jesusandmary

 

IZ-ZEWGT ILPUP.


Il-kap tat-tribu ta’ l-indjani qaghad bil-qieghda biex jghallem lin-neputih, zaghzugh  zghir ta’ tnax-il sena taghlima fuq il-hajja. Kien jaf li ghada pitghada neputih kellu jkun il-mexxejj tat- tribu u ghaldaqstant ried jghallmu sewwa biex it-tmexxija tieghu tkun ta’ gid ghall-poplu tieghu.

 “Hemm taqbida gewwa fija,” beda jirrakonta ix-xih lin-neputih. “Taqbida bejn zewgt ilpup.”

“Lupu minnhom huwa il-hazen. Kollu malizzja, qilla, egozimu u suppervja falza. Il-lupu l-iehor huwa tajjeb. Mimli paci, imhabba, tjubija u umilta’.

“L-istess taqbida  hija ghaddej fik u f’kull hlejqa li hawn tghix f’wicc id-dinja.”

Neputih kien ghal mument kien jidher kwiet u hosbien fuq dak li qallu nannuh.  Imbaghad staqsa lil nannuh, “Liema minnhom it-tnejn jirbah?”

Ix-xwejjah tbissem u wiegbu: “ Dak li inti titma.”


It-Tajjeb u l-hazin jezistu f’kull wiehed u wahda minnha. Hija responsabilita’ taghna li naghmlu dak kollu li nistghu biex immantnu t-tajjeb ta’ go fina billi nikkultivawh u nkabbruh.

Make a free website with Yola