturali tieghu jiena ukoll imxejt fuq in-natura bazika tieghi li nuri hniena u moghdrija ma kull tip ta’ kreatura, kemm jekk ikun uman u anke jekk ikun animal u dak li ghamilt jiena.”
Ir-ragel nizel gharkubtejh quddiem il-patri gharef ghax fehem li quddiemu kellu qaddis li tah bicca mill-gherf tieghu.
Huwa naturali li ahna ma naqblux man-nies ta’ madwarna;  qatt ma ghandek thalli l-imgieba hazina ta’ haddiehor teffetwalek hsibijietek u kliemek. Id-dlamijiet ta’ haddiehor qatt thallihom jippenetraw id-dawl ta’ ruhek u qalbek.
Jekk titbaxxa bhalhom u tittrathom bhalma huma ittrattaw lilek dan ifisser li huma rebhu ghaliex inti sirt bhalhom."


Make a free website with Yola