jesusandmary

IS-SAJJIED


F’wiehed mill-jiem xitwija sajjied intasab taht sigra, wara nofs inhar ipejjep sigarett. Iz-ziffa hafif kienet tkaxkar il-mewg lejn l-art u jibqa’ tiela helu helu fuq ir-ramel sakemm jitkaxkar lura lejn il-bahar minn fejn ikun gie.

Dak il-hin negozjant inzerta jaghmel passigata fuq ix-xatt u ghadda minn hdejn is-sajjied. Huwa kien qed jipprova jtaffi ftit mill-toqol tal-jum tax-xoghol tieghu. Innota lis-sajjied u f’mohhu dahal hsieb li dak il-bniedem kien qed jitghazzen flok jahdem. Resaq lejh u staqsieh: “ Zgur ma intix ser taghmel lant taht is-sigra tpejjep. Jekk trid taqbad il-hut trid tmur tistad.”

Wiegbu s-sajjied bit-tbissima: “ Ghal l-lum qbat bizzejjed hut.”

In-negozjant qallu: “ Jekk inti taqbad aktar hut tkun tista’ tixtri xbiek akbar u taqbad aktar hut.”

“U x’naghmel bil-hut zejjed?”

“O, bieghu u ddahhal aktar flus u tkun tista’ tixtri dghajsa akbar.”

“U wara dan?” staqsieh is-sajjied.

“Tista’ tohrog aktar ‘l barra fl-ibhra u taqbad aktar hut u tbieghu biex iddahhal aktar flus.”

“U wara dan?” rega’ staqsieh is-sajjied.

“Tkun tista’ tixtri aktar dghajjes, twaqqaf kumpannija tas-sajd, timpjega aktar nies u ssir sinjur.”

“Imbaghad?”

“Allura tkun tista’ tghid li sirt negozjant ta’ success bhalma jiena jien.”

U ghal darb’ohra s-sajjied staqsieh: “ Imbaghad x’naghmel?”

Wiegbu n-negozjant: “Imbaghad ma tibqghax tahdem lejl u nhar. Tkun tista’ tghix u tgawdi l-hajja minghajr problemi. Tista’ tghaddi l-bqija ta’ hajtek bilqieghda fuq ix-xatt tgawdi z-ziffa helwa tal-bahar.”

Is-sajjied staqsa lin-negozjant: “ U inti x’tahseb li qed naghmel bhalissa.? Mhux nistrieh u ngawdi z-ziffa helwa tal-bahar.”

In-negozjant ma kellux kliem biex iwiegeb ghar-risposta ghaqlija tas-sajjied.


FTAKAR li ma ghandekx bzonn tistenna jasal ghada biex tgawdi l-ferh u l-hajja. Ghix fil-prezent u gawdih kemm tista’.

Li tghaddi imqar hames minuti mat-tfal tieghek, titkellem u tilghab maghhom, jaghmlek ferhan. U din il-kuntentizza ma tixtrihiex b’elf dollaru. Il-veru ferh jinsab fil-hwejjeg zghar tal-hajja u mhux li tara kif ser taghmel biex tkattar flusek jew is-setgha tieghek fuq l-ohrajn jew tghola fl-istat socjali tieghek.



Make a free website with Yola