jesusandmary

IL-KACCA GHAX-XADINI


“Taf kif il-kaccaturi ta’ qabel kienu jaqbdu x-xadini?” ragel staqsa lil ibnu.

“Aktar milli jwaddbu xi xibka minn wara sigra fuq ix-xadina biex din tithabbel fiha jew jisparaw vlegeg minn taht, kienu jpoggu vazett tqil tal- hgieg b’ghonq dejjaq mal- art, li kienu jimlewh bl- ikel favorit tax- xadini.”

“Huma mbaghad jmorru pass lura u jinhbew, jistennew li l-annimal jersaq lejn il-flixkun minghajr ma jissuspetta xejn hazin.”

“Meta x-xadina kienet tara li l-vazett ma kellux ghassa mieghu, kienet tersaq lejhu ddahhal idha gewwa, taghfas il-ponn madwar l-ikel, u tipprova tigbed. Madankollu, l-ghonq dejjaq tal-vażett kien iwaqqaf lix-xadina fqira milli tohrog idha barra!”

“Igbed u igbed, iżda ghalxejn. Semplicement ma kien hemm ebda mod kif tohrog idha mill-vażett jekk ma tiftahx idha u thalli l-ikel fil-vazett.”

“Minflok, ix-xadina kienet tippersevera, u tirrifjuta li thalli l-ikel taghha.”

“Il-kaccaturi mbaghad kienu jersqu u jaqbduha biex minnha jaghmlu ikla.”

“Tkunx bhal dik ix- xadina,” wissa r- ragel, “Fil-hajja, biex tiggieled jum wara jum u tikber bhala persuna, trid tkun taf meta tieqaf, meta ghandek tibqa’ miexi ‘l quddiem, u meta thalli dak kollu li jkun qed iżżommok lura. ”


Morali tal-istorja:

Xi drabi trid thalli u ccedi dak li ghandek issa sabiex tircievi xi haga ahjar fil-futur. Thallix ir-ras iebsa tkun il-waqgha tieghek!

jannar 2023

Make a free website with Yola